MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-emendi maqbula għall-Kostituzzjoni
Ewropea:
Il-Parlament u l-poplu Malti ma kinux informati
– Dr Karmenu Mifsud Bonnici
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Iċ-Chairman
tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI),
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, enfasizza li l-Parlament Malti u anki l-poplu Malti
ma kinux informati mill-Gvern, dwar x’kienu l-emendi li kienu se jiġu
diskussi fis-summit ta’ Brussels li sar ftit tal-jiem ilu u lanqas kienu
nformati x’pożizzjoni ħa il-Gvern Malti fuq diversi kwistjonijiet
importanti.
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, waqt konferenza li għamel fil-bini tas-CNI fil-Mosta, wera lill-ġurnalisti ċerti emendi li ġew diskussi u kif dawn jaffettwaw lil Malta.
Hu
enfasizza li la l-Parlament u lanqas il-poplu ma kienu nformati dwar x’ġie
miftiehem.
Dr. Mifsud Bonnici żvela wkoll li l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin għandu
studju kritiku ta’ din il-Kostituzzjoni Ewropea, liema studju, juri
nuqqasijiet u difetti.
Dr. Mifsud Bonnici qal li kieku l-gvern Malti għamel użu minn dan l-istudji, Malta kienet tagħmel figura ferm aħjar.
Dr. Mifsud Bonnici, meta mistoqsi minn l-orizzont dwar min għamel l-istudju qal li
“m’iniex
awtorizzat ngħid min għamel l-istudju, iżda dan sar minn avukat
privat, li kien imqabbad mill-Gvern biex jagħmel dan l-istudju.”
Dr. Mifsud Bonnici qal li
“din hi l-ewwel darba li konferenza intergovernattiva falliet.
Dan
hu fatt importanti u hu xiehda tad-diffikultajiet li l-Unjoni Ewropea dieħla
fihom aktar ma tikber u ssieħeb pajjiżi magħha.
L-ewwel osservazzjoni li nagħmel hi li dak li ġara fis-summit juri ħjiel ta’ problemi li l-pajjiżi membri se jiffaċċjaw.
Juri
wkoll li l-Unjoni Ewropea qiegħda ssir diffiċli biex tiġi
mmexxija u mmaniġġjata.”
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici kompla jgħid li
“t-tieni osservazzjoni li nagħmel hi dwar ir-reazzjoni tal-Prim Ministru għall-falliment tas-summit.
Il-Prim Ministru fid-dikjarazzjoni li għamel wera ruħu sodisfatt.
Hu qal li jittama li Malta jkollha s-sitt siġġu, li jkollna Kummissarju bid-dritt tal-vot, kif ukoll li tinżamm l-unanimità fil-votazzjoni fejn tidħol it-tassazzjoni, id-difiża u l-politika soċjali.
F’summit fejn kien hemm kwistjoni kbar x’jiġu diskussi, konna nippretendu li l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-linja li se jieħu l-Gvern Malti fuq il-kwistjonijiet li kienu se jiġu diskussi, fosthom il-kwistjoni tas-saħħa li se jkollhom il-pajjiżi ż-żgħar fil-Kunsill tal-Ministri.
Il-proposta li ġiet diskussa kienet tgħid li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu bil-maġġoranza tal-pajjiżi u 60 fil-mija tal-popolazzjoni totali.
Din
il-proposta se tagħti aktar saħħa lill-pajjiżi l-kbar, biex
huma jikkontrollaw kollox għas-skapitu tal-pajjiżi zgħar.”
Dr. Mifsud Bonnici żied jgħid li
“f’din il-kwistjoni konna nistennew li jekk Malta ma tkunx qabel Spanja u l-Polonja, għall-inqas tkun wara Spanja u l-Polonja u tappoġġjahom fuq il-kwistjoni tal-voti.
Ma hemm ebda ħjiel li Malta ħadet il-linja ta’ Spanja u l-Polonja, li opponew il-proposta ta’ deċiżjonijiet bil-maġġoranza u li jirrappreżentaw 60 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Nistaqsi għax Malta ma ħaditx dik il-linja?
It-tielet osservazzjoni li nagħmel hi ta’ x’ġie diskuss u maqbul f’dan is-summit.
Il-Prim Ministru Malti ma qalx fuq x’hiex kien hemm qbil.
Nistaqsi
kif il-Gvern Malti qabel ma’ l-emendi meta l-Parlament Malti ma kienx informat
bil-kontenut ta’ l-emendi u l-pożizzjoni tal-Gvern Malti”.
Dr. Mifsud Bonnici, wera lill-gurnalisti preżenti ghadd ta’ emendi u qal
li waħda mill-emendi tikkonċerna stati żgħar u din tgħid
li pajjiż jista’ jkollu relazzjoni speċjali flok sħubija.
Semma
wkoll li s-settur tat-turiżmu daħal fil-kompetenza ta’ l-UE u qal li
din żgur li se jkollha effett fuq it-turiżmu Malti, għax Malta
jkollha tapplika liġijiet li jiġu adottati.
Semma wkoll emenda fuq id-difiża u qal li
“din tgħid li kull pajjiż ikun obbligat li jagħti għajnuna lil pajjiż ieħor membru li jkun aggredit.
Qal li din hi alleanza militari ta’ difiża, u għalhekk Malta daħlet fl-obbligu li tiddefendi pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan
sar skond il-Kostituzzjoni, suppost li ma nidħlu fl-ebda alleanza.”
Ic-Chairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali qal li
“l-poplu Malti mhux qiegħed ikun rispettat, fejn lanqas il-media ma kienu nformati bl-emendi li kienu se jiġu diskussi.
Issa
se jkun hemm aktar żmien biex l-emendi li ma kienx hemm qbil fuqhom ikunu
studjati u nittamaw li f’pajjiżna il-Parlament jieħu l-opportunità
biex jistudja dawn l-emendi.”
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Tlieta, 16 ta’ Diċembru, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ