MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Le għal bażi marittima barranija
Disgha u għoxrin sena ilu ħlisna mill-bażi barranija.
Issa jridu li s-sena d-dieħla, ikollna bażi marittima barranija, billi t-Tarzna tingħata lill-barranin.
Għax
* il-baċiri,
* il-mollijiet,
* il-ħwienet tax-xogħol,
* l-attrezzi u
* l-għodda tat-Tarzna
jagħmlu mit-Tarzna bażi marittima mill-aqwa li l-Gvern irid jgħaddi lill-barranin.
Minn bażi navali Ingliża, it-Tarzna se ssir bażi marittima barranija.
Is-CNI
toġġezzjona li f’pajjiżna se jerġa’ jkollna bażi
barranija.
La l-privatizzazzjoni tat-Tarzna u lanqas it-twaqqif tas-sussidju lilha ma jeħtieġu
li t-Tarzna tinbiegħ lill-barranin.
Privatizzata u tmexxi mingħajr sussidji, it-Tarzna tista’, u għandha tibqa’ f’idejn Maltin.
Il-ġieh
nazzjonali hekk jitlob minn kull veru Malti li jgħożż lil pajjiżna
u lill-poplu tagħna.
Jekk it-Tarzna wkoll tkun tal-barranin, is-CNI
tistaqsi, x’jibqa’ tal-Maltin?
* L-aqwa bank, il-Mid-Med tajnih lill-barranin.
* Il-Freeport hu f’idejn il-barranin.
* L-Air Terminal għaddejnih lill-barranin.
* Il-Maltacom benieha lill-barranin.
* Il-ħatt u t-tagħbija tal-merkanzija fil-Port il-Kbir huwa f’idejn il-barranin.
* Il-Lottu jmexxuh il-barranin.
* Il-Posta spiċċat ċens lill-barranin.
* Parti kbira minn Ta’ Qali ħaduha l-Amerikani.
* Tlifna kważi l-industrija lokali tal-manifattura.
* It-trasport ta’ l-esportazzjoni li Sea Malta kienet tagħmel, ingħata lill-barranin u
*
s-Sea Malta nqerdet.
Dak kollu li b’għaqal u ħila kbira bnew ta’ qabilna għal
ġensna, begħnih, u minkejja li begħna dal-ġid kollu, għabbejna
lil pajjiżna bil-biljuni dejn.
Il-Parlament
tagħna m’għadux sovran,
Il-Gvern m’għadux ħieles li
jiddeċiedi huwa, u rajna m’għadux f’idejna, għax kollox isir
kif tgħid l-Unjoni Ewropea.
Is-CNI ssostni li erġajna sirna kolonja, mhux ta’ l-Ingliżi, iżda ta’ l-Unjoni Ewropea.
Bħalma qabel kellna Maltin li ħasbu għar-rashom u servew lill-Imperu, mhux lil Malta, l-istess illum għandna Maltin li jfittxu l-interessi tagħhom qabel kollox, u għalihom l-Unjoni Ewropa tiġi qabel Malta.
Il-ġibda tal-flus ta’ l-Unjoni seħtet liż-żgħażagħ tagħna, telfitilhom ġiehhom u jasrithom.
M’humiex aktar lesti jissagrifikaw ruħhom għal art twelidhom u għal għajrhom.
Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux biss għamlitilna ħsara materjalment, iżda li huwa ħafna agħar, dgħajfitna moralment.
Ma’
ġidna, tlifna ruħna u ġiehna.
Il-ġejjieni tat-Tarzna joffrilna l-opportunità biex inwaqqfu l-emoraġija
tar-riżorsi nazzjonali Maltin milli jkomplu jinbidlu fi proprjetà
tal-barranin.
Jekk
il-Gvern irid jobdi l-Unjoni Ewropea u jitlaq minn idejh it-Tarzna u jwaqqfilha
l-għajnuna wara l-aħħar ta’ din is-sena, il-ħaddiema li
jridu jissoktaw jaħdmu fit-Tarzna, għandhom joħduha f’idejhom u
jsieħbu magħhom imsieħeb li kapaċi jipprovdi tmexxija
professjonali effiċjenti u ‘marketing’ effettiv kif it-Tarzna teħtieġ,
mingħajr aktar indħil u għajnuna mingħand il-Gvern.
Is-CNI
temmen li l-poplu Malti, li ma jixtieqx li bit-taxxi tiegħu jagħmel
tajjeb għat-telf tat-Tarzna, għandu jkun kburi li t-Tarzna tibqa’
tal-Maltin u ma terġax taqa’ f’idejn il-barranin, għax it-Tarzna
hija parti strateġika minn pajjiżna, u hija magħġuna ma’
l-istorja ta’ Malta.
Is-Sibt, 16 ta’ Awwissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ