MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI
X’tagħmel Malta fil-kunflitt tal-Libja?
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
“Libya
– an interim peaceful resolution” hu t-titlu ta’ artiklu interessanti miktub
minn studjuż Malti li qed jagħmel stħarriġ f’università Amerikana, is-Sur Alfred
A. Farrugia, li għandu ħafna snin ta’ esperjenza fil-qasam diplomatiku.
Fl-artiklu li deher f’ġurnal lokali bl-Ingliż, is-Sur Farrugia jibda biex
jistaqsi min huma n-naħat fil-konflitt Libjan?
* Huma Gaddafi u l-poplu?
* X’inhuma l-interessi ta’ terzi fil-konflitt?
* Il-poplu xi jrid?
* Irid bħalma ġara fit-Tuneżija u fl-Eġittu?
* X’se jiġri wara?
Il-kittieb ikompli jagħmel diversi mistoqsijiet oħrajn.
X’iridu dawk il-mexxejja li marru minn fuq in-naħa tal-Gvern Libjan għan-naħa
tal-Oppożizzjoni, u dawn mhumiex ukoll responsabbli għal dak kollu li seħħ fl-aħħar
40 sena?
Dawn ukoll se jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali?
Xi wħud mill-mexxejja tal-pajjiżi ma tantx taw kas ta’ fiex kien jinsab il-poplu
Libjan, sakemm huma setgħu jagħmlu negozju mal-pajjiż.
Din mhix inkonsistenza kbira u każ ta’ ‘double standards’?
Hu f’waqtu li l-potenzi l-kbar jibqgħu ħielsa li jieħdu l-azzjonijiet kollha li
jidhrilhom, iżda għaliex ma jagħtux kas tal-miżuri ta’ ‘conflict analysis and
resolution’?
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan staqsa lill-Istitut ta’ George Mason University ta’ Washington, li jispeċjalizza fir-riżoluzzjoni ta’ konflitti, jew lill-Istitut tal-Paċi Amerikan, jew l-organizzazzjoni Alliance for Peacebuilding, biex jipproponu xi soluzzjoni għall-konflitt Libjan?
Is-Sur
Farrugia jinnota li l-ĠM għaġġlu ħafna biex jgħaddu riżoluzzjoni ta’ kundanna,
barra li ħadu deċiżjoni wkoll mgħaġġla fil-laqgħa tad-drittijiet umani f’Ġinevra,
iżda ma qalux lill-Kummissjoni tal-ĠM dwar il-‘peacebuilding’ biex tidħol
fil-kwistjoni.
L-istess
mod imxiet l-Unjoni Ewropea.
Hu jistaqsi kif jistgħu pajjiżi jikkundannaw il-gwerra ċivili, meta fl-istess
ħin huma jkunu qegħdin jarmaw lir-ribelli jew il-forzi tal-Opożizzjoni?
B’dan mhux jiżdiedu l-imwiet?
Jistax ikun li dawk li għandhom interessi kbar fl-industrija tal-armamenti qegħdin jisfruttaw l-okkażjoni billi jbiegħu l-armi liż-żewġ naħat?
Is-Sur Farrugia jgħid li tista’ ssir proposta biex bħala l-ewwel pass jitwaqqaf
Kunsill Nazzjonali Libjan b’nofsu magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern u nofs
minn rappreżentanti tal-Oppożizzjoni.
Dan il-kunsill ikollu d-dmir li jagħmel reviżjoni tal-Green Book li jservi bħala kostituzzjoni tal-pajjiż.
Ikollu wkoll id-dmir li jara x’inhuma l-ħtiġijiet essenzjali ewlenin tal-poplu,
inkluż il-ħtieġa ta’ aktar sigurtà u għarfien tad-drittijiet fundamentali.
Dwar il-qagħda ta’ Malta fil-konfront tat-tilwima fil-Libja, is-Sur Farrugia jgħid li ma jistax jingħad li hu fl-aħjar interessi tagħna li nappoġġjaw naħa, għax nistgħu naqdu lil pajjiżi oħrajn li għandhom l-iskopijiet tagħhom f’din il-kwistjoni.
Hu semma li filwaqt li d-Deputat Prim Ministru Malti sejjaħ il-missjoni li ġabet il-ħaddiema li kienu jaħdmu fid-deżert bħala waħda umanitarja, il-Ministeru Ingliż tad-Difiża sejħilha ‘military operation’.
Hu wera d-dubju li l-ajruplani użati fil-missjoni tad-deżert daħlu mingħajr
permess fl-ispazju tal-ajru tal-Libja u telqu minn bażijiet tan-NATO.
Is-Sur Farrugia jikkonkludi l-artiklu tiegħu hekk:
“while it is appropriate for our authorities to take full account of the people of Libya, they need examine whether such needs could be served better through a peaceful resolution, instead of a chaotic civil war. Why cannot the authorities look for a win-win resolution?
“Given
Libya’s proximity, it might be important for that country’s leadership to
perceive the actions of our authorities as being fair and neutral, if our
authorities wish to try and make a positive impact on the current situation.
“Does the international community condone the keeping of stolen goods? Could not
our authorities seek an understanding with the Libyan leadership that the
Mirages be used solely for self-defence and not against the Libyan people?”
Dawn il-ħsibijiet tas-Sur Farrugia huma l-ħsibijiet ta’ ħafna Maltin ta’ rieda
tajba, li baqgħu skandalizzati u xxokkjati bil-ftaħir tal-Prim Ministru Malti li
f’żewġ okkażjonijiet irrifjuta li Malta taħdem għall-paċi bejn iż-żewġ naħat
fil-konflitt Libjan.
In-newtralità ta’ Malta jmissha tgħin iġġib il-paċi fil-Libja
Il-ġimgħa
l-oħra, f’ġurnal lokali bl-Ingliż, deher artiklu bit-titlu “Maltese Neutrality
still a brilliant idea”, miktub minn Richard E. Rubenstein, professur fl-iSchool
for Conflict Analysis and Resolution ta’ George Mason University ta’ Washington
fl-Istati Uniti tal-Amerika u li ġie bħala ‘visiting lecturer’ fl-Università ta’
Malta.
Il-Professur Rubenstein qatta’ ħajtu jaħdem, jistudja u jgħallem kif meta jkun
hemm konflitti, jeħtieġ li jsiru sforzi kbar biex jinstemgħu l-ideat taż-żewġ
naħat.
Fl-artiklu tiegħu hu kiteb li xtaq ifisser l-opinjoni ta’ viżitatur għal din il-gżira dwar il-prinċipju tan-newtralità mniżżel fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Dan kien imqanqal minn dak li qed jiġri fid-dinja Għarbija, partikolarment fil-Libja, fejn ir-ribelljoni kontra Gaddafi miexja lejn gwerra ċivili, u fejn diversi forom ta’ interventi militari kontra tiegħu jidher li qegħdin jiġu kkonsidrati minn uffiċjali Amerikani u Ewropej.
Il-Professur Amerikan għadda biex ikkwota l-ewwel artiklu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta li jgħid li l-pajjiż għandu jaħdem attivament biex jintlaħqu l-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali fost il-ġnus kollha billi Malta tħaddem politika ta’ non-allinjament u tirrofta li tieħu sehem f’kull alleanza militari.
Il-Kostituzzjoni tkompli tgħid li l-pajjiż ma jistax jintuża bħala bażi militari
minn xi nazzjonijiet oħrajn ħlief biex tkun difiża l-indipendenza ta’ Malta jew
biex issostni deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, u Malta
ma tippermettix li l-faċilitajiet tagħha jintużaw għal intervent militari kontra
pajjiż ieħor.
Għalhekk, il-Professur Rubenstein isostni li Malta m’għandhiex tippermetti li l-faċilitajiet
tagħha jintużaw għal intervent militari kontra Gaddafi, anke jekk dan juża
vjolenza mhux ġustifikata kontra l-forzi ribelli.
Il-Professur Amerikan ikompli jikteb li bosta uffiċjali u esperti esprimew id-diżappunt
tagħhom dwar x’tgħid il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Iżda hu jgħid li oħrajn qalu li din il-klawsola tal-Kostituzzjoni ta’ Malta daħlet taħt it-tmexxija ta’ Dom Mintoff biex tistabbilixxi n-non-allinjament ta’ Malta fil-Gwerra l-Bierda (Cold War), u li għaldaqstant issa m’hemmx skop għaliha.
Oħrajn jemmnu li jekk tiġi applikata, tagħmel ħsara lil Malta internazzjonalment u fir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali.
Oħrajn jemmnu li d-dmir morali li tipproteġi popolazzjonijiet minn vjolenza jew
krimini tal-gwerra mwettqin mill-mexxejja tagħhom, jirbaħ il-liġi ċivili u
għandu jwassal biex l-artiklu 1 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jispiċċa.
Hawnhekk il-Professur Rubenstein jgħid ċar u tond:
“jien nieħu pożizzjoni totalment differenti – waħda li għadni ma smajtx espressa b’xi qawwa fid-dibattitu (dwar il-kriżi fil-Libja). Kif naraha jien, il-prinċipji tan-newtralità fil-Kostituzzjoni Maltija la għadda żmienhom, la huma kontra l-interessi nazzjonali, u lanqas immorali. Għall-kuntrarju, jirriflettu viżjoni kreattiva tar-rwol internazzjonali ta’ Malta li tmur lil hinn mill-kuntest tal-gwerra bierda ta’ żmien Mintoff.”
Hu jissokta jikteb li dan il-kunċett imprezzabbli hu li f’dinja b’kompetizzjoni
u blokki ta’ poter ifittxu l-interessi ġeopolitiċi u ekonomiċi tagħhom bil-mezzi
kollha meħtieġa, inkluż l-użu tal-vjolenza massiċċa, hemm bżonn kbir ta’ nies li
jaħdmu għall-paċi fuq bażi reġjonali.
Id-dinja in ġenerali, u r-reġjun tal-Mediterran b’mod partikolari, għandhom bżonn kbir ta’ pajjiżi newtrali biżżejjed – u uffiċjali pubbliċi b’ħila – li jkunu jistgħu jgħinu lill-partijiet f’konflitt isolvu l-ġlied qabel ma jilħaq isir ġenoċidju.
Il-Professur Amerikan jinsisti li din it-tip ta’ newtralità la timplika
passività u lanqas immoralità.
Bil-maqlub, tirrifletti deċiżjoni maħsuba li sservi l-pajjiżi bil-mod li bih
il-Knisja Kattolika għenet lis-sovrani Ewropej fil-Medjuevu billi timmedja
f’konflitti.
Tirrikonoxxi r-rwol ta’ valur enormi li jista’ jkollhom esperti li huma fdati mill-partijiet fil-konflitt biex jidentifikaw u jindirizzaw il-kawża tal-ġlieda.
Skont il-Professur Rubenstein, din it-tip ta’ riżoluzzjoni ta’ konflitt imur lil hinn min-negozjar u minn ‘power bargaining’ għal analiżi ta’ problemi li jkunu qegħdin jipproduċu l-vjolenza.
Hu jgħid li kien dan li temm l-inkwiet fl-Irlanda ta’ Fuq u l-gwerra ċivili tal-Mozambique u żamm pajjiżi milli jisplodu wara l-waqa’ tal-Imperu Sovjetiku.
Kieku xi ħadd fdat u newtrali kien lest jimmedja bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Iraq, jista’ jkun li ma kienx ikun hemm dik il-gwerra bla bżonn.
U jekk it-teknika tar-riżoluzzjoni tal-konflitti tintuża issa fil-Libja,
il-Professur Rubenstein jemmen li tista’ tevita gwerra ċvili.
Hawnhekk il-Professur Amerikan jinsisti hekk:
“Iżda r-riżoluzzjoni tal-konflitt tal-Libja ma jirnexxix jekk ma jkunx hemm xi pajjiż jew organizzazzjoni li jieħdu deċiżjoni soda li jadottaw ir-rwol tat-“tielet parti” – li tibqa’ uffiċjalment imparzjali anke meta dawk li huma ġeneralment ikkundannati bħala l-“ħżiena” jużaw vjolenza kontra dawk li huma kkonsidrati t-“tajbin”.
Din l-imparzjalità ħafna drabi hi diffiċli biex iżżommha, iżda kemm-il darba
ndunajna wara qerda kbira, li din id-distinzjoni bejn il-ħażin u t-tajjeb kienet
issimplifikata żżejjed? Jew fejn deher ċar li l-użu tal-vjolenza kontra l-parti
li kien jidher ċar li kellha t-tort, dgħajfet il-kapaċità tas-soċjetà
għar-rikostruzzjoni paċifika.”
Il-Professur Rubenstein jispiċċa l-artiklu interessanti tiegħu b’dan il-kliem:
“Minkejja l-pożizzjoni strateġika tagħha fil-Mediterran, Malta mhix xi potenza
ekonomika jew militari qawwija.
“Mexxejja li jaraw ’il bogħod fehmu li, f’dinja ffissata fuq il-poter, dan mhux
żvantaġġ imma vantaġġ. Il-klawsola tan-newtralità fil-Kostituzzjoni ta’ Malta
titlob li l-pajjiż jeżerċita kwalità ta’ poter differenti – awtorità morali – u
ħsieb strateġiku differenti: strateġija għall-paċi.
“Jitolbu li l-Maltin biex jibqgħu lura, mhux għal skopijiet dojoq nazzjonali,
imma biex iservu l-ġid komuni kif dan il-pajjiż dejjem għamel meta nnegozja t-Trattat
tal-Liġi tal-Baħar u ftehim internazzjonali ieħor.
“Le, il-klawsola tan-newtralità fil-Kostituzzjoni ma spiċċax żmienha. B’rieda u
dedikazzjoni xierqa, Malta tista’ twettaq id-destin tagħha li ssir
il-pjattaforma għall-paċi u r-riżoluzzjoni tal-konflitti.”
Politika ħażina
Il-mod
kif l-UE qiegħda ġġib ruħha fil-każ tat-traġedja umana li qiegħda sseħħ
fil-Libja, jikxef l-ipokrezija, in-nuqqas ta’ rieda tajba u l-faqar tal-politika
tal-UE.
Għaliex l-UE mhux qiegħda tagħraf li biex it-traġedja umana maħluqa mill-ġlied imdemmi fil-Libja tintemm trid qabel kollox twaqqaf il-ġlied.
Mentri l-UE mhix qiegħda tħabbel moħħha kif twaqqaf il-ġlied, iżda moħħhom biss li tara kif il-Gvern Libjan jingħeleb il-ġlied, u qiegħda tgħin biex dan iseħħ.
Barra mit-traġedja tal-imwiet kemm dawk fuq in-naħa tal-forzi tar-ribelli, kif
ukoll fuq dawk tan-naħa tal-forzi governattivi, hemm it-traġedja tal-mijiet ta’
eluf ta’ ħaddiema barranin li ħarġu mil-Libja fejn kienu sabu l-għajxien tagħhom
u minħabba l-ġlied, kellhom jabbandunaw il-pajjiż li kien ħanin magħhom.
L-UE mhix qiegħda tipprovdilhom xogħol, kif il-Libja kienet tagħmel.
Qiegħda tiffaċilitalhom li jerġgħu lura lejn pajjiżhom mingħajr edba ħjiel li
jsibu xogħol.
L-aqwa għajnuna li l-UE setgħet tagħtihom kienet li tisforza biex il-ġlied fil-Libja jieqaf mingħajr aktar dewmien, u l-ħaddiema barranin ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu lura jaħdmu hemm, kif kienu jagħmlu qabel fis-sliem.
Iżda l-UE m’għamlet ebda sforz biex il-ġlied jieqaf.
Ikkonċentrat l-isforzi tagħha kollha biex jaqa’ l-Gvern.
Il-pajjiżi
tal-UE mill-ewwel mument li beda l-inkwiet fil-Libja qatgħuha li kien se jkun
hemm il-ġlied, u bdew isejħu liċ-ċittadini tagħhom joħorġu mill-aktar fiss mill-pajjiż.
Ma kienx hemm raġuni għall-għaġġla u l-insistenza biex il-barranin jiġu evakwati mil-Libja, iżda l-pajjiżi tal-UE għażlu li jorganizzaw l-evakwazzjoni bħallikieku kienet waħda militari, u fil-fatt ma naqasx li jużaw mezzi u forzi militari taħt l-iskuża ta’ missjoni umanitarja.
It-tluq mil-Libja ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema barranin x’uħud minnhom tas-sengħa u nies tekniċi, kien ukoll maħsub biex xogħlijiet importanti jieqfu u tieqaf l-aktar il-produzzjoni taż-żejt, li hi sors kbir ta’ fondi għall-Gvern Libjan.
L-evakwazzjoni tal-barranin mil-Libja kienet urġenti
sempliċement għax il-pajjiżi tal-Punent ried jiżgura li ċ-ċittadini tagħhom
ikunu barra l-pajjiż qabel ma jittieħdu miżuri kontra l-Gvern Libjan.

Miżuri
kontra l-Gvern Libjan kienu maħsubin mill-bidu kif tixhed il-kampanja intensa ta’
propaganda kontrih, mhux biss mill-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa, iżda anke
mill-mexxejja politiċi ta’ ħafna mill-pajjiżi tal-UE u Amerikani.
Kemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Barroso, kif ukoll il-President tal-Kunsill Ewropew, VonRompuy, pubblikament bassru t-tmiem tal-Gvern Libjan.
Il-Ħamis, 17 ta’ Marzu, 2011

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ