MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Ineffiċjenza u ħela fl-UE
L-Unjoni
Ewropea, li tippretendi li ġġiegħel lill-gvernijiet tal-pajjiżi
membri imexxu b’mod effiċjenti, ħwejjiġha tmexxihom bl-aktar
mod ineffiċjenti, b’ħela enormi ta’ flus.
Eżempju ta’ dan huwa l-għadd kbir ta’ aġenziji li hija
twaqqaf ħalli jieħdu ħsieb oqsma speċfiċi, bħalma
huma l-vizzju tad-droga, id-drittijiet tal-bniedem u t-taħriġ
professjonali.
Illum l-aġenziji fl-Unjoni Ewropea jgħoddu 23.
M’hawnx qbil kemm huma kollha meħtieġa.
Fost
dawk li ma jaqblux dwar il-ħtieġa ta’ ħafna minnhom, insibu
lill-Awstrijak Herbert Bosch, iċ-Ċermen tal-Kummissjoni tal-Parlament
Ewropew li tikkontrolla l-baġit ta’ l-Unjoni.
Bosch jgħid li l-Unjoni tbagħti mill-marda ta’ l-aġenziji li
huwa jsejjaħ “aġenzijitis”.
Din qiegħda tixrob flejjes kbar ta’ l-Unjoni, madwar biljun Ewro fis-sena, li wara kollox jiġu mit-taxxi li jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni, inklużi l-Maltin.
Hemm
3,737 impjegati fl-aġenziji ta’ l-Unjoni.
Skond Bosh, ħadd fl-Unjoni Ewropea ma jifli kemm huma tassew siewja dawn
l-aġenziji kollha li joperaw mingħajr kontroll ta’ ħadd u mingħajr
ħadd m’huwa responsabbli tagħhom.
Huwa
jasal biex jilmenta li fl-Unjoni Ewropea qiegħda titrawwem kultura li huwa
jsejjaħ “kultura ta’ l-irresponsabbiltà”.
Il-Parlament
Ewropew ikkritika lill-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta’ l-aġenziji.
Iżda mhux biss minħabba ’l ħafna aġenziji li l-Parlament Ewropew ikkritika lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Parlament
ilmenta wkoll għal numru kbir ta’ impjegati li hemm mal-Kummissjoni
Ewropea, li llum jlaħħqu 19,004.
Inge Grafsle, kelliema tal-Membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Popolari
Ewropew, issostni li ma tidhirx li hemm il-ħtieġa għal ħafna
mill-impjegati li tqabbdu dan l-aħħar mill-Kummissjoni.
Eżempju ta’ dan hija t-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli
mill-informazzjoni u l-propaganda li għandha 1,200 impjegat.
Minkejja
dawn l-impjegati kollha, Inge Grafsle tirrimarka li d-dehra tal-Kummissjoni
f’għajnejn il-pubbliku m’hija tajba xejn.
Eżempju ieħor ta’ l-iffangar ta’ l-Unjoni Ewropea fin-numru ta’
impjegati, ngħata dan l-aħħar meta l-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu
fl-Unjoni, fil-bidu ta’ din is-sena.
Fil-bidu tas-sena l-Kummissjoni Ewropea qabdet 741 impjegati ġodda biex jaraw li jitħaddem sewwa s-suq komuni fiż-żewġ pajjiżi membri ġodda.
Grafsle
tgħid li l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea qegħdin jisparaw ’l
fuq, fosthom il-fondi li l-Unjoni trid twarrab għall-pensjonijiet ta’
l-impjegati, li għas-sena d-dieħla huma stmati li jkollhom żieda
ta’ għaxra fil-mija.
Dawn
ifissru piżijiet akbar ta’ taxxi li jħallsu ċ-ċittadini
ta’ l-Unjoni, inklużi l-Maltin u l-Għawdxin.
L-Unjoni
Ewropea tagħmel propoganda biex tbeżża’
Il-propoganda saret il-ħobża ta’ kuljum li mingħajrha l-Unjoni Ewropea tispiċċa tmut bil-ġuħ!
Tant
jafu li l-Unjoni Ewropea tista’ tibqa’ teżisti biss jekk tibqa’ tbeżża
lill-poplu ta’ l-Ewropa bil-babaw ta’ l-aħħar gwerra, li spiss
jaqgħu għar-redikolu b’dak li jgħidu l-Kummissarji ta’
l-Unjoni Ewropea u dawk li jirrepetu bħal pappagalli dak li jkunu qalu
l-Kummissarji.
L-aktar frażi li jħobbu jirrepetu hi li “l-Unjoni Ewropea ġabet
il-paċi fl-Ewropa”.
Kemm-il darba tajniekom il-prova li dan mhu veru xejn?
Il-waqfien
mill-gwerra ġabuha l-armati tal-Gran Brittanja, ta’ l-Istati Uniti ta’
l-Amerika u ta’ l-Unjoni Sovjetika.
Urejniekom
kif, fil-fatt, mhux “ġiet il-paċi” iżda nħolqot
“il-gwerra bierda flok dik bl-armi” bejn il-blokk Sovjetiku u l-Warsaw Pact
min-naħa u l-blokk tan-NATO min-naħa l-oħra.
Din il-ħrafa għadhom jirrepetuha sa llum.
Iżda
f’ċerti ċirkostanzi qegħdin iżidu d-doża billi
jipprovaw idaħħlu fl-imħuħ taċ-ċittadini u politiċi
Ewropej, li jekk il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, li issa iridu jdaħħlu
taħt isem ieħor, dak ta’ Trattat ta’ Riforma, jibqa’ ma jidħolx
fis-seħħ, tista’ terġa’ tfaqqa’ gwerra oħra fl-Ewropa.
Taħsbux li qegħdin nesaġerew biex inpinġu kerha lill-Unjoni
Ewropea.
Xejn minn dan.
Araw
il-prova, kif dejjem tajna aħna tas-CNI.
Mela l-Kummissarju Svediża Margot Wallstrom, li għandha
r-responsabbiltà li tippromwovi d-dħul tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
Ewropea taħt il-maskra tat-Trattat ta’ Riforma, marret tagħmel
diskors f’dak li fi żmien l-aħħar gwerra kien magħruf bħala
“il-Ghetto Lhudi” f’Terezin fir-Repubblika Ċeka, fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet
tat-tmiem tat-Tieni Gerra Dinjija (VE Day).
Margot Wallstrom kellha l-ardir tgħid li dawk il-politiċi li se jirreżistu
li pajjiżhom “jaqsam is-sovranità nazzjonli” ikunu qegħdin
jirriskjaw li jmorru lura għall-ħruxijiet (‘horrors’) ta’ żmien
in-Nażist tas-snin Tletin u Erbgħin.
Wallstrom
qalet li t-Tieni Gwerra Dinjija kienet riżultat ta’ ‘pride’ u
‘greed’ nazzjonali u għar-rivalità għall-poter u l-ġid
(‘wealth’).
Din il-Kummissarju Svediża kompliet tgħid li l-Unjoni Ewropea bidlet
din ir-rivalità fi ftehim storiku li l-pajjiżi ta’ l-Ewropa jibdew
jaqsmu bejnithom is-sovranità nazzjonali tagħhom!
Il-Kummissarji Ewropej l-oħrajn, sħab ta’ Wallstrom, ukoll daqqew
l-istess diska billi ħarġu dikjarazzjoni li fiha qalu li ċ-ċittadini
ta’ l-Unjoni Ewropea imisshom iqimu lil dawk li mietu fit-Tieni Gwerra Dinjija
billi jivvotaw “iva” għall-Kostituzzjoni Ewropea.
Jidher li dawn il-Kummissarji, b’għamad quddiem għajnejhom, “insew
li dawk li mietu fl-aħħar gwerra taw ħajjithom għal dik
l-istess libertà li l-Unjoni Ewropea qiegħda teqred!”
L-UE
tinqeda bil-pornografija
L-Unjoni Ewropea waqgħet għall-pornografija biex tagħmel propoganda għall-għanijiet ta’ l-Unjoni.
Xahar
ilu ħarġet ‘video-clip’ ta’ 44 sekondi bit-titolu
“Id-dilettanti tal-films jogħġobhom dan” (‘Film lovers will love
this’) li juri 18-il koppja jkollhom relazzjonijiet sesswali.
Ix-xeni
tal-vidjo huma meħudin mill-films “Amilie” u “All about my brother”
li nħaddmu b’fondi mogħtijin mill-Unjoni.
Tnejn mix-xeni jġibu koppji ‘gay’ jinħabbu u x-xeni għandhom
l-iskop li juru l-ugwaljanza sesswali li l-Unjoni tippriedka.
Il-vidjo jispiċċa bis-sejħa “Ejjew niġu flimkien”
(‘Let’s come together’) waqt li jinstemgħu l-ħsejjes ta’
koppji li qegħdin jkollhom relazzjonijiet sesswali.
Dan il-’video clip’ sar mill-Press Unit tal-Kummissarju dwar
il-Komunikazzjoni, Margot Wallstrom, bl-iskop li tqanqal interess popolari fil-ħidma
ta’ l-Unjoni Ewropea.
Iżda dan il-vidjo waqqa’ lill-Unjoni għar-redikolu u qanqal ħafna
kritika.
Membru
tal-Parlament Ewropew, Mariej Grietych, xela lill-Unjoni Ewropea li qiegħda
tinqeda b’mezzi mmorali biex tagħmel propaganda għaliha.
Membru
ieħor tal-Parlament Ewropew, Godfret Boom, saħansitra qal li l-għemil
tal-koppji fil-vidjo jixhed dak li l-Unjoni qiegħda tagħmel lill-popli
tal-pajjiżi membri.
Membru ieħor tal-Parlment Ewropew, Chris Heaton-Harris, ikkritika
lill-Unjoni Ewropea talli qiegħda taħli b’dan il-mod xejn brillanti,
il-flus miġburin mit-taxxi tal-popli tal-pajjiżi membri.
I
żda l-Kummissarju Ewropew Margot Wallstrom iddikjarat li huwa importanti
ħafna li l-Kummissjoni Ewropa tagħmel użu mill-mezzi kollha li
tista’ ħalli tikkomunika maċ-ċittadini ta’ l-Unjoni.
Ta’ min ifakkar li l-Insara Maltin qegħdin jikkontribwixxu sehemhom kull
sena ħalli l-Unjoni Ewropea tagħmel dawn il-pastazzi.
L-istess qiegħda tagħmel Malta Kattolika li tħallas sehmha kull
sena lill-Unjoni ħalli din tissussidja l-kampanji favur l-abort fil-pajjiżi
li jigħataw għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea.
Barroso
jxebbah l-Unjoni Ewropea ma’ “imperu”
Meta aħna nirreferu għas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, spiss ngħidu li Malta issa saret “kolonja ta’ l-Unjoni Ewropea”.
Kemm
għandna raġun niktbu u ngħidu dan, tahulna l-President
tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso.
Dan l-aħħar meta Barroso kien qiegħed jitkellem ma‘ ġurnalisti
li staqsewh kif jaħsiba dwar l-Unjoni Ewropea, huwa qalilhom:
“We are a very special construction, unique in the history of mankind. Sometimes I like to compare the European Union as a creation, to be organisation of an empire.”
Bil-Malti:
Aħna
(l-UE) għandna kostruzzjoni speċjali ħafna u unika fl-istorja
tal-bniedem. Kultant inħobb inqabbel lill-Unjoni Ewropea mal-ħolqien
ta’ organizzazzjoni ta’ imperu.
Dan il-kliem ta’ Barroso kixef għal darb’oħra l-għan aħħari
ta’ l-elite u l-burokrati ta’ l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dak li joħolqu
“superstat” Ewropew jew fi kliem stess ta’ Barroso, “imperu ġdid
Ewropew”.
Dawk il-politiċi li jgħidulna li mhux veru li ta’ l-Unjoni Ewropea jridu li l-Unjoni ssir “superstat”, issa għandkom prova oħra li huma jkunu qegħdin jingannawkom jew jgħaddukom biż-żmien meta jgħidulkom hekk.
Ftakru
f’dawn il-kliem li kkwotajnielkom, il-kliem li qal Barroso u semmawhomlhom,
ħalli turuhom li m’għandhomx aktar ċans ibellgħulkom
ir-ross bil-labra.
It-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea matul is-snin sar bħala riżultat
tal-miljuni li l-Unjoni Ewropea tonfoq kull sena fil-propaganda biex il-popli
tal-pajjiżi Ewropej jiġu mħeġġin favur sħubija
fl-Unjoni.
L-ewwel l-Unjoni Ewropea tikkapparra lill-politiċi u l-midja prinċipali ta’ pajjiż u mbagħad tinqeda bihom biex huma jinfluwenzaw il-poplu favur sħubija fl-Unjoni.
Hekk ġara f’pajjiżna u hekk ġara f’kull pajjiż ieħor li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, barra f’dawk il-pajjiżi li kienu taħt l-influwenza Sovjetika.
Għax
f’dawn il-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Punent ma kienx hemm il-ħtieġa
li jiġi influwenzat mill-politiċi.
Bħal kull stat li kellu imperu, l-Unjoni Ewropea qiegħda tibni l-armata tagħha u timmilitarizza ruħha.
U d-dudu ta’ l-imperu qiegħed fid-demm ta’ ħafna mill-popli ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Franċiżi, il-Ġermaniżi, l-Ispanjoli, it-Taljani, il-Portugiżi, l-Ingliżi, il-Belġjani u l-Olandiżi – kollha kienu popli imperjali jew kellhom kolonji tagħhom.
Issa li dawn il-popli kollha tilfu l-imperi u l-kolonji tagħhom, iħossu l-ħtieġa li magħqudin flimkien jerġgħu jsibu l-kobor li kellhom.
L-Unjoni
Ewropea timlilhom dak il-vojt f’qalbhom li t-telfien ta’ l-imperi u
l-kolonji ġabilhom.
Għalhekk nefqu l-miljuni biex jiksbu l-kolonja Maltija.
IRRIDU
LURA L-LIBERTA`
Il-Ħamis, 16 ta' Awissu, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ