MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI

 

L-UE tiddetta l-politika Maltija

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

 

Fl-Unjoni Ewropea qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet li jolqtu ħafna lill-poplu Malti, mingħajr ma jkunu mfissrin lilu, u meta lanqas il-Membri Parlamentari tagħna ma jkunu ddiskutew qabel.

 

Hekk ġara meta ddeċidew li Malta tissellef miljuni ta’ ewro biex tislifhom lill-Greċja bħala parti mill-ammont ta’ €110 biljun ‘bail-out’ tal-UE lil dan il-pajjiż.

 

Wara li l-Gvern Malti kien ftiehem dwar dan is-self, għarraf bih lill-Membri tal-Parlament biex huma jagħtu t-timbru tal-approvazzjoni.

 

Id-deċiżjoni tas-self lill-Greċja kienet tgħid li hi għandha tħallsu lura fis-sena 2013.

 

Iżda issa l-UE qiegħda tgħid li ż-żmien biex il-Greċja tifdi s-self jiġi estiż anke għal 30 sena.

 

Wara li l-UE tiddeċiedi dan, il-Membri tal-Parlament Malti jingħataw tagħrif tad-deċiżjoni.


Wara li kienet qablet dwar il-‘bail-out’ ta’ €110 biljun għall-Greċja, l-UE ħadet deċiżjoni oħra.

 

Qablet li twaqqaf fond ta’ €440 biljun,

* magħruf bħala l-European Financial Stability Facility,

* għall-bżonnijiet tal-pajjiżi taż-Żona Ewro

* li jkunu f’sitwazzjoni finanzjarja ħażina.

 

Għal pajjiżna din id-deċiżjoni kienet tfisser li jagħti garazija ta’ madwar €400 miljun għal żmien seba’ snin.

 

Il-Membri tal-Parlament Malti kienu informati bil-ftehim tal-għoti tal-garanzija wara li kienet diġà ttieħdet id-deċiżjoni dwarha.

 

Wara li ttieħdet id-deċiżjoni tal-‘bail-out’ ta’ €85 biljun lill-Irlanda sal-2017,

* l-UE għaddiet biex tibdel dik id-deċiżjoni għal waħda ħafna aktar importanti

* billi twaqqaf fuq bażi permanenti l-mekkaniżmu tal-‘bail-outs’,

* u għal dan l-iskop l-UE qablet li għandha ssir emenda fit-Trattat ta’ Lisbona.

 

Aktar ’il quddiem,

* il-Parlament Malti,

* bħall-Parlamenti tal-pajjiżi l-oħrajn tal-UE,

* ikun mistenni li bħala formalità

* jagħti l-approvazzjoni tiegħu

* għal din id-deċiżjoni li diġà ttieħdet mill-UE.


Lill-poplu ħadd ma spjegalu li l-mekkaniżmu permanenti tal-‘bail-outs’ ifisser

* li pajjiżna se jintrabat b’garazija permanenti ta’ €400 miljun jew aktar,

* biex jagħmel tajjeb għad-djun ta’ pajjiżi oħrajn.

 

Ħadd ma qallu lill-poplu li l-UE trid li l-garazija ta’ pajjiżna għandha tagħmel tajjeb ukoll f’kas li pajjiż ieħor li jkun ta garanzija, jonqos li jonoraha.

 

Jiġifieri, pajjiżna se jiggarantixxi mhux biss dejn ta’ pajjiż ieħor, iżda anke n-nuqqas ta’ pajjiż ieħor li jkun ta garanzija u ma jkunx jista’ jonoraha.


Aktar minn hekk, skont ma l-UE qalet, ‘bail-out’ jingħata mill-mekkaniżmu permanenti kemm-il darba d-diffikultajiet finazjarji tal-pajjiż ikunu se jolqtu ħażin liż-Żona Ewro.

 

Din il-kundizzjoni tagħmilha impossibbli

* li Malta tibbenefika minn ‘bail-out’,

* għax il-qagħda finzjarja ta’ pajjiżna,

* tkun kemm tkun imwegħra,

* qatt ma tista’ tolqot ħażin liż-żona sħiħa tal-ewro

* minħabba ċ-ċokon tal-ekonomija tagħna.

 

Għalhekk din id-deċiżjoni li ttieħdet dwar it-twaqqif ta’ dan il-mekkaniżmu permanenti timponi obbligu fuq pajjiżna, mingħajr pajjiżna ma jista’ qatt jibbenefika jekk xi darba jkollu l-ħtieġa li jingħata għajnuna.

 

B’dankollu, il-Gvern jippretendi li l-Membri tal-Parlament Malti jaqblu ma’ deċiżjoni bħal din li diġà ttieħdet minnu u mill-UE, mingħajr ma xi ħadd ikollu l-ardir li jikkritikaha.

Għax il-Prim Ministru, minflok li ammetta li żbalja meta rabat lil pajjiżna bil-kundizzjonijiet tal-mekkaniżmu permanenti tal-‘bail-outs’, ċanfar lill-Membru Malti tal-Parlament Ewropew li lmenta li l-kundizzjonijiet tal-mekkaniżmu permanenti tal-‘bail-outs’ jimponi piż fuq pajjiżna, mingħajr ma pajjiżna ma jkun jista’ qatt jibbenfika minn ‘bail-out’.

 

Jidher li m’hemmx limitu għal x’tista’ l-UE tiddeċiedi li timponi fuq il-poplu, mingħajr dan ma jkun hemm diskussjonijiet fuqu.

 

Issa l-UE trid, bl-iskuża li ssib soluzzjoni dejjiema għall-kriżi tad-djun tal-pajjiżi taż-Żona Ewro, torbothom b’patt, magħruf bħal “Pact for Competitivness”.

 

Fil-laqgħa tal-4 ta’ Frar tal-Kunsill Ewropew

* intqal li l-Patt għandu jorbot lill-pajjiżi taż-Żona Ewro jagħmlu liġi

* li ma tħallihomx jagħmlu dejn aktar minn ċertu limitu,

* u li għandhom ukoll jgħollu l-età tal-irtirar mix-xogħol għal 67 sena.

 

Il-Patt jaħseb ukoll biex titneħħa r-rabta bejn iż-żieda fil-pagi u s-salarji u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, u biex issir l-armonizzazzjoni tat-taxxi fuq l-impriżi kummerċjali tal-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro.


F’dawn il-granet qegħdin isiru laqgħat ippreseduti mill-President tal-UE, Herman Van Rompuy, biex tittieħed deċiżjoni dwar dawn il-miżuri bl-għan li l-UE tegħleb il-kriżi tad-djun billi ssaħħaħ it-tmexxija ekonomika, jew dak li hi ssejjaħ ‘economic governance’.

 

Apparti l-fatt jekk dawn il-miżuri, jew x’uħud minnhom, mhux tajbin għal pajjiżna, hemm l-oġġezzjoni fundamentali li miżuri bħal dawn għandhom l-ewwel jiġu diskussi fil-Parlament Malti, u mhux jiġu deċiżi mill-UE u wara l-MP tagħna jkollhom japprovawhom għax il-Gvern ikun intrabat dwarhom.


Din is-sistema ta’ tmexxija tal-UE qiegħda xxekkel is-sistema demokratika parlamentari ta’ pajjiżna.

 

Għax is-sistema parlamentari tagħna ssarraf ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu kif espressa fir-rappreżentanti fil-Parlament Malti.

 

L-UE timponi t-tmexxija tagħha fuqna għax il-Membri Parlamentari tagħna jkollhom jaċċettaw dak li l-UE tiddeċiedi u mhux dak li huma jħossu li għandu jsir għal pajjiżna.

 

Minflok demokrazija, għandna dittatura

u l-Parlament tagħna hu sovran tal-isem biss.

 

Il-biża’ tal-UE dwar it-Tuneżija u l-Eġittu

 

Il-Ġrajjiet ta’ dan l-aħħar fit-Tuneżija u fl-Eġittu waqqgħu l-maskra tal-ipokrezija tal-UE.

 

Għax l-UE kienet toffri appoġġ qawwi kemm lill-Gvern ta’ Ben Ali fit-Tuneżija, kif ukoll lill-Gvern ta’ Mubarak fl-Eġittu, u ma kienx jimportaha la mill-qgħad, la mill-faqar u lanqas min-nuqqas ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tad-drittijiet demokratiċi fiż-żewġ pajjiżi.

 

L-UE kien jimportaha biss li l-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi kienu jaqblu mal-politika barranija tal-UE u kienu ħerqanin li jkabbru l-kummerċ mal-pajjiżi tal-UE u ma ridux joħduha kontra Iżrael, minkejja li dan għadu jokkupa l-art tal-Palestinjani bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.


Fil-protesti u l-irvellijiet tat-Tuneżija u tal-Eġittu ma naqsux atti ta’ vjolenza fiżika u ta’ ħsara bħal ħruq u serq, u vandaliżmu ta’ ħwejjeġ prezzjużi fil-mużewijiet.

 

L-Unjoni Ewropea baqgħet lura milli tikkundanna l-mezzi vjolenti użati biex jitwarrbu l-mexxejja taż-żewġ pajjiżi.

 

B’hekk l-UE wriet li tapprova li jintużaw mezzi vjolenti biex jinkisbu għanijiet li l-UE tqis li huma tajbin, fosthom, sistema demokratika ta’ tmexxija u libertà politika.

 

Ġara li l-UE bierket revoluzzjonijet imdemmija la darba kienu frott tar-rieda popolari.

 

L-UE taf li l-istess mezzi vjolenti jistgħu jintużaw biex jitwarrbu gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE, bħalma jista’ jiġri fil-Greċja meta l-qawwijiet militari Griegi jixbgħu jużaw l-armi tan-nar kontra l-poplu li ma jgħejjix jipprotesta minħabba l-ħruxija tal-miżuri ta’ awsterità ordnati mill-UE.


Il-kliem ta’ appoġġ tal-UE għar-rivoluzzjonijiet fit-Tuneżija u fl-Eġittu jaħbu l-biża’ kbir li l-UE għandha li ż-żewġ pajjiżi jispiċċaw jaqgħu f’idejn forzi estremisti li ma jkunux jaqblu mal-politika tal-UE.

 

Għalkemm l-UE qiegħda toffri l-għajnuna biex jitwaqqfu gvernijiet demokratiċi fiż-żewġ pajjiżi, l-elementi militanti fiż-żewġ pajjiżi ma tantx jidhru li jemmnu fl-UE li kienet tappoġġja bis-sħiħ il-mexxejja li tneħħew b’effett tal-protesti popolari.

 

Għalhekk jista’ jagħti l-kas li l-bidliet fit-tmexxija tat-Tuneżija u tal-Eġittu minflok iwasslu għal aktar ftehim, joħolqu aktar tensjoni bejnhom u l-UE.


Diġà rajna eluf ta’ Tuneżini jaħarbu lejn l-Italja, u l-Gvern Taljan ħassu kostrett li jitlob l-għajnuna tal-UE kontra l-mewġ ta’ eluf ta’ immigranti illegali.


Dan il-fatt hu konsegwenza tar-rivoluzzjoni Tuneżina, u jixhed nuqqas ta’ tama u fiduċja fil-ġejjieni tal-pajjiż, minkejja r-rivoluzzjoni li seħħet, u minkejja l-istqarrijiet li l-UE għamlet li se tagħti kull għajnuna lit-tmexxija ġdida tal-pajjiż.
 

Kritika ħarxa għall-kundizzjonijiet ekonomiċi ġodda tal-Unjoni Ewropea

 

Il-Ministru tal-Finanzi Malti, fil-laqgħa tal-15 ta’ Frar, tal-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi tal-UE, qabel mal-kundizzjonijiet il-ġodda li l-UE trid għall-mekkaniżmu permanenti li qed twaqqaf b’emenda għat-Trattat ta’ Lisbona biex tingħata għajnuna lill-pajjiżi taż-Żona Ewro li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji.

 

Ġie miftiehem ukoll li l-fond biex jagħmel tajjeb għall-‘bail-outs’, minflok ikollu €250 biljun li jista’ jiddisponi minnhom illum, jiżdied għal €500 biljun.


Il-fatt li se jitwaqqaf mekkaniżmu permaneti jixhed li l-UE taħseb li l-kriżi tad-diffikultajiet finanzjarji tal-pajjiżi taż-Żona Ewro, mhix waħda temporanja, iżda hemm il-periklu reali li l-kriżi tieħu ħafna fit-tul, jew li fis-snin li ġejjin ikun hemm kriżijiet oħrajn.

Il-fatt li l-fond tal-‘bail-outs’ se jitkabbar għal €500 biljun juri li l-UE taf li l-kriżi tad-dejn hi akbar milli ntqal, tant li l-fond li twaqqaf is-sena l-oħra mhux biżżejjed, u għalhekk se jiżdied.


Il-fatt li l-UE qed timponi għadd ta’ kundizzjonijiet ġodda biex jingħataw ‘bail-outs’, hu prova li r-regoli dwar l-Istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku magħmulin fit-Trattat ta’ Maastricht biex jirregolaw l-ammont ta’ żbilanċ u l-proporzjon tad-dejn nazzjonali tal-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiż, fallew, jew għax il-pajjiżi għażlu li ma jħarsux dawk ir-regoli, jew għax dawk ir-regoli ma setgħux jitħarsu fiċ-ċirkostanzi tal-kriżi finanzjarja u tal-kriżi ekonomika li ħafna pajjiżi tal-UE nħakmu minnhom.


Għalkemm f’pajjiżna ħadd ma ħareġ jikkritika dak li l-UE trid tagħmel, jiġifieri li twaqqaf unjoni fiskali biex issostni l-unjoni monetarja, fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE huma ħafna dawk li qegħdin jeħduha kontra dawn ir-regoli ġodda ta’ tmexxija ekonomika.

 

Leigh Philips, korrispondent tal-EUobserver.com, xandar kumment magħmul minn ekonomista dwar dawn ir-regoli li l-UE trid li l-pajjiżi taż-Żona Ewro jħarsu biex jegħlbu l-kriżi tad-dejn u biex jikkumbattu t-turbolanza tas-swieq finanzjarji internazzjonali.


Dan l-ekonomista qal li wara l-falliment li l-UE kellha tal-Patt tal-Istabbiltà u t-Tkabbir ta’ Maastricht, il-kundizzjonijiet ġodda tal-mekkaniżmu permanenti huma “more of the same thing multiplied, but anything multiplied by zero is still zero”.


John Monks, is-Segretaju Ġenerali tat-trejd unjins tal-Ewropa, sejjaħ dawn il-kundizzjonijet ġodda tal-UE “Diktats” li huma maħsubin biex ibaxxu l-livell tal-għajxien, u jinjoraw għal kollox id-djalogu soċjali u l-proċess tan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u jindaħlu direttament fil-kundizzjonijet tax-xogħol tal-paj­jiżi tal-UE.


Jan Willem Gourdriaan, id-Deputat Kap tal-Federazzjoni Ewropea tal-unjins fis-settur pubbliku, iddeskriva l-kundizz­jonijet ġodda tal-UE bħala “tal-waħx” u qal li l-Federazzjoni se topponi li jittieħdu miżuri oħrajn biex jissaħħaħ is-suq intern tal-Unjoni Ewropea u l-integrazzjoni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea ma tqegħidx fuq l-aġenda tagħha miżuri għall-progress soċjali.


Philippe Lamberts, il-kelliem għall-ekonomija tal-Parti­ti tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew, ikkundanna l-kundizzjonijet ġodda tal-UE bħala “neo-liberali” u anti-soċjali ‘socially blind’.

 

Hu sostna li l-UE diġà qiegħda tara li l-miżuri ta’ awsterità li imponiet fuq il-pajjiżi taż-Żona Ewro mhux qegħdin jirnexxu.

 

B’dan kollu l-UE issa qiegħda żżid il-miżuri ta’ awsterità bil-kundizzjonijet ġodda li qiegħda ddaħħal, u qiegħda tinjora l-impatt negattiv ħafna tagħhom fuq l-ekonomiji, u l-effetti ħżiena li se jkollhom fuq il-pagi tal-ħaddiema fuq is-servizzi soċjali.


Kritiċi oħrajn tal-kundizzjonijiet ġodda tal-UE qegħdin jixluha li l-UE sejra kontra l-proċess demokratiku bil-mod li hi se ċċekken għal kollox is-sovranità tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi taż-Żona Ewro.


Għax għalkemm pajjiż ikun jista’ ma jħarisx il-kundizzjonijiet ġodda ekonomiċi tal-UE, din tkun tista’ timponi fuqu penali ħorox ħafna kkalkolata bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż, li tista’ tilħaq il-biljuni ta’ ewro kull sena.


L-ikbar kundanna għall-kundizzjonijiet ġodda ta’ tmexxija ekonomika li l-UE trid iddaħħal,

* hi li bihom il-qgħad jibqa’ għoli ħafna,

* jekk ma jiżdidx ukoll,

* id-dejn ikompli jikber

* u ma jkunx hemm tkabbir ekonomiku

* li jippermetti lill-pajjiż biex iqum mill-kriżi li jkun fiha.


Iżda l-Ministru tal-Finanzi Malti ħareġ ifaħħar dawn il-kundizzjonijiet ġodda li hu qabel magħhom fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi li saret nhar it-Tlieta f’Brussels.

 

Il-Ħamis, 17 ta’ Frar, 2011

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ