MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Infakkru
l-indipendenza mitlufa
Il-ġimgħa d-dieħla għandna l-40 anniversarju ta’ l-għoti mill-Gvern Ingliż ta’ l-Indipendenza lil Malta.
Minflok li se niċċelebraw dik il-ġrajja, se nfakkruha b’sobgħa, għax din hija l-ewwel anniversarju ta’ l-Indipendenza li tlifna din is-sena, meta fl-1 ta’ Mejju beda jseħħ il-ftehim tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
B’dak il-ftehim, tlifna l-Indipendenza u l-Ħelsien.
Integrajna ruħna
fl-Unjoni ta’ pajjiżi, u dik l-Unjoni issa tikkmandana x’nagħmlu u
kif immexxu fl-aktar oqsma ewlenin tal-ħajja tagħna bħala poplu.
Id-dikjarazzjoni
solenni tas-
Mhux kull Malti u Għawdxi huwa rrassenjat għat-telf ta’ l-Indipendenza u l-Ħelsien ta’ pajjiżna.
Eluf kbar huma ħerqana li niksbu lura l-Indipendenza u l-Ħelsien.
Is-CNI
(Kampanja
Ħelsien Nazzjonali) fissret ir-rieda ħerqana ta’ dawn l-eluf ta’
Maltin u Għawdxin meta fid-29 ta’ Marzu ta’ din is-sena xandret
dikjarazzjoni solenni li tiċħad it-Trattat ta’ Sħubija ta’
Malta fl-Unjoni Ewropea, li kien iffirmat f’Ateni, il-Greċja, fis-16
ta’ April, 2003.
Fl-ewwel parti tad-Dikjarazzjoni Solenni s-CNI fakkarna fatti li seħħew
li huma magħrufin minn kulħadd.
L-ewwel stqarrejna li bit-Trattat ta’ Sħubija, l-Unjoni Ewropea kienet
fil-fatt “ħatfet” lil Malta.
It-tieni għidna li bit-Trattat ta’ Sħubija Malta se tiġi mġiegħla
timxi skond il-politika, liġijiet, direttivi u deċiżjonijiet
ta’ l-Unjoni u tobdi t-trattati kollha magħmulin minnha, u b’hekk pajjiżna
kien qiegħed jitlef il-ħelsien,
l-indipendenza,
is-sovranità u
l-istatus tan-newtralità.
Fit-tielet lok fakkarna li fir-Referendum tat-8 ta’ Marzu 2003 ‘l fuq minn
53 fil-mija ta’ dawk li kellhom id-dritt għall-vot, ma vvotawx favur is-sħubija.
Żidna ngħidu li f’dak ir-referendum, tħallew jivvotaw persuni
li skond il-liġi elettorali ta’ Malta ma kellhomx dritt li jivvotaw.
Ivvizzjat
il-kunsens tal-poplu
Fil-ħames
lok fissirna kif il-kunsens tal-poplu Malti kien ivvizzjat u ma ngħatax
validament, għax meta kunsens jingħata b’riżultat ta’ qerq,
gideb, wegħdiet foloz li jammontaw għal frodi, vjolenza morali u
theddid, il-kunsens ikun ivvizzjat b’mod li ma jkunx marbut min ta l-kunsens,
u dan ikollu dritt jinsisti li l-ftehim jiġi ddikjarat li ma jorbotx.
Kemm fil-każ tar-Referendum tat-8 ta’ Marzu, 2003, kif ukoll fil-każ
ta’ l-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ April, 2003, il-kunsens tal-poplu
Malti nkiseb b’qerq, gideb, wegħdiet foloz li ammontaw għal frodi,
vjolenza morali u theddid, kemm dawk lokali kif ukoll dawk li ġew minn
barra l-pajjiż.
Fis-sitt lok għidna li l-konsegwenzi ħżiena ħafna tas-sħubija
ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea nħbew lill-votanti tagħna bi sħaba
kbira ta’ propaganda massiċċa u billi ma ngħatax it-tagħrif
sħiħ dwar is-sħubija.
Theddid
u ndħil mill-Unjoni
Urejna wkoll kif
spiss intqal li Malta tkun ibbojkottjata u iżolata kemm politikament kif
ukoll ekonomikament, u li jkollna diżastru, u nsibu ruħna
fid-dlamijiet u t-theżżiż tas-snin, kemm-il darba ma nisseħbux
fl-Unjoni Ewropea.
Fakkarna li l-Kummissarju Verheugen saħansitra hedded
lid-Deputat Mexxej
tal-Partit Laburista li
l-Unjoni Ewropea kienet se tiżgura li l-Partit
jitlef kemm ir-Referendum kif ukoll l-elezzjoni ġenerali.
Fid-disa’ lok ilmentajna li l-Unjoni ħadet sehem xejn xieraq fil-kampanja
favur is-sħubija u nefqet flejjes kbar fiha, u għadd ta’
personalitajiet għoljin ta’ l-Unjoni, fosthom
Romano Prodi u Pat Cox u
ħafna Kummissarji Ewropej, żaru Malta biex jippressaw lill-poplu
jivvota favur is-sħubija.
Xlejna lid-delegazzjoni ta’
l-Unjoni Ewropea f’Malta b’għemil li qatt
m’għandu jseħħ meta hija ħadet sehem attiv fil-kampanja
tar-Referendum u bagħtet bil-posta f’kull dar f’Malta u f’Għawdex
karti ta’ propaganda favur is-sħubija.
Iddenunzjana l-ħafna ndħil barrani
kemm matul il-kampanja
tar-Referendum, kif ukoll dik ta’ l-elezzjoni ġenerali, u dan seħħ
bi ksur tal-liġi dwar l-indħil barrani, meta għadd ta’ kapijiet
ta’ stati u ta’ gvernijiet u ministri żaru Malta u għamlu
stqarrijiet pubbliċi biex jinfluwenzaw lill-poplu jivvota favur is-sħubija.
Ksur
tal-liġijiet
Fit-12-il lok
osservajna li ammonti ta’ flus, kbar hafna skond iċ-ċirkostanzi
lokali, ingħataw mill-Gvern għall-kampanja favur is-sħubija, u
ftit wisq ingħataw lin-naħa kontra s-sħubija.
Kxifna l-ksur li sar tal-liġi li tgħid li għandu jinżamm
bilanċ bejn l-opinjonijiet opposti fi kwistjonijiet ta’ interess
pubbliku, fuq ir-radju u t-televiżjoni ta’ l-istat u li dawn għandhom
jallokaw ħin u faċilitajiet tax-xandir liż-żewġ naħat,
mentri dawn fuq medda twila ta’ żmien qabel ir-Referendum, taw lill-Gvern
u lin-naħa ta’ l-Iva ħafna aktar ħin u faċilitajiet milli
taw lill-Oppożizzjoni u lin-naħa tal-“Le”.
Qabel ma d-dikjarazzjoni solenni stqarret li l-poplu Malti u Għawdxi għandu
dritt jaħdem ħalli jitħassar it-Trattat tas-Sħubija ta’
Malta fl-Unjoni Ewropea, issemmew fatti oħrajn, li nxandru l-ġimgħa
d-dieħla.
Tradiment
li ma jinħafirx
Qabel ir-Referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea qalulna li bis-sħubija se jiżdied it-turiżmu, se jikber l-investiment barrani, se jiżdied ix-xogħol f’pajjiżna, u l-kwalità tal-ħajja se titjieb.
’Il fuq minn 30
organizzazzjoni u korp ingħaqdu ma’ Fenech Adami f’Kastilja u ħadu
ritratt kbir tal-grupp biex jimpressjonaw lill-poplu kemm kien wiesgħa
l-qbil qabel ir-Referendum favur is-sħubija fl-Unjoni, u kemm kien fi
ħsiebhom wara li sseħħ is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni,
ikomplu jmexxu lill-pajjiż bi ftehim flimkien.
Wara li għaddiet sena minn meta ttieħed f’Kastilja dak ir-ritratt
storiku daqs kemm kien falz u jinganna, illum għandna nofs dawk il-korpi u
organizzazzjonijiet jixlu lill-Gvern Nazzjonalista li ngannahom u n-nofs l-ieħor
jilmentaw miegħu dwar it-tmexxija żlugata tal-pajjiż.
Ma
jammettux l-iżball
Dawn għandhom
raġun jilmentaw iżda m’għandhomx id-diċenza li jammettu
l-iżball li sar bil-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni, li huwa l-kaġun
ewlieni tat-telf fit-turisti, tan-nixfa fl-investiment barrani, tan-nuqqas ta’
xogħol f’pajjiżna, u li l-kwalità tal-ħajja qiegħda teħżien
għal ħafna familji.
Jekk dawn il-korpi u organizzazzjonijiet li kienu jifformaw il-kor ta’ l-IVA
qabel ir-referendum u l-elezzjoni ġenerali qegħdin jonqsu li ma
jammettux li l-ftehim tas-sħubija qiegħed jagħmlilna ħafna
aktar ħsara milli ġid, kemm qegħdin jonqsu aktar dawk li kienu jgħidu
LE għall-ftehim li sar u issa li nstab li kellhom raġun li
jikkritikawh, qegħdin jaċċettawh kif inhu, u minflok qegħdin
jeħduha kontra dawk sħabhom li ma darux bħalhom u jridu jissoktaw
fil-ġlieda biex ibiddluh?
Wasalna f’qagħda traġika f’pajjiżna li l-Gvern Nazzjonalista
tilef l-appoġġ inkondizzjonat ta’ ħafna li
kienu jsostnuh qabel
ir-Referendum, iżda issa qiegħed jistrieh li jingħata l-appoġġ
mill-Oppożizzjoni Laburista fil-Parlament ħalli tiġi approvata
l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
li tkasbar u tikser
il-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Mitlufin
u mifxulin
Dawk kollha li
llum fehmu li dwar il-ftehim ma’ l-Unjoni kienu jew żbaljati jew ġew
ingannati qabel ir-Referendum u l-ahhar elezzjoni ġenerali, se jsibu ruħhom
mitlufin jekk ma jistgħux isibu refuġju fl-Oppożizzjoni
Laburista, li għalkemm taf li hija kienet fis-sewwa, issa qiegħda
tidneb jekk taċċetta ftehim żbaljat li diġà għamel, u
aktar se jagħmel, ħsara lill-poplu tagħna, u li mhux qiegħda
turi l-kuraġġ u l-fibra li ma tivvotax favur il-Kostituzzjoni l-ġdida
ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk f’dawn iċ-ċirkostanzi min ivvota IVA u llum huwa kontra jħossu
mitluf, kemm għandu min ivvota LE u llum iħossu aktar konvint kontra,
iħossu mifxul u rrabjat jara lil min ivvota sabiex jirrappreżentah
fil-Parlament, minflok jirrispetta r-rieda tiegħu, jasal biex jaqbel
mal-Gvern biex jivvota favur il-Kostituzzjoni ta’
l-Unjoni Ewropea?
Dak it-tradiment ma jinħafirx.
Il-Ħamis, 16 ta’ Settembru, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ