MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 misruqa minn ħalq uliedek
IL-ĦAKMA li l-Unjoni Ewropea għandha fuq il-Gvern ta’ Malta hija ħafna akbar
milli l-poplu Malti jaf.
Għandna tagħrif li l-Gvern għarraf lill-UE bi proposta li jrid idaħħal fil-Baġit li jmiss,
* li jagħti lura 50% tal-ispiża fuq pannelli solari li jiġġeneraw l-elettriku,
* kif ukoll fuq apparat li jsaħħan l-ilma bix-xemx, jiġifieri
* ‘photovoltaic panels’,
* ‘solar water heaters’ u
*
apparat bħalhom.
Il-Gvern ippropona lill-Unjoni Ewropea li fil-Baġit idaħħal il-miżura li min
jinstalla l-pannelli,
* ikun jista’ ibigħ l-elettriku li ma jużax lill-Enemalta,
* bl-istess prezz li l-Enemalta tbigħ l-elettriku tagħha lill-konsumaturi.
B’hekk min kien jinstalla l-pannelli, kien ikompli jnaqqas mill-ispiża kbira li
dawn jiswew, għax kien jitħallas ta’ l-elettriku żejjed li jiġġenera u jbigħ
lill-Enemalta.
Imma l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea ma approvatx il-miżuri li l-Gvern Malti
ried idaħħal fil-Baġit.
Il-Kummissjoni ma jimportahiex mit-tbatija li l-poplu Malti se jġarrab biż-żieda fir-rati tad-dawl u l-ilma.
Lanqas ma jimportaha li bil-miżuri proposti mill-Gvern Malti, jitħares l-ambjent għax tonqos il-produzzjoni tal-elettriku miż-żejt.
Għalkemm il-miżuri proposti mill-Gvern ma kinux biżżejjed meta titqies l-ispiża ta’ eluf ta’ ewro għall-pannelli, kienu se jtaffu xi ftit għall-ispiża.
F’pajjiżi oħrajn,
* il-konsumaturi li jbigħu l-elettriku żejjed li jkollhom mill-pannelli tagħhom,
*
jingħataw ħafna aktar minn dak li l-Gvern Malti ried jagħti.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea li ma tapprovax il-miżuri li l-Gvern
Malti ppropona għall-Baġit,
* tfisser li l-poplu mhux se jirkupra parti mill-ispiża tal-apparat li jsaħħan l-ilma bix-xemx,
*
filwaqt li se jkollu jħallas il-prezzijiet għoljin tas-servizzi essenzjali tad-dawl
u l-ilma.
Dan il-fatt huwa eżempju tal-kolonjaliżmu ġdid li pajjiżna jinsab fih.
Hija wkoll umiljazzjoni li għandna Gvern imtella’ mill-poplu li suppost huwa sovran, li qiegħed jissottometti ruħu għall-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, li mhix eletta mill-poplu Malti.
Telfa kbira għal Malta
IT-TĦARBIT ta’ mijiet ta’ ħaddiema tas-sengħa li kienu jaħdmu fit-Tarzna huwa
telf kbir ħafna għal pajjiżna.
Ħtija ta’ dan huwa l-Gvern ta’ Gonzi u l-Unjoni Ewropea.
Wara t-tkissir tal-iskejjel tas-snajja’, issa tkissret l-universitŕ tas-snajja’
li pajjiżna kellu.
It-Tarzna kienet l-akbar u l-eqdem fabbrika f’pajjiżna li tħarreġ l-akbar numru
ta’ nies tas-sengħa, fl-akbar firxa tas-snajja’.
Minflok ikkoltivaha u żviluppaha bħala ċentru nazzjonali ta’ taħriġ tas-snajja’,
* il-Gvern li ma għandux kuxjenza nazzjonali u
* l-Kummissjoni Ewropea li temmen fil-kompetizzjoni kummerċjali u mhux fil-ġid soċjali,
*
għamlu minn kollox biex iħarbtuha.
Il-Kummissjoni Ewropea seba’ snin ilu fasslitilna pjan għat-Tarzna, li sejħitlu
pjan ta’ ristrutturar, iżda li kien pjan ta’ ‘demolition’ mhux ta’
‘reconstruction’ tat-Tarzna.
Sadanittant il-Gvern Malti żgura li t-Tarzna titmexxa ħażin u tagħmel it-telf ħalli l-opinjoni pubblika tkun kontra l-ħaddiema tagħha.
Saħansitra ħallas il-miljuni kbar biex iġiegħel lill-ħaddiema jdabbru rashom u jitilqu mill-impjieg, billi heddidhom li jispiċċaw jitilfu l-impjieg jekk ma jirtirawx numru kbir minnhom volontarjament.
B’hekk ġie kkonsmat delitt nazzjonali li la se jinħafer u lanqas jintnesa.
Sa ftit snin ilu pajjiżna kien iħallas flejjes kbar biex iħarreġ liż-żgħażagħ tagħna fis-snajja’.
Illum pajjiżna qed jagħmel is-sagrifiċċji li jħallas il-miljuni ħalli nies tas-sengħa, jarmuha u jagħmlu xogħol li ma jitlob ebda sengħa.
Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea qiegħda tbierek dan l-aġir ta’ stmerrija biex ma ssirx għajnuna tal-istat Malti, kompetizzjoni lit-Tarznari tal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni Ewropea ma jimportahiex mill-ħsara li t-tħarbit tal-grupp tal-ħaddiema tas-sengħa tat-Tarzna se tagħmel lil pajjiżna.
Jimportaha biss li ma tingħatax għajnuna li biha t-Tarzna tagħna tieħu xogħol li
jista’ jsir mit-Tarznari l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
Li ġara mit-Tarzna tagħna għandu jservi ta’ tagħlima għall-poplu Malti.
Sakemm pajjiżna jibqa’ msieħeb fl-Unjoni Ewropea,
* l-interessi tal-UE jiġu qabel l-interessi nazzjonali tagħna,
* la darba l-politiċi tagħna jridu jservu lill-UE l-ewwel u mhux lil pajjiżna.
Biex Malta terġa’ tiġi l-ewwel u qabel kollox,
* irridu nerġgħu nkunu indipendenti u ħielsa u
* l-politiċi tagħna jridu ma jobdux l-ordnijiet u jwettqu l-politika tal-UE.
Iridu jkunu pattrijottiċi u mhux servili.
Il-kriżi finanzjarja tikkundanna l-politika tal-Unjoni Ewropea
IL-KRIŻI fil-qasam tal-finanzi infirxet mill-Istati Uniti tal-Amerika għal ħafna
mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Banek u istituzzjonijiet finanzjarji kbar u magħrufin sabu ruħhom f’diffikultŕ u xi uħud minnhom anke fallew.
Il-gvernijiet ħassew il-ħtieġa li jindaħlu ħalli ma jħallux aktar banek u
isti-tuzzjonjiet finanzjarji jiġġarrfu u ħalli jserrħu moħħ in-nies li għandhom
flushom depożitati, jew għandhom jirċievu l-pensjoni mill-istituzzjonijiet
finanzjarji.
Din il-kriżi kixfet kemm hi mħassra s-sistema kapitalista li l-UE timponi fuq
il-pajjiżi kollha mseħbin fl-UE.
L-unjoni ma tridx li l-istat jirregola l-qasam finanzjarju, għax issostni li dan jaf jirregola lilu nnifsu permezz tal-kompetizzjoni ħielsa.
Iżda l-kompetizzjoni ħielsa mhix imsejsa fuq il-prinċipji tal-koperazzjoni
soċjali, iżda fuq it-taqbida kontinwa għal aktar profitt li jista’ jsir b’kull
mezz ġust jew inġust, sakemm min hu l-aktar b‘saħħtu, joqtol lid-dgħajjef, jew
kulħadd jitherra.
Biex is-sistema ma tiġġarrafx, il-gvernijiet ikollhom joħorġu flus il-poplu
miġburin mit-taxxi, biex jagħmlu tajjeb għat-telf tal-banek u l-istituzzjonijiet
finanzjarji.
Dan il-fatt qanqal sensiela ta’ protesti f’ħafna pajjiżi, għax ifisser li l-poplu, bit-taxxi tiegħu, fl-aħħar se jkollu jħallas għan-nuqqasijiet u l-iżbalji li l-mex-xejja tal-banek u tal-istituzz-jonjiet finanzjarji kkommettew.
Il-kriżi qiegħda tagħmel ħsara kbira lill-qasam tal-ekonomija.
It-tnaqqis fil-konsum qed iwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni, li jġib tnaqqis fl-impiegi.
Dan ikompli jnaqqas il-konsum, l-infiq fit-turiżmu, l-esportazzjoni u t-tfaddil, u n-nuqqas fit-tfaddil inaqqas is-self li l-banek jagħmlu għall-investimenti ġodda.
F’dan iċ-ċirku ta’ gwaj jinsabu ħafna mill-pajjiżi tal-UE, fosthom il-Ġermanja,
l-Ingilterra, Franza u l-Italja, tant li fl-aħħar il-Bank Ċentrali tal-UE kien
kostrett inaqqas ir-rata tal-imgħax fuq is-self, biex jagħti injezzjoni ħalli
titqajjem l-ekonomija tal-UE.
Il-popli ħadu tagħlima mill-kriżi finanzjarja.
Irid ikun l-istat li jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tas-settur privat.
Minflok
jipprivatizzaw il-banek, il-pajjiżi qegħdin jaraw li għandhom jinnazzjonalizzaw
il-banek.
Il-popli qegħdin jaraw ukoll kemm huwa perikoluż li l-pensjonijiet jitħallew
f’idejn l-istituzzjonijiet finanzjarji.
Irid ikun l-istat li jiggarantixxi li l-pensjonijiet jibqgħu jitħallsu.
Dawn iż-żewġ tagħlimiet imorru kontra t-twemmin u l-ideoloġija tal-UE, li timponi fuq il-pajjiżi membri li jipprivatizzaw il-banek u li jgħaddu l-pensjonijiet lill-istituzzjonijiet privati.
F’Malta wkoll blajna dawn l-iżbalji
* għax il-politiċi tagħna warrbu s-serjetŕ li mmexxejna biha fis-snin imgħoddijin meta bnejna l-banek tal-poplu u
* waqqafna l-pensjonijiet governattivi għal kulħadd, u
* minflok ixximottjajna lill-pajjiżi tal-UE li llum qegħdin juruna kemm huma dgħajfin finanzjarjament u
* kemm huma foloz soċjalment,
* tort tal-UE.
Inwaqqfu l-invażjoni ta’ immigranti illegali
PAJJIŻNA mhux
qed jagħmel xejn biex iwaqqaf l-invażjoni tal-immigranti illegali.
Lanqas l-Unjoni Ewropea mhi qiegħda tieħu passi biex trażżan l-immigrazzjoni illegali.
Għax l-aġenzija FRONTEX tal-UE mhix qiegħda żżomm milli immigranti illegali jitilqu mill-pajjiżi tal-Afrika għall-Ewropa.
U l-ftehim tal-Unjoni Ewropea dwar il-‘burden sharing’ mhux se jnaqqas li
immigranti illegali jfittxu li jmorru fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Biex titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali, jeħtieġu miżuri drastiċi oħrajn u mhux
ir-rondi tal-FRONTEX u l-ftehim tal-‘burden sharing’.
Jekk verament nemmnu li pajjiżna ma jistax jaċċetta immigranti illegali, irridu
niddeċiedu li ma nħalluhomx jibqgħu f’pajjiżna u lanqas inħalluhom jużaw lil
pajjiżna biex imorru fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
Jekk għandek saqaf li qed jagħmel l-ilma, ma żżommux milli jagħmel dan jekk toqgħod tixxotta l-ilma li jinżel mis-saqaf jew toqgħod tbattal l-ilma, kull darba li jinżel.
Trid tkaħħal l-bejt biex ma jidħolx l-ilma minnu.
L-istess għandna nagħmlu jekk irridu nwaqqfu l-invażjoni tal-immigranti illegali.
Irridu ngħidu li għall-ebda raġuni u minħabba ebda skuża m’aħna se nżommu joqogħdu f’pajjiżna minn dawk li jiġu illegalment.
Min ikun f’pajjiżna illegalment, se jintbagħat lura f’pajjiżu.
U jekk ma jagħtix it-tagħrif meħtieġ biex dan ikun jista’ jsir, se jibqa’ maqful sakemm jagħti t-tagħrif kollu.
Ladarba jkun magħruf li Malta mhix se tħalli immigranti illegali, ħadd ma
jissogra jiġi u jekk isib ruħu f’pajjiżna bla ma jrid, xorta jaf li se jkollu
jmur lura.
Sakemm nibqgħu niflu r-raġunijiet ta’ dawk li jiġu f’pajjiżna illegalment,
m"aħniex se niskoraġġixxu li jkomplu jiġu bit-tama li naċċettaw ir-raġunjijiet
li jagħtuna.
Fl-istess waqt li naddottaw politika ta’ tolleranza żero fir-rigward ta’ kull
min ikun f’pajjiżna illegalment, għandna wkoll inħaddmu politika li tgħin
lill-pajjiżi fqar li minnhom ġejjin l-immigranti.
Għandna niddedikaw persentaġġ mid-Dħul Gross Nazzjonali tagħna għall-iżvilupp ta’ dawk il-pajjiżi u tal-popolazzjoni tagħhom.
Ma' din il-politika, għandna insegwu wkoll politika li tinkoraġġixxi
lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom bżonn l-immigranti, li jħaddmu skemi
regolari ta’ immigrazzjoni mill-pajjiżi li minnhom jitilqgħu l-immigranti
illegali.
Meta nagħmlu dan kollu, fil-waqt li nkunu qegħdin inħarsu l-interessi tal-poplu
tagħna, inkunu wkoll qegħdin neħduha kontra t-traffikar illegali tal-immigranti
u nkunu qegħdin nagħtu kontribut għall-iżvilupp tal-pajjiżi fil-bżonn u
għall-ħarsien tad-dinjitŕ tal-eluf ta’ immigranti li jġarrbu tbatijiet kbar.
Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ