MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
L-UE tintrabat man-NATO
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

Il-prim
Ministru ta’ Malta llum għandu jiltaqa’ mal-mexxejja tal-pajjiżi l-oħrjn
tal-Unjoni Ewropea biex jaraw kif se jsaħħu r-rabtiet mal-alleanza militari
tan-NATO.
Meta qiegħed jagħmel dan, il-Prim Ministru jaf li qiegħed jikser il-ġurament li ħa li jħares il-Kostituzzjoni ta’ Malta li torbot lil pajjiżna biex ma jieħux sehem f’ebda alleanza militari.
L-UE u
l-alleanza militari tan-NATO ilhom jippjanaw kif jaħdmu flimkien fil-qasam
tas-sigurtà militari mhux biss fl-Ewropa, iżda mad-dinja kollha.
Anke l-Istati Uniti tal-Amerika ilhom jinsistu li l-UE tikkopera man-NATO fil-qasam tas-sigurtà militari.
It-Trattat ta’ Lisbona jagħmel din il-koperazzjoni aktar possibbli għax jaħseb biex l-UE “timmilitarizza” ruħha aktar.
Malta, li skont il-Kostituzzjoni Maltija hija pajjiż newtrali li ma jistax
jissieħeb f’ebda alleanza militari, meta approvat it-Trattat ta’ Lisbona,
aċċettat il-“militarizzazzjoni” tal-UE, u għalhekk ukoll ta’ pajjiżna bħala
parti mill-UE.
B’hekk pajjiżna qed jilgħab man-nar għax qed jitbiegħed mit-triq tal-paċi u qiegħed iqarreb lejn inizjattivi militari li l-Unjoni Ewropea jkollha sehem fihom, li fl-aħħar iwasslu għal gwerra.
Politika komuni ta' sigurta' u difiza
L-UE
qiegħda tiżviluppa politika komuni ta’ sigurtà u difiża u politika barranija li
jsostnuha.
La darba din il-politika tal-UE tapplika wkoll għal Malta,
* pajjiżna jitqies mill-pajjiżi kollha tad-dinja
* li qed iħaddan il-politika barranija ta’ sigurtà u difiża mfassla mill-UE,
* u mhux aktar iħaddan politika ta’ newtralità
* u non-allineament li trid il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Il-Membri
tal-Parlament Malti
* mhux qed jinteressaw ruħhom
* dwar il-politika barranija ta’ pajjiżna
* u ma jimpurtahomx li qiegħda tinbidel
* bi ħsara għall-interessi tal-poplu Malti,
* għax kieku ma kinux jibqgħu siktin
*
u ma jiddiskutu qatt il-qasam
* tar-relazzjonijiet barranin ta’ Malta,
* minkejja li jafu li l-poplu Malti jista’ jgħix fis-sliem biss
* kemm-il darba ma jmissx ma’ gwerer.

Mingħajr
ma jafu l-Membri Parlamentari,
* il-Gvern diġà qabel mal-ftehim milħuq
* mir-rappreżentnti tal-pajjiżi tal-UE,
* dwar ir-rabtiet li l-Unjoni Ewropea
* għandu jkollha mal-alleanza militari tan-NATO,
* u dan il-ftehim se jitressaq lill-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE
* (inkluż il-Prim Ministru ta’ Malta)
*biex
japprovawh fil-laqgħa għolja tas-16 ta’ Settembru.
Meta l-mexxejja
japprovaw il-ftehim dwar ir-rabtiet bejn l-UE u n-NATO,
* mingħajr ma tkun taf,
* issib ruħha maqbuda fix-xibka ta’ intrigi militari
* miftehmin segretament bejn il-mexxejja tan-NATO,
* tal-UE
* u Amerika.
F’dan kollu, il-Parlament Malti hu injorat għal kollox u l-interessi veri
tal-Maltin huma minsijin.
Avventuri militari tal-UE
Kemm in-NATO kif ukoll l-Amerika huma ħerqanin li l-UE tissieħeb fl-avventuri militari tagħhom.
Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Anders Fogh Rasmussen, f’diskors li għamel f’Madrid, appella biex l-UE u n-NATO jagħtu appoġġ lil xulxin fil-qasam tal-ħarsien tas-sigurtà, u dan għandu jseħħ billi jagħmlu pjani u jieħdu azzjoni flimkien meta jkun jaqbel li jsir dan.
Xi
trid l-Amerika mill-UE qalitu ċar is-Segretarja tal-Affarijiet Barranin
Amerikana, Hilary Clinton, f’diskors li għamlet f’Jannar li għadda f’Pariġi
lill-Akkademja Militari Franċiża.
Hija
sostniet li fid-dinja mħawda tal-lum ikun ta’ siwi kemm għan-NATO u kemm
għall-UE li ma jaħdmux għal rashom, għax illum il-qasam tas-sigurtà mhux dak li
kien meta twaqqfu n-NATO u l-UE, u lanqas jista’ jingħad li l-Unjoni Ewropea
m’għandhiex x’taqsam mal-ħarsien tas-sigurtà, jew ma tindaħalx fi kwistjonijiet
li jheddu s-sigurtà.
Għalhekk l-Istati Uniti qegħdin jagħfsu lill-UE u lin-NATO biex jaħdmu u jikkoperaw flimkien, qalet Clinton.
Iżda la l-fatt li l-UE taħdem id f’id fil-qasam militari mal-alleanza tan-NATO,
u lanqas il-fatt li l-UE tkabbar il-forzi militari tagħha, ma jiswew biex iseħħ
il-ħarsien tas-sigurtà tal-poplu Malti.
Is-sigurtà tiegħu tissaħħaħ aktar ma Malta titbiegħed mill-alleanza militari
tan-NATO u aktar ma tiħux sehem fil-“militarizzazzjoni” tal-Unjoni Ewropea.
Għax sakemm pajjiżna jibqa’ jitqies minn dawk li jistgħu jkunu għedewwa
potenzjali tan-NATO u tal-UE militarizzata, bħala pajjiż newtrali u mhux
allineat, u li jaħdem attivament għall-paċi fost il-ġnus u ma jieħux sehem
f’alleanza militari, il-poplu Malti jibqa’ jitħalla jgħix fis-sliem u jkun
miżmum bħala poplu ħabib u mhux għadu.
Il-Gvern li qiegħed iħaddan il-politika komuni tal-UE kemm fil-qasam
tal-affarijiet barranin, kif ukoll fl-oqsma tas-sigurtà u difiża, qiegħed
jhedded is-sliem u s-sigurtà tal-poplu Malti.
Il-Membri tal-Parlament li bis-silenzju tagħhom iħallu l-Gvern jagħmel dan,
ikunu kompliċi miegħu fit-tradiment tal-interessi nazzjonali.
L-appoġġ għall-UE qiegħed dejjem jonqos
Wara li
nħasdet bir-riżultat tal-istħarriġ li l-UE għamlet tal-opinjoni pubblika,
* li wera li lanqas nofs il-poplu tal-pajjiżi membri ma jemmnu li hija tajba,
* l-UE għażlet li tonfoq aktar miljuni ta’ ewro milli diġà qiegħda toħroġ,
* fi propaganda dwar il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso.
Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-politika
* dwar il-komunikazzjoni soċjali,
* Vivien Reding,
*
ipproponiet li grupp ta’ operaturi
* ta’ fotografi u tat-televiżjoni
* jakkumpanjaw lil Barroso
* fix-xogħol tiegħu tul il-jum kollu,
* u li l-UE għandha tħallas sehem mill-ispejjeż tagħhom
* meta jmorru miegħu f’pajjiżi oħrajn.
Il-Kummissarju
Reding qiegħda tinsisti wkoll li Barroso,
* bħala President tal-Kummissjoni Ewropea,
* għandu jingħata aktar importanza,
* u li huwa għandu jagħmel l-istqarrijiet pubbliċi kollha tal-Kummissjoni,
* minflok kif sar s’issa,
* li kull Kummissarju Ewropew jagħmel hu l-istqarrijiet
* dwar il-qasam li tiegħu hu responsabbli.

Bħala
parti minn dan il-pjan ta’ propaganda, fis-7 ta’ Settembru, Barroso għamel
diskors fil-Parlament Ewropew, li għalih il-Membri tal-Parlament intalbu
jattendu.
Kien hemm il-biża’ li ħafna membri ma kinux se jattendu, tant li sa lejliet il-laqgħa, il-ħsieb kien li sfratta fl-aħħar mument, li min ma jattendix, ikun immultat.
Id-deċiżjoni li membri li ma jattendux għad-diskors ta’ Barroso jkunu mmultati,
qanqlet kritika ħarxa u kixfet in-nuqqas ta’ interess tal-Membri Parlamentari
fil-ħidma tal-President tal-KE, kif ukoll in-nuqqas ta’ siwi fid-diskorsi
tiegħu.
Saret ukoll kritika ħarxa dwar iż-żieda fl-infiq għall-propaganda tal-President
tal-KE.
Il-korrispondent tas-Sunday Telegraph, Stan Herbert, qal li nfiq akbar biex tidher itjeb id-dehra ta’ Barroso, huwa l-aħħar minn sensiela ta’ proġetti ta’ vanità li l-UE qiegħda tħallas mit-taxxi tal-popli tal-pajjiżi membri.
Minflok tonfoq il-fondi fuq ritratti u vidjows ta’ President mhux elett mill-poplu, l-UE għandha ttejjeb ħafna d-dehra tagħha billi tisma’ x’jgħidu ċ-ċittadini tal-UE, u billi ma tkomplix taħli t-taxxi mħallsin minnhom.

Eżempju
ta’ kif l-UE taħli l-fondi tagħha,
* ingħata mill-Organizzazzjoni “Open Europe”
* li kixfet li s-sena l-oħra l-UE nefqet €8 miljun
*
għal “entertaining, training and ‘informing’ journalists”,
* u li €351,800 minnhom intefqu għall-ġurnalisti Irlandiżi
* qabel ir-referendum dwar it-Trattat ta’ Lisbona,
* u €7,000 tħallsu għal żewġ “cocktail parties” għall-ġurnalisti.
Lejliet id-diskors ta’ Barroso fil-Parlament Ewropew, tħassret id-deċiżjoni li
jkunu mmultati l-Membri tal-Parlament li ma jattendux.
Ħafna
kummentaturi kkunsidraw din id-deċiżjoni insolenti, anti-demokratika, u mhux
skont id-dinjità u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew eletti
mill-poplu, u tixraq lit-tfal li jmorru l-iskola.
Membru Parlamentari Olandiż, Peter van Balen, xebbaħ id-deċiżjoni ma’ dawk li kienu jittieħdu fl-imgħoddi, fl-Unjoni Sovjetika.
Skont
Membru Parlamentari Ingliża, Sarah Ladford, id-deċiżjoni kienet tagħmel għajb
lill-Parlament Ewropew li deher li jkollu jħallas lill-membri biex joqogħdu
jisimgħu lil Barroso jitkellem.
Għalkemm l-UE pprovat tonfoħ id-diskors ta’ Barroso bħala messaġġ “State of the
Union”, ma jidhirx li kellu xi interess u importanza, tant li l-ġurnali
tal-għada ma tawh ebda prominenza u ma qanqal ebda diskussjoni jew dibattitu.
F’pajjiżna, il-ġurnali lanqas irrapportawh u l-poplu Malti ma jafx x’qal Barroso, ħlief li appella għal azzjoni kollettiva tal-pajjiżi tal-UE biex tingħeleb il-kriżi li għaddejjin minnha, u wera l-ħsieb li jitwettqu r-riformi tat-Trattat ta’ Lisbona u li jintlaħqu l-miri tal-viżjoni tal-2020 tal-UE.
L-infiq ta’ aktar miljuni fil-propaganda mhux se jagħtu riżultati li jissodisfaw
lill-popli tal-pajjiżi tal-UE.
Dawn aktar qegħdin jitħawdu
* meta jaraw in-numru ta’ mexxejja li jitkellmu f’isem l-UE,
* għax barra mill-President tal-KE,
* hemm il-President tal-UE,
*
il-Belġjan Rompey,
* u kull sitt xhur,
* ikun il-Prim Ministru ta’ wieħed mill-pajjiżi membri
* li jservi ta’ President fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE,
* u hemm ukoll il-President tal-Parlament Ewropew,
* u issa,
*
hemm il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-UE,
* l-Ingliża Ashton,
* li fil-laqgħat internazzjonali,
* titkellem f’isem il-pajjiżi kollha tal-UE.
B‘dawn il-kaptani kollha ma tistax ma tinħoloqx konfużjoni kbira fl-imħuħ taċ-ċittadini komuni li jaraw lill-UE bħala t-Torri ta’ Babel b’ħafna ilsna.
Għalhekk l-appoġġ popolari għall-UE qiegħed dejjem imajna.
Midfunin fl-UE, kif tista’ Malta terġa’ tqum?
minn Charles Micallef, Kampanja Helsien Nazzjonali

Għalkemm
il-front “Maltin Inqumu” jittama li l-Maltin jerġgħu jqumu, jiena ma nemminx li
Malta issa tista’ terġa’ tqum la darba wara l-inkwiet tas-sajf tas-sena 1998 u
l-waqgħa tal-Gvern Laburista, l-Unjoni Ewropea għaġġlet biex taħtafha u
tikkolonizzaha.
L-Unjoni Ewropea fehmet x’kien il-valur strateġiku ta’ Malta, bħalma ġenerali
kbar ta’ armati kemm-il darba stqarrew li pajjiżna, f’nofs il-Mediterran, kellu
siwi strateġiku kbir.
Għad-difiża tal-Unjoni Ewropea, Malta msieħba fl-Unjoni u għalhekk tħaddan il-politika komuni ta’ difiża u sigurtà tal-Unjoni, kienet tkun ferm aktar ta’ siwi minn Malta indipendenti, newtrali u mhux allineata.
Malta indipendenti nqatlet meta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fis-sena 2004.
L-UE se tagħmel minn kollox biex Malta ma terġax tqum bħala stat indipendenti u newtrali, u f’dan se jkollha l-għajnuna tal-Istati Uniti tal-Amerika.
Għax
l-Istati Uniti jridu li f’każ ta’ gwerra, ikollhom l-UE tiġġieled magħhom, u
jkunu jridu li l-pajjiżi kollha tal-UE, inkluża Malta, jappoġġjawhom.
Jekk Malta tkun indipendenti u newtrali ma tagħtix appoġġ lill-Istati Uniti fil-gwerer li jidħlu fihom u li jdaħħlu lill-UE fihom, jew iġegħluha tagħtihom daqqa t’id.
Iżda jekk Malta tkun mejta midfuna fl-UE u mhux indipendenti, kull appoġġ mogħti mill-UE lill-Istati Uniti, jinkludi appoġġ minn Malta.
Il-Gvern
Malti ma għadux imexxi kif jaqbel lill-poplu Malti, iżda jkollu jmexxi kif l-UE
tgħidlu li għandu jagħmel.
Għalhekk Malta reġgħet saret kolonja u m’għadhiex indipendenti.
Kieku
l-Gvern Malti jista’ jmexxi kif jaqbel lill-poplu Malti, kieku ma jżommx eluf
ta’ immigranti illegali li hawn f’Malta bla ma jħallihom imorru fil-pajjiżi kbar
tal-UE fejn huma jridu jmorru.
Il-Gvern ma jħallihomx imorru minn Malta għax l-UE ordnatlu li ma jħallihomx jagħmlu dan.
Ma għandniex għax niskantaw li l-UE tagħti l-ordnijiet lill-Gvern tagħna, għax
il-pajjiżi l-kbar tal-UE għandhom fid-demm li jikkolonizzaw pajjiżi oħrajn.


Infatti,
* l-Ingilterra,
* Franza,
* il-Ġermanja,


*
Spanja,
* il-Portugall,
* l-Italja,
* kollha għal ħafna snin kellhom ħafna kolonji tagħhom.
Issa
li l-froġa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea saret, ngħid jien, kif tista’ Malta
terġa’ tqum?
Għal xi setturi tal-poplu, bħall-professjonisti, is-sħubija fl-UE kien pass tajjeb.
L-istess qablilhom bis-sħubija dawk il-ftit li qegħdin igawdu personalment minnha.
Dawk
li kienu jgħidu li qegħdin jiġġieldu “Għalina u għal uliedna”, kellhom raġun,
għax bl-UE sejrin tajjeb huma u t-tribù tagħhom ta’ avukati.
Imma l-klassi tal-ħaddiema qiegħda tissawwat bis-sħubija fl-UE.
Barra l-għeluq tal-fabbriki u tat-Tarzna minħabba l-politika tal-UE, il-preżenza sforzata mill-UE ta’ eluf ta’ immigranti illegali qiegħda tkisser is-saħħa tal-ħaddiema billi twaqqa’ l-pagi u l-kundizzjonjiet tax-xogħol.
Dak li jridu l-kapitalisti tal-UE, li huma d-dixxendenti tal-kapitalisti li dwarhom inkiteb id-“Das Kapital” ta’ Karl Marx.
Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ