MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
L-emendi maqbula għall-Kostituzzjoni Ewropea: Il-Parlament u l-poplu Malti ma kinux informati – Dr Karmenu Mifsud Bonnici
minn
Karmenu Mifsud Bonnici, Dele
Iċ-Ċhairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI), Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, enfasizza li l-Parlament Malti u anki l-poplu Malti ma kinux informati mill-Gvern, dwar x’kienu l-emendi li kienu se jiġu diskussi fis-summit ta’ Brussels li sar ftit tal-jiem ilu u lanqas kienu nformati x’pożizzjoni ħa il-Gvern Malti fuq diversi kwistjonijiet importanti.
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, waqt konferenza li għamel fil-bini tas-CNI fil-Mosta, wera lill-ġurnalisti ċerti emendi li ġew diskussi u kif dawn jaffettwaw lil Malta.
Hu
enfasizza li la l-Parlament u lanqas il-poplu ma kienu nformati dwar x’ġie
miftiehem.
Dr. Mifsud Bonnici kixef wkoll li l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin għandu
studju kritiku ta’ din il-Kostituzzjoni Ewropea, liema studju, juri
nuqqasijiet u difetti.
Dr. Mifsud Bonnici qal li kieku l-gvern Malti għamel użu minn dan l-istudji, Malta kienet tagħmel figura ferm aħjar.
Dr.
Mifsud Bonnici, meta mistoqsi minn l-orizzont dwar min għamel l-istudju qal
li “m’iniex awtorizzat ngħid min għamel l-istudju, iżda dan
sar minn avukat privat, li kien imqabbad mill-Gvern biex jagħmel dan l-istudju.”
Dr. Mifsud Bonnici qal li
“din
hi l-ewwel darba li konferenza intergovernattiva falliet. Dan hu fatt importanti
u hu xiehda tad-diffikultajiet li l-Unjoni Ewropea dieħla fihom aktar ma
tikber u ssieħeb pajjiżi magħha. L-ewwel osservazzjoni li nagħmel
hi li dak li ġara fis-summit juri ħjiel ta’ problemi li l-pajjiżi
membri se jiffaċċjaw. Juri wkoll li l-Unjoni Ewropea qiegħda ssir
diffiċli biex tiġi mmexxija u mmaniġġjata.”
Dr. Karmenu Mifsud Bonnici kompla jgħid li “t-tieni osservazzjoni li nagħmel
bħala Prim Ministru hi dwar ir-reazzjoni tal-Prim Ministru għall-falliment
tas-summit. Il-Prim Ministru fid-dikjarazzjoni li għamel wera ruħu
sodisfatt. Hu qal li jittama li Malta jkollha s-sitt siġġu, li jkollna
Kummissarju bid-dritt tal-vot, kif ukoll li tinżamm l-unanimità
fil-votazzjoni fejn tidħol it-tassazzjoni, id-difiża u l-politika soċjali.
F’summit fejn kien hemm kwistjoni kbar x’jiġu diskussi, konna
nippretendu li l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-linja li se jieħu l-Gvern
Malti fuq il-kwistjonijiet li kienu se jiġu diskussi, fosthom il-kwistjoni
tas-saħħa li se jkollhom il-pajjiżi ż-żgħar
fil-Kunsill tal-Ministri. Il-proposta li ġiet diskussa kienet tgħid li
d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu bil-maġġoranza
tal-pajjiżi u 60 fil-mija tal-popolazzjoni totali. Din il-proposta se tagħti
aktar saħħa lill-pajjiżi l-kbar, biex huma jikkontrollaw kollox għas-skapitu
tal-pajjiżi żgħar.”
Dr. Mifsud Bonnici żied jgħid li
“f’din
il-kwistjoni konna nistennew li jekk Malta ma tkunx qabel Spanja u l-Polonja, għall-inqas
tkun wara Spanja u l-Polonja u tappoġġjahom fuq il-kwistjoni tal-voti.
Ma hemm ebda ħjiel li Malta ħadet il-linja ta’ Spanja u l-Polonja,
li opponew il-proposta ta’ deċiżjonijiet bil-maġġoranza u
li jirrappreżentaw 60 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Nistaqsi għax Malta ma ħaditx dik il-linja? It-tielet osservazzjoni li
nagħmel hi ta’ x’ġie diskuss u maqbul f’dan is-summit. Il-Prim
Ministru Malti ma qalx fuq x’hiex kien hemm qbil. Nistaqsi kif il-Gvern Malti
qabel ma’ l-emendi meta l-Parlament Malti ma kienx informat bil-kontenut ta’
l-emendi u l-pożizzjoni tal-Gvern Malti”.
Dr. Mifsud Bonnici, wera lill-ġurnalisti preżenti għadd ta’
emendi u qal li waħda mill-emendi tikkonċerna stati żgħar u
din tgħid li pajjiż jista’ jkollu relazzjoni speċjali flok sħubija.
Semma
wkoll li s-settur tat-turiżmu daħal fil-kompetenza ta’ l-UE u qal li
din żgur li se jkollha effett fuq it-turiżmu Malti, għax Malta
jkollha tapplika liġijiet li jiġu adottati.
Semma wkoll emenda fuq id-difiża u qal li “din tgħid li kull pajjiż
ikun obbligat li jagħti għajnuna lil pajjiż ieħor membru li
jkun aggredit. Qal li din hi alleanza militari ta’ difiża, u għalhekk
Malta daħlet fl-obbligu li tiddefendi pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni
Ewropea. Dan sar skond il-Kostituzzjoni, suppost li ma nidħlu fl-ebda
alleanza.”
Iċ-Ċhairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali qal li
“l-poplu
Malti mhux qiegħed ikun rispettat, fejn lanqas il-media ma kienu nformati
bl-emendi li kienu se jiġu diskussi. Issa se jkun hemm aktar żmien
biex l-emendi li ma kienx hemm qbil fuqhom ikunu studjati u nittamaw li
f’pajjiżna il-Parlament jieħu l-opportunità biex jistudja dawn l-emendi.”
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tlieta, 16 ta’ Diċembru, 2003.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ