MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Ordnijiet tal-mistħija mill-UE

 

Il-poplu nisrani Malti baqa' xxokkjat meta sar jaf li fuq ordni tal-atej ta' l-Unjoni Ewropea, il-Gvern, immexxi minn ex-president ta' l-Azzjoni Kattolika, ħareġ istruzzjonijiet ħalli fil-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid ma jittellgħux bnadar ta' Malta biex ma jiġux urtati nies ta' reliġjonijiet oħra.

 

Għaldaqstant ma ttellgħux bnadar 'mezza lasta'

* fuq l-uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja,

* fuq il-Palazz tal-President, il-Belt, u

* fuq il-ministeri,

* fuq id-Depot tal-Pulizija, il-Floriana, u

* fuq l-għases madwar Malta,

* waqt li f'xi postijiet ittellgħu l-bnadar ta' Malta u ta' l-Unjoni Ewropea sa fuq nett ta' l-arblu,

* bħall-Isptar Mater Dei,

* ħdejn il-Qanpiena ta' l-Assedju l-Kbir, il-Belt, u

* fil-Każin Nazzjonalista, il-Belt.

 

Waqt li Malta saret tant servili għall-Unjoni Ewropea, li għamlet dan l-att ta' mistħija, l-Ambaxxata Taljana fil-Floriana, u ċ-Ċentru Kulturali fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt, kellhom il-bnadar 'mezza lasta'.

 

Mhux magħruf jekk l-awtoritajiet ekkleżjastiċi f'pajjiżna ipprotestawx għal dan l-aġir xejn mistenni minn pajjiż li jiftaħar li huwa nisrani u ma jistħix jipprofessa t-twemmin reliġjuż tiegħu.

 

Iżda m'hemmx dubju li l-kotra tal-Maltin u Għawdxin, ta' kull kulur politiku, jistmerru lil min huwa tant bla sinsla f'pajjiżna li joqgħod għal ordnijiet bħal dawn ta' l-Unjoni Ewropea.

 

Ta' min ifakkar li fil-kampanja biex il-poplu jgħid iva għall-ftehim ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, kienu jgħidulna li Malta għandha tissieħeb fl-Unjoni ħalli tkun missjunarja fl-Ewropa.

 

Ħames snin wara li sseħibna fl-Unjoni, qegħdin naraw li lanqas għandna kuraġġ li nagħmlu d-dmirijiet tagħna ta' nsara f'pajjiżna, jekk dawn ma jkunux jogħġbu lill-atej ta' l-Unjoni Ewropea.

 

Aħna nemmnu li l-poplu għandu juri d-disapprovazzjoni tiegħu għal dan in-nuqqas kbir li sar fil-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid, u għaldaqstant fil-ġimgħat li ġejjin fi ħsiebna ngħidu lill-Maltin u l-Għawdxin kollha, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom, kif għandna nuru l-għadab tagħna lejn min baxxa rasu għall-ordni ta' l-Unjoni Ewropea, u kif għandna nuru lill-atej ta' l-Unjoni li mhux sejrin inkomplu noqogħdu għad-dittatura tagħhom kull meta din tkun kontra t-twemmin, il-valuri u l-kultura tal-poplu Malti.

 

L-UE tkasbar twemminna

 

Kienu ħeġġewna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea ħalli nsaħħu l-valuri nsara tagħna.

 

Issa qegħdin insibu li l-Unjoni Ewropea lanqas bil-kurċifiss ma trid taf.

Ftit ta' żmien ilu l-Kummissjoni Ewropea pproponiet direttiva biex ma jitwaħħlux f'postijiet pubbliċi

* kurċifissi,

* santi,

* statwi u

* simboli reliġjużi oħra.

 

Din id-direttiva wara għaddiet mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew bi 34 vot favur u 7 kontra.

 

Issa ftit tal-ġranet ilu l-Parlament Ewropew f'laqgħa plenarja ivvota favur din id-direttiva.

 

Il-votazzjoni kienet 363 vot favur u 226 kontra.

 

Il-propagandisti f'Malta tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea għamlu minn kollox ħalli jaħbu lill-insara Maltin u Għawdxin din id-deċiżjoni infami ta' l-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni tkompli tagħmel għajb lill-Unjoni Ewropea.

 

Iżda wieħed jisten­niha mill-Unjoni li lanqas aċċettat li ssemmi lil Alla fil-Kostituzzjoni tagħha u li tiċħad l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi li ma jippermettux l-abort tat-trabi, u tapprova li fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, persuni jingħataw għajnuna biex itemmu ħajjithom ħalli ma jkomplux ibatu (l-ewtanasja).

 

Qabel ir-referendum dwar is-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-propagandisti (politiċi u ekkleżjastiċi) ta' l-Iva kienu żguraw lill-insara Maltin u Għawdxin li l-Unjoni Ewropea tħaddan prinċipji nsara, għax il-fundaturi tagħha, bħal Schuman, Adeneaur u De Gasperi kienu nsara prattikanti.

 

Dan kien ingann għax l-Unjoni illum hija mmexxija minn klikka atej, li tħaddan politika pagana u timponiha fuq il-poplu kollha tal-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni.

 

 

Id-direttiva tal-Parlament Ewropew li tipprojbixxi kurċifissi u simboli reliġjużi f'istituzzjonijiet pubbliċi jew f'postijiet fejn jingħata servizz lill-pubbliku, tfisser li

* l-kurċifisi u s-simboli reliġjużi jitneħħew mis-swali tal-isptar,

* mill-klassijiet ta' l-iskejjel,

* mill-uffiċċji pubbliċi, u

* anki mill-ħwienet,

* jekk isiru oġġezzjonijiet għalihom.

 

Dan ikun ifisser li f'Malta kattoliċissima r-rieda tal-maġġoranza atea ta' l-Unjoni Ewropea se tegħleb it-twemmin reliġjuż ta' għoxrin sekli tal-poplu Malti u Għawdxi.

 

Aħna niftaħru li San Pawl għamel lil artna nisranija, u issa, bis-saħħa tal-propagandisti f'Malta ta' l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni se tneħħilna l-kurċifiss mill-postijiet pubbliċi f'artna.

 

X'baqgħalna nistennew biex inqumu kontra l-impożizzjonijiet moqżieża ta' l-Unjoni Ewropea?

 

Ġagħluna niċħdu l-ħelsien u l-indipendenza.

 

Imlewna b'eluf ta' immigranti illegali.

 

Għalqulna l-fabbriki u t-Tarzna.

 

Għabbewna bit-taxxi (VAT, eko-tax, levies, eċċ).

 

Għollewlna l-ħajja.

 

Fgawna b'liġijiet u regolamenti.

 

Iridu jeqirdulna drawwietna u jimminaw il-valuri tagħna.

 

Issa anki jkasbru twemminna.

 

Inħallu l-immigranti illegali jmorru fl-Ewropa

 

L-istatistika uffiċjali turi li hawn numru kbir ħafna ta' barranin jaħdmu f'Malta.

 

Fosthom hemm 1,200 immigranti illegali li ngħataw il-permess tax-xogħol.

 

Magħhom m'hemmx magħdudin ħafna immigranti oħra li jitħaddmu bla permess.

 

L-immigranti illegali ssibhom jaħdmu fuq lantijiet tax-xogħol imferrxin mal-gżira,

* f'fabbriki,

* f'lukandi,

* f'restoranti, u

* fil-ġbir ta' l-iskart.

 

L-awtoritajiet jafu b'dan u jħalluh jiġri.

Dawn l-immigranti illegali qegħdin

* jieħdu x-xogħol tal-Maltin, u

* jwaqqgħu l-pagi u

* l-kundizzjonijiet tax-xogħol

* tal-ħaddiema Maltin.

 

Huma joqogħdu f'ċentri miftuħin

* bla ma jkollhom iħallsu kera,

* la għad-dawl u

* lanqas għall-ilma,

* la għat-telefon u

* għall-mediċini,

* barra li jingħataw 'allowance' kuljum.

 

Kollox jitħallas mit-taxxi li l-poplu Malti jħallas.

 

 

Il-piż finanzjarju ta' l-immigranti illegali mhux l-agħar inkwiet għall-poplu tagħna.

 

Ħafna huma mħassbin serjament dwar il-mard li l-immigranti jxerrdu.

 

Tant li ftit ilu tobba Maltin intbagħtu jistudjaw il-mard li hemm f'pajjiżi Afrikani u li qiegħed jiġi Malta.

 

Għax fil-waqt li Maltin li jkunu sejrin f'dawk il-pajjiżi jingħataw ħafna tilqim, l-immigranti illegali li jiġu hawn jitħallew jiġġerrew fostna mingħajr ma jaraw għandhomx xi mard.

 

Lill-poplu qegħdin jaħbulu l-każi ta' mard li ttieħed minn immigranti illegali.

 

Ma ntqalx kemm suldati ħadu l-marda tat-TB jew mard ieħor, u kemm mill-isptar ħadu virus mingħand immigranti illegali.

 

Iżda dan l-aħħar tħabbar li nofs dawk f'Malta morda bl-HIV, huma immigranti illegali.

 

Din tittieħed minn kuntatti sesswali barra b'mezzi oħra.

 

Mhumiex qegħdin jeżaminaw l-immigranti illegali għal din il-kundizzjoni u għall-marda tal-AIDS li hija mxerrda ħafna fil-pajjiżi Afrikani.

 

Għalhekk jingħad li l-immigrazzjoni illegali hija theddida serja għas-saħħa tal-poplu Malti, speċjalment meta l-immigranti jitħaddmu f'postijiet fejn jitħejja l-ikel.

 

Jissemmew aktar minn każ wieħed ta' immigrant illegali li beda joħroġ ma' tfajla Maltija, taqqalha u fi ħsiebu jitlob iċ-ċittadinanza Maltija biex ikun jista' jdabbar rasu u jmur l-Ewropa jew jitħabat biex jidħol fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.

 

L-għoti taċ-ċittadinanza Maltija ħfiefet wisq.

 

Dawn il-ħwejjeġ qegħdin ikabbru l-piżijiet soċjali li l-pajjiż ikollu jġorr għan-nisa u tfal li jispiċċaw abbandunati wara xi żmien.

 

Il-mod li qegħdin nittrattaw il-kriżi kbira ta' l-immigrazzjoni illegali f'pajjiżna, ma jagħmilx sens.

 

Għax minn għalina qegħdin ngħinuhom meta nżommuhom f'Malta, mentri qegħdin inċaħħduhom minn dak li jridu – li jmorru fl-Ewropa.

 

Qegħdin inżommuhom bilfors u kontra qalbhom f'Malta minflok, jekk ma ngħinuhomx, għall-inqas ma nfixkluhomx milli jmorru fejn iridu fl-Ewropa.

 

U qegħdin nagħmlu dan għax l-Unjoni Ewropea ma tridhomx imorru fil-pajjiżi ta' l-Unjoni.

 

Ma jriduhomx huma u jriduna li aħna ma nħalluhomx imorru għandhom.

 

Biex naqdu lill-Unjoni Ewropea qegħdin nitgħabbew bi kriżi aħna.

 

L-akbar pjaċir li nistgħu nagħmlu lill-immigranti illegali hu li ma nżommuhomx milli jmorru fl-Ewropa.

 

Il-poplu jittama li l-Parlament Malti jifhem li l-aqwa għajnuna li pajjiżna jista' jagħti lill-immigranti illegali hi, li ma nfixkluhomx milli jilħqu l-għan tagħhom li jmorru joqogħdu u jaħdmu fl-Ewropa.

 

Meħtieġa bidla fil-politika dwar il-barranin

 

Filwaqt li l-qgħad f'pajjiżna qiegħed jikber billi ħaddiema jitilfu l-impjieg minħabba r-riċessjoni ekonomika, l-għadd ta' ħaddiema barranin li jingħataw permess biex jaħdmu f'Malta, qiegħed jiżdied.

 

Minbarra l-immigranti illegali u ċ-ċittadini mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea,

* għandna aktar minn 8,000 barranin oħra jaħdmu bil-permess f'Malta.

 

Dawn l-eluf kollha qegħdin jieħdu

* x-xogħol u l-ħobż

* ta' eluf ta' Maltin

* li ma jistgħux isibu xogħol biex imantnu lill-familji tagħhom, u

* jkollhom għalhekk jgħixu bl-għajnuna soċjali.
 

Għalhekk il-barranin li jaħdmu f'pajjiżna qegħdin jgħabbu lill-pajjiż bil-piż ta' l-għajnuna soċjali li tingħata lill-Maltin li huma mċaħħdin mill-impjieg minħabba l-barranin.

 

Din hija inġustizzja soċjali,

* l-ewwel mal-ħaddiema Maltin li huma bla xogħol, u

* t-tieni mal-poplu li mit-taxxi tiegħu jitħallsu l-għajnuniet soċjali.

M'hemmx raġuni, għaliex meta għandna eluf ta' ħaddiema Maltin qegħda, nagħtu l-permess jaħdmu f'pajjiżna fost l-eluf ta' ħaddiema barranin,

* 1,011 ħaddiema mis-Serbja,

* 899 ħaddiema mir-Russja,

* 409 ħaddiema mill-Ukrajna,

* 243 ħaddiema mill-Bosnja Herzegovina,

* 463 ħaddiema mill-Indja,

* 413 ħaddiema mill-Filippini,

* barra mijiet ta' ħaddiema minn pajjiżi oħra.

 

Żgur mhux il-każ li m'hawnx Maltin li jistgħu jagħmlu x-xogħol li qegħdin jagħmlu dawn il-ħaddiema barranin.

 

Għalhekk l-għoti tal-permess lil dawn l-eluf ta' ħaddiema barranin

* qiegħed iseħħ kontra l-interessi nazzjonali u

* b'dispett għall-poplu Malti.

 

F'dawn iż-żminijiet ta' riċessjoni ekonomika li naqqset id-domanda għall-oġġetti esportati minn pajjiżna, u

* għalhekk naqqset il-qliegħ li pajjiżna jdaħħal mill-esportazzjoni,

* inkunu qegħdin inkomplu nkabbru l-ħsara lil pajjiżna

* li nżidu l-importazzjoni ta' l-ikel u

* tal-ħwejjeġ l-oħra

* li l-eluf ta' ħaddiema barranin jikkunsmaw,

* għax inkomplu nkabbru d-deficit tal-pagamenti (id-differenza bejn b'kemm inbiegħu barra l-pajjiż u b'kemm nixtru minn barra l-pajjiż).

 

Iż-żieda fil-kummerċ ta' pajjiżna li jsir mill-ħaddiema barranin ma tpattix biżżejjed għat-telf li jikkaġunaw biż-żieda ta' l-importazzjoni fuq l-esportazzjoni.

 

Il-poplu għandu raġun jistaqsi

* x'sar minnha l-liġi li ebda barrani ma għandu jitħalla jaħdem f'Malta jekk ikun hawn Maltin li jagħmlu xogħlu?

 

* U x'sar minnha l-liġi li barranin jitħallew jixtru bini jekk il-bini jkun ta' ċertu valur għoli, ħalli l-barranin ma jaħtfux bini li l-Maltin jifilħu jixtru?

 

* U x'sar minnha l-liġi l-oħra li barrani ma jitħalliex joqgħod f'Malta jekk ma jkollux mezzi biżżejjed biex imantni lilu nnifsu?

Erġajna bdejna naraw

* fit-toroq,

* fuq iz-zuntieri,

* jew iħabbtu l-bibien tad-djar tallaba,

* din id-darba barranin,

* meta t-tallaba konna qtajnihom snin ilu,

* bix-xogħol li ħloqna u

* s-servizzi soċjali li daħħalna.

 

Bil-barranin f'Malta,

* żdiedu wkoll il-każi ta' serq,

* ta' drogi,

* ta' prostituzzjoni u

* offiżi oħra.

 

Dan barra li l-barranin

* kabbru l-piż fuq is-servizzi tas-saħħa,

* naqqsu s-sigurtà għall-poplu tagħna, u

* qegħdin iċaħħdu lil ħafna żgħażagħ tagħna

* milli jaqbdu jaħdmu meta jtemmu l-iskola

* jew it-taħriġ tagħhom.

 

Pajjiżna jeħtieġlu jħaddan politika differenti minn dik ta' l-Unjoni Ewropea dwar ix-xogħol u l-impjiegi.

 

Għandha tkun

* politika li tiżgura xogħol għal kull Malti u Għawdxi li jrid jaħdem, u

* li ma tippermettix li barranin jaħdmu f'pajjiżna

* jekk hawn Maltin jew Għawdxin li jistgħu jagħmlu x-xogħol li jkunu se jagħmluh il-barranin.

 

Pajjiżna

* jkun qiegħed iwetttaq il-ġustizzja soċjali

* meta jiżgura d-dritt fundamentali għad-dinjità tal-bniedem,

* li huwa x-xogħol, u

* fl-istess ħin ikun qiegħed iħaffef il-piż tal-ħlas ta' l-għajnuna soċjali għal dawk qegħda,

* waqt li jżid il-kontribuzzjonijiet ta' dawk li jaħdmu, u

* b'hekk jissaħħaħ il-fond tas-sigurtà soċjali u

* tal-pensjonijiet.

 

Il-Ħamis, 16 ta’ April, 2009.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ