MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000

Iċ-Ċermen
tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali CNI,
Karmenu Mifsud Bonnici, qal li dak li ġara fl-Irlanda wassal biex
il-Parlament Malti rridikola ruħu għat-tieni darba f’sentejn.
Dan
għax dak li d-deputati Maltin approvaw unanimament “bla riżervi”
spiċċa mhux ratifikat minn pajjiż jew pajjiżi oħrajn ta’
l-Unjoni Ewropea.
Karmenu Mifsud Bonnici, indirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar xi
jfisser il-vot ta’ l-Irlanda u kif bħala
CNI,
hija ferħet u laqgħet il-vot tar-referendum Irlandiż għax l-Irlandiżi
taw lezzjoni li ma jridux min jgħaddi minn fuqhom għax hemm maġġoranza
favur it-trattat.
Huwa sostna li kieku kien hemm pajjiżi oħrajn li ngħataw l-opportunità
li jivvotaw f’referendum, dawn ukoll kienu jivvutaw “le”.
Fil-fatt
l-Irlanda kien l-uniku pajjiż li talab lill-poplu tiegħu jivvota
f’referendum.
Il-vot “le” f’dan il-pajjiż b’inqas minn 1% tal-popolazzjoni ta’
490 miljun fl-Unjoni Ewropea jista’ jġib fix-xejn dak kollu li ġie
nnegozjat mis-27 membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
It-Trattat
ta’ Lisbona jitlob lill-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Ewropa biex l-Unjoni
Ewropea jkollha aktar saħħa militari, jkollha aktar setgħat fuq
il-pajjiżi individwali u tieħu deċiżjonijiet bil-maġġoranza
u mhux b’kunsens.
Karmenu Mifsud Bonnici qal li bit-Trattat ta’ Lisbona, l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tieħu passi biex tkabbar is-saħħa militari tagħha.
Huwa qal li l-Presidenza Franċiża – bejn Lulju u Diċembru li ġej – diġà qalet li trid lill-Unjoni Ewropea ssaħħaħ l-armata tagħha.
Permezz
tal-vot ta’ l-Irlanda, din il-proposta ma sabitx l-appoġġ.
Huwa qal ukoll li l-Irlandiżi lanqas ma qablu li l-Unjoni Ewropea tingħata
aktar setgħat għax il-poplu Irlandiż jaqbel li s-setgħat għandhom
ikunu f’idejn il-Gvern li eleġġa u mhux f’idejn il-pajjiżi
kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan
jgħodd ukoll għal Malta fejn Mifsud Bonnici spjega li l-poplu Malti
eleġġa d-deputati tiegħu u huma dawn li għandhom ikollhom
is-setgħat.
Karmenu Mifsud Bonnici sostna li l-iktar ħaġa fundamentali dwar it-Trattat ta’ Lisbona u li l-Irlandiżi qalu “le” hija l-qasam fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
Huwa qal li l-Irlandiżi ma qablux li meta l-Unjoni Ewropea tieħu ċerti deċiżjonijiet, dawn jittieħdu permezz ta’ maġġoranza u mhux permezz ta’ kunsens.
Karmenu
Mifsud Bonnici saħaq li l-poplu Irlandiż ma jridx li fejn il-Gvern ta’
l-Irlanda jkun kontra, ikollu jbaxxi rasu għax il-maġġoranza ta’
l-Unjoni Ewropea tkun favur.
Huwa qal li Malta hija l-iċken pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea u għax
ikun kontra f’ċerti deċiżjonijiet, il-Gvern Malti jkollu jċedi
għall-maġġoranza ta’ l-Unjoni Ewropea.
Qal
li din hija sistema ħażina u għandha tibqa’ s-sistema ta’
unanimità.
Karmenu Mifsud Bonnici ħadha qatta bla ħabel kontra d-Deputati
Parlamentari kollha Maltin għax dawn, ftit taż-żmien ilu,
approvaw unanimament it-Trattat ta’ Lisbona “bla riżervi”, f’seduta
waħda biss ta’ tliet sigħat mingħajr ma għamlu skrutinju
serju ta’ dak li fih it-Trattat.
“Hija tal-mistħija li l-Parlament Malti, unanimament f’seduta waħda approva bla kritika t-Trattat ta’ Lisbona qabel ma d-deputati flewh x’fih it-Trattat. Irridikolajna u għamilna froġa fl-għola istituzzjoni tal-pajjiż meta din hija t-tieni darba li trattat ma ġiex irratifikat mill-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. L-ewwel approva l-Kostituzzjoni u baqa’ f’wiċċu u issa t-Trattat ta’ Lisbona baqa’ f’wiċċu. Irriduċejna l-għola istituzzjoni f’ridikolazzjoni. Din hija lezzjoni oħra li d-Deputati tagħna għandhom jieħdu”, saħaq Karmenu Mifsud Bonnici.
Mistoqsi għall-fatt li kemm il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, kif ukoll
il-Mexxej Laburista Joseph Muscat urew id-dispjaċir tagħhom għal-“le”
ta’ l-Irlanda, iċ-Ċermen tas-CNI
qal li huwa ma jaqbilx mal-politiċi u sostna li assolutament ma jaqbilx
mal-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat, iżda saħaq li jemmen li iktar
Nazzjonalista se jibdew jitkellmu kontra l-prepotenza, l-arroganza u l-burokraziji
ta’ l-Unjoni Ewropea.
Karmenu
Mifsud Bonnici qal li jemmen li l-Unjoni Ewropea se tipprova tgħaddi
mit-tieqa wara l-vot “le” ta’ l-Irlanda hekk kif jahseb li meta s-sena d-dieħla
jsiru l-elezzjonijiet għall-Membri tal-Parlament Ewropew, fl-istess żmien,
l-Unjoni Ewropea tagħmel votazzjoni oħra fil-pajjiżi kollha ta’
l-Unjoni Ewropea dwar it-Trattat ta’ Lisbona, bil-premessa li dan it-Trattat
jiġi approvat jekk ikun hemm il-maġġoranza tal-voti favurih.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 16 ta’ Ġunju, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ