MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Għaliex il-President Ċek ma jrdx jiffirma t-Trattat ta’ Lisbona

 

Ġimgħa wara li l-poplu Irlandiż ivvota favor it-Trattat ta’ Lisbona, il-President tar-Repubblika Ċeka, Vaclav Klaus, fisser f’konferenza stampa, għax mhux se jiffirma t-Trattat.

 

Huwa ħass li kellu jitkellem wara li kien iddiskuta l-kwistjoni mal-Prim Ministru Svediż, Reinfeld, li għal dawn is-sitt xhur hu l-President tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE, kif ukoll mal-President tal-Parlament Ewropew, il-Pollakk Buzek.

 

Il-President Vaclav Klaus qal bla tlaqliq li t-Trattat ta’ Lisbona kien se jagħmel tibdil fundamentali għar-Repubblika Ċeka.

 

Huwa qal li huwa dejjem qies li t-trattat huwa pass fid-direzzjoni ħażina,

* għax se jkabbar il-problema li l-Unjoni għandha llum,

* se jkabbar id-“democratic deficit” tal-Unjoni,

* u se jdgħajjef il-qagħda tar-Repubblika Ċeka

* u jesponiha għal riskji ġodda.

 

Fost dawn ir-riskji, it-trattat jhedded l-istatus legali taċ-ċittadini Ċeki u anki d-drittijiet tagħhom fuq il-proprjeta’.

 

Il-President Klaus wissa

* li bis-saħħa tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali tal-Bniedem,

* li hija parti mit-Trattat ta’ Lisbona,

* il-Qorti tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġġudika

* talbiet minn barranin għall-proprjetajiet

* li tteħdulhom wara l-aħħar gwerra dinjija

* minħabba l-għajnuna li dawk il-barranin kienu taw lill-Ġermaniżi,

* li kienu ħatfu liċ-Ċekoslovakkja taħt idejhom.

 

Il-President Ċek ilmenta li l-Gvern Ċek naqas li jinnegozja deroga għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħalma kienu għamlu kemm l-Ingliterra u l-Polonja, biex ikunu l-qrati tagħhom li jiġġudikaw talbiet ibbażati fuq drittijiet fundamentali, mhux skond il-Karta tal-Unjoni Ewropea, iżda skond il-liġijiet tal-pajjiżi msemmijin.

 

Hu jrid li qabel jiffirma, l-Unjoni Ewropea tagħti lir-Repubblika Ċeka l-istess eżenzjonijiet lil tat lill-Polonja u lill-Ingliterra.

 

X’nirbħu u x’nitilfu bit-Trattat ta’ Lisbona

 

Minn Eddie Privitera

 

Ħalli nibda b’dak li se nirbħu bit-Trattat ta’ Lisbona, għax ma tantx jieħu spazju –

 

SIĠĠU IEĦOR FIL-PARLAMENT EWROPEW.

 

Issa ħalli niġi għal xi ftit mill-ħafna li se nitilfu bit-Trattat.

 

Bit-Trattat ta’ Lisbona billi fil-Kunsill tal-Ministri jiddeċiedu kollox fl-Unjoni, se tibda titqies id-daqs tal-popolazzjoni tal-pajjiż, l-istati l-kbar se tiżdidilhom is-saħħa u l-istati żgħar, bħal Malta, se tonqsilhom is-saħħa.

 

Biżżejjed jingħad li l-Ġermanja u Franza bejniethom għandhom kważi nofs il-popolazzjoni taż-Żona Ewro, u fil-ħwejjeġ li jolqtu biss il-pajjiżi tal-ewro, bħal ma hu defiċit eċċessiv kif għandha Malta, dawk iż-żewġ pajjiżi kbar jistgħu jiddeterminaw x’passi jittieħdu kontrina mill-Unjoni.

 

Bit-Trattat, il-Gvern Malti ma jibqagħlux id-dritt li jagħżel il-Kummissarju Malti fil-Kummissjoni Ewropea, iżda jista’ biss jissuġġerixxi persuni, u l-President tal-Kummissjoni jiddeċiedi hu lil min jagħmel Kummissarju.

 

Bit-Trattat, l-Unjoni Ewropea se tingħata forma kostituzzjonali ta’ Stat legalment distint u ‘l fuq mis-27 stati membri.

 

Se jkollu s-setgħa jiffirma trattati f’kull qasam li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.

 

B’hekk Malta u kull stat membru ieħor tal-Unjoni, titlef id-dritt ta’ stat indipendenti li tiffirma tratati internazzjonali li jorbtuha, għax dawn tiffirmahom l-Unjoni.

 

Bit-Trattat, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea se jkollhom jiddeterminaw x’inhuma d-drittijiet fundamental i tal-bniedem, u mhux aktar l-imħallfin tal-Qorti ta’ Malta, fil-każi fejn ma jkunx hemm qbil dwar id-drittijiet.

 

Bit-Trattat, Malta bħal pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni, se titlef id-dritt tal-veto (jiġifieri, li jekk ma tkunx qiegħda taqbel, il-liġi jew direttiva ma ssirx), f’ħafna aktar oqsma, bħas-servizzi pubbliċi, kriminalita’, ġustizzja, immigrazzjoni, enerġija, transport, turiżmu, sport, kultura, saħħa pubblika u oħrajn.

 

Bit-Trattat, il-poter tal-Parlament Malti se jonqos f’49 oqsma, billi l-Parlament Ewropew se jikseb dak il-poter. B’hekk, l-influwenza tal-Parlament Ewropew se tiżdied u dik tal-Parlament Malti se tonqos.

 

Bit-Trattat, il-Kunsill tal-Ministri se jkun jista’, bil-ftehim tal-Ministri kollha, jagħmel ħwejjeġ li skond it-Trattat jistgħu jiġu deċiżi b’unanimita’, jiġu deċiżi bil-maġġoranza kwalifikata, u b’hekk it-trattati tal-Unjoni jistgħu jinbidlu mingħajr ratifika tal-Parlament Malti.

 

Bit-Trattat ta’ Lisbona jkollna nħallsu, barra t-taxxi tal-Gvern tagħna, taxxi oħrajn li l-Unjoni Ewropea se tingħata l-poter li tagħmel biex toħloq dak li t-Trattat isejjaħ “riżorsi tal-Unjoni stess”, mingħajr il-bżonn ta’ aktar trattati jew referenda.

 

Għax il-kapijiet tal-pajjiżi membri tal-Unjoni jistgħu, jekk ilkoll jaqblu, jagħmlu “taxxa Ewropea” ħalli jiffinanzjaw aktar funzjonijiet li l-Unjoni se jkollha bit-Trattat.

 

U l-Gvern tagħna jkun jista’ jgħid lill-poplu li t-taxxa ma għamilhiex hu, iżda l-Unjoni.

 

Hemm ħafna aktar li se nitilfu, iżda naħseb li ktibt biżżejjed biex nuri kif il-poplu Malti u Għawdxi ma għandux biex jifraħ għax se nakkwistaw siġġu ieħor fil-Parlament Ewropew, iżda għandu jibki x’se nitilfu bit-Trattat ta’ Lisbona.

 

Jekk illum Malta hija diġa’ PAJJIŻ MAĦKUM – kif kien bassar xi ħadd – bit-Trattat ta’ Lisbona, Malta se tkun pajjiż maħkum ferm aktar.

 

Il-Ħamis, 15 ta’ Ottubru, 2009

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ