MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Iċ-Ċermen
tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI),
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, qed jissuġġerixxi li l-ħaddiema tat-Tarzna
jwaqqfu koperattiva bejniethom biex flimkien ma’ sieħeb strateġiku jmexxu l-azjenda.

Huwa ħareġ b’din l-idea meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet biex
jagħti r-reazzjoni tiegħu għall-istqarrija riċenti tal-Kummissarju tal-UE
għall-Kompetizzjoni, Neelie Kroes, li din fissret il-pjan ta’ negozju li l-Gvern
Malti għandu għat-Tarzna bħala wieħed li mhux aċċettabbli għall-UE.
L-eks-PM saħaq li t-Tarzna m’għandha qatt tgħaddi f’idejn il-barrani imma
għandha tkun immexxija bi sħab bejn il-ħaddiema u sieħeb strateġiku fejn
tal-ewwel jieħdu ħsieb ix-xogħol mill-aspett tekniku waqt li s-sieħeb strateġiku
jieħu ħsieb it-tmexxija professjonali u l-‘marketing’.
B’dan il-mod it-Tarzna
mhux talli ma tibqax piż finanzjarju fuq il-pajjiż imma tkun ukoll vijabbli.
Dwar il-kummenti tal-Kummissarju Kroes, l-Avukat Mifsud Bonnici iddeskrivihom
bħala “att ta’ umiljazzjoni nazzjonali” għax pajjiż indipendenti ma jistax
iħalli burokratiku barrani jibdel deċiżjoni ta’ gvern nazzjonali elett
demokratikament.
Waqt li qal li jkun għajb għall-Gvern jekk jibdel id-deċiżjoni li ħa, l-Avukat
Mifsud Bonnici saħaq li l-Gvern m’għandux ibaxxi rasu għall-UE.
Il-kelliem
sostna li l-UE għandha tirrealizza li jekk il-Gvern Malti jaħfer id-dejn li
għandha l-Malta Shipyards Company Limited huwa jkun qed jaħfer id-dejn li sar
miegħu stess u mhux ma’ kumpanija privata.
L-Avukat Mifsud Bonnici fakkar ukoll li fir-ristrutturar tat-Tarzna l-Unjoni
Ewropea llimitat in-numru tal-ħaddiema u t-tip ta’ xogħol li kellha tagħha u
allura jekk il-pjan tagħha falla hu tort tagħha.
Huwa kkritikaha għax flok ammettiet l-iżball issa qiegħda tagħmel il-bsaten fir-roti.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ