MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-interessi
nazzjonali jitħarsu bil-kunsens
Gvern
ta’ pajjiż indipendenti, jekk ma jkunx imxekkel mill-kostituzzjoni
tal-pajjiż, jista’ meta jrid, jiftiehem u jintrabat ma’ Gvern ieħor
dwar kull ma jaqbillu.
Jekk iħoss li ma jaqbillux, ma jiftiehemx u ma jintrabatx.
Kollox
isir bil-kunsens.
Gvern li jrid jibqa’ indipendenti, qatt ma jaqbillu jintrabat dwar xi ħaġa
li tkun deċiża minn ħaddieħor u li hu jista’ ma jkunx
jaqbel magħha.
Jekk
jintrabat bil-quddiem li joqgħod għal dak li jkun deċiż
b’maġġoranza, jista’ jsib ruħu li jkollu jaċċetta u
jagħmel dak li ma jaqbillux.
F’din il-qagħda l-ftehim ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea ġab
lil Malta jkollha taċċetta deċiżjonijiet, politika u liġijiet
magħmulin mill-maġġoranza tal-pajjiżi l-oħrajn ta’
l-UE, allavolja ma naqblux magħhom u nifhmu li huma aktar ta’ ħsara
milli ta’ ġid għalina.
Li pajjiż jintrabat li ma jagħmel xejn li jkun ta’ ħsara għal
pajjiż ieħor, mhix politika ħażina.
Iżda li jintrabat li jwettaq politika li jiddeċiedi ħaddieħor anke jekk ma jkunx jaqbel magħha, hi ħaġa ħażina ħafna għal pajjiż.
Hekk
intrabtet ħażin Malta meta ntrabtet bil-ftehim tas-sħubija
fl-Unjoni Ewropea.
F’dan
qiegħed il-qofol ta’ l-oġġezzjoni tagħna għall-ftehim
tas-sħubija fl-UE u n-nuqqas tal-ħtieġa tal-kunsens ta’ pajjiżna
għad-deċiżjonijiet li jittieħdu bis-sistema ta’ l-UE.
Mhux minnu li mingħajr is-sistema tal-maġġoranza, unjoni ta’
pajjiżi ma tistax timxi ’l quddiem.
Unjoni tista’ timxi u timxi tajjeb f’kull qasam bil-kunsens ta’ kulħadd.
Fejn
ma jkunx hemm il-kunsens ta’ kulħadd, kull pajjiż jibqa’ ħieles
li jimxi kif jemmen hu l-aħjar, sakemm ma jkunx ta’ ħsara għall-pajjiżi
l-oħrajn fl-unjoni.
Jekk ikun hemm sħubija bejn tlieta, m’għandekx tistenna li wieħed
ikollu joqgħod għal dak li t-tnejn l-oħrajn iridu.
Tistenna li jintlaħaq ftehim ta’ kompromess li kull wieħed mit-tlieta jista’ jaċċetta.
Biex iseħħ dan, kull wieħed jagħmel sforz biex tinstab triq li tista’ tiġi aċċettata mit-tnejn l-oħrajn.
Iżda
jekk fi sħubija ta’ tlieta, id-deċiżjonijiet jittieħdu
b’maġġoranza, tnejn ifittxu li jiftehmu kif jaqbel lilhom, mingħajr
ma jaraw x’ma jaqbilx lit-tielet.
Dan il-prinċipju tal-kunsens ta’ kull parti hu importanti fil-każ
ta’ bejn persuni, kumpaniji u organizzazzjonijiet.
Iżda
hu ferm aktar importanti fir-rigward ta’ pajjiżi fejn hemm l-interessi
nazzjonali fin-nofs.
Politika
żbaljata ta’ l-Unjoni Ewropea
Il-politika ta’ l-UE f’xi oqsma żbaljata u pajjiżna jiżbalja li jsegwiha.
Il-politika
ta’ l-Unjoni fir-rigward ta’ l-“għajnuna” lill-industrija qiegħda
teqridha fil-pajjiżi membri, u qiegħda tgħin biex tikber
f’pajjiżi fejn il-ħaddiema jitħallsu miżerjament, jaħdmu
sigħat esaġerati u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol huma
mill-agħar.
L-UE qiegħda tħaddem politika li tkabbar il-kummerċ a spejjeż
tad-dgħajfin ta’ l-industrija u tan-nuqqas ta’ l-impjiegi.
Qegħdin f’sitwazzjoni fejn kumpaniji kbar Ewropej tal-manifattura jagħfsu fuq l-UE biex tħallihom jimportaw bla xkiel ta’ kwantità u ta’ tariffi fl-UE, il-prodotti tagħhom li jinħadmu barra l-UE, u li qabel kienu jsiru fl-Unjoni.
U
l-UE, minflok tiskoraġġixxi li dan isir, qiegħda tħaddem
politika li tgħin biex dan iseħħ.
L-Unjoni qiegħda tħaddem politika li filwaqt li ma tħallix li
tingħata għajnuna lill-industriji tal-pajjiżi ta’ l-UE, ma tħallix
lanqas li tingħata protezzjoni lill-industrija kontra l-importazzjoni minn
pajjiżi fejn il-ħaddiema huma sfruttati u mhux trattati diċentement,
partikolarment fil-każ tal-ħaddiema nisa u tal-ħaddiema tfal.
Għalhekk l-Unjoni Ewropea, bil-politika industrijali u kummerċjali tagħha,
qiegħda tbierek u tgħin l-isfruttament tal-ħaddiema fil-pajjiżi
minn fejn timporta l-prodotti li qabel kienu jinħadmu minn ħaddiema
tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni.
L-Unjoni
tħaddem din il-politika għalkemm taf li toħloq qgħad kbir u
konsegwenzi soċjali koroh fil-pajjiżi ta’ l-UE.
Tant hi żbaljata l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea li lesta tħalli li
l-istat iħallas miljuni f’pagamenti ta’ għajnuniet lill-ħaddiema
qgħeda, iżda mhux lesta li tħalli minflok jagħti l-istess
ammont ta’ miljuni f’għajnuna lill-industrija biex tkompli tħaddem
l-istess numru ta’ ħaddiema.
Għax
għall-Unjoni, il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa u mhux mgħejjuna,
huwa aqwa mill-prinċipju tad-dinjità tal-bniedem li x-xogħol biss jiżgura.
Forsi mhux kulħadd jirrealizza li meta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, taċċetta
li tħaddem din il-politika żbaljata u qerrieda għad-dinjità
tal-bniedem.
Dan
iseħħ għax l-Unjoni tagħmel propaganda qawwija u qarrieqa
dwar id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li tkasbar id-dritt fundamentali tiegħu
għax-xogħol li jagħmilha possibbli għal bniedem biex jgħix
huwa, u jgħajjex lill-familja, b’dinjità u mhux bil-karità.
Aktar
tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea
‘Accounts’
In-nuqqas
ta’ serjetà ta’ kif l-Unjoni Ewropea żżomm il-kontijiet tal-fondi
kbar tagħha għandu jiskreditha f’għajnejn il-popli kollha
tad-dinja.
Matul
l-aħħar 12-il sena, l-Awdituri ta’ l-Unjoni rrifjutaw li jiċċertifikaw
l-‘accounts’ ta’ l-Unjoni minħabba li kellhom nuqqasijiet u
rregolaritajiet.
Sar magħruf li l-Awdituri sejrin għat-13-il sena jgħidu li ma
jistgħux jiċċertifikaw l-‘accounts’ ta’ l-aħħar
sena ta’ l-Unjoni, għax l-awdituri m’humiex sodisfatti mill-korrettezza
u l-eżattezza tagħhom.
‘Lobbyists’
Diffiċli li wieħed ikun jaf x’wassal lill-Unjoni Ewropea tieħu ċerti deċiżjonijiet, minħabba l-għadd kbir ta’ kumpaniji kbar, organizzazzjonijiet ta’ setturi differenti u għadd kbir ta’ ‘lobbyists’ oħrajn li jinfluwenzaw lill-Unjoni.
Huwa
stmat li fi Brussels hemm bejn 15,000 u 20,000 rappreżentant ta’
organizzazzjonijiet ta’ setturi ekonomiċi, ta’ taqsimiet
tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ mpriżi kummerċjali kbar,
tad-ditti internazzjonali ta’ avukati u ta’ NGOs li xogħolhom huwa li
jinfluwenzaw x’deċiżjonijiet tieħu l-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea tammetti pubblikament li jkollha kuntatti ma’ dawn
il-“lobbyists”, iżda tinsisti li ma tikxifx ma’ min.
Iżda dan l-aħħar il-Qorti ta’ Ġustizzja ta’ l-Unjoni qatgħet li l-Kummissjoni m’għandhiex taħbi ma’ min iddiskutiet qabel waslet għad-deċiżjonijiet tagħha.
Anke
l-Ombudsman ta’ l-Unjoni wera l-fehma tiegħu li l-Kummissjoni għandha
fid-dokumenti tagħha turi ma’ min iddiskutiet qabel iddeċidiet.
Għajnuna
statali
Skond
il-kumpanija ta’ l-ajru ‘low cost’ Ryanair, il-Gvern Franċiż
matul dawn l-aħħar seba’ snin, ta lill-kumpanija ta’ l-ajru Air
France għajnuna finanzjarja ta’ biljun Ewro.
Ir-Ryanair qiegħda tixli lill-Kummissjoni Ewropea li qiegħda tħalli
li tingħata din l-għajnuna statali lill-Air France, u dan bi ksur
tal-liġi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni kummerċjali mhux
imbagħbsa b’għajnuna tal-Gvern.
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ