MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Għaliex il-ħaddiema ma jiħdux “Manoel Island”?
Il-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI) issostni li jekk il-Gvern jasal biex ibiegħ il-Manoel Island Yacht Yard għaliha u maqtugħa mill-bqija tat-Tarzna, il-ħaddiema stess għandhom jingħataw preferenza li joħduha huma, u mhux tingħata rigal lil xi bażużlu.
Għax
mid-dokumenti li l-Gvern stess poġġa fuq il-mejda tal-Parlament, jirriżulta
li l-Manoel Island Yacht Yard h mhux biss kummerċjalment vijabbli, iżda
tagħmel qligħ sostanzjali.
Il-kontijiet tal-Manoel Island Yacht Yard ta’ erba’ xhur juru li għamlet
qliegħ nett ta’ Lm200,000, wara li nqatgħu l-ħlasijiet u l-ispejjeż
kollha.
Dan ifisser li kull ħaddiem tal-Yacht Yard tat-Tarzna ħalla lill-azjenda qligħ nett ta’ madwar Lm1,000 kull xahar, ras għar-ras.
Is-CNI temmen li
* dan il-qligħ sar bis-saħħa tal-ħaddiema li,
* fil-waqt li wrew ħila f'xogħolhom,
* għamlu sagrifiċċji billi aċċettaw fil-Ftehim Kollettiv mill-2003 ’l hawn,
* tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom,
* li flimkien ma’ tmexxija effiċjenti,
*
għamlulha possibbli għall-azjenda li
tagħmel qligħ tajjeb.
Din hija r-riċetta li tiżgura vijabilità kummerċjali ta’
azjenda – ix-xogħol tajjeb tal-ħaddiema taħt tmexxija
kompetenti.
Għall-kuntrarju,
tmexxija ineffiċjenti ġġib fix-xejn il-frott bnin tal-ħila
li l-ħaddiema juru f'xogħolhom.
Li l-ħaddiema tat-Tarzna f'Manoel Island Yacht Yard huma kapaċi
f’xogħolhom, jixhduh ir-riżultati tajbin ta’ l-azjenda.
Il-Manoel Island Yacht Yard għandha fama tajba kemm lokalment, kif ukoll importanti ħafna, internazzjonalment fid-dinja tal-‘yachts’.
Barra
mit-tiswija u l-manutenzjoni tal-yachts, il-ħaddiema ta’ din il-‘Yacht
Yard’ tat-Tarzna kapaċi jibnuhom, u fil-passat, bnew saħansitra
‘hydrofoils’.
L-industrija tal-‘yachts’ qiegħda dejjem tikber u n-numru tal-‘yachts’ li hawn f’pajjiżna u oħrajn li jiġu minn żmien għal żmien, qiegħed dejjem jiżdied.
Għalhekk ix-xogħol fuq il-‘yachts’ f’pajjiżna hu assigurat u għandu jespandi fiż-żmien li ġej.
Dan
jagħti ħjiel tal-potenzjal li għandha l-Manoel Island Yacht Yard
li diġà kapaċi tagħti madwar Lm50,000 fix-xahar qliegħ fit-Tarzna.
Is-CNI
ssostni li jkun serq ta’ ġid il-poplu jekk azjenda li tista’ tirrendi
tant, tingħata rigal lil xi ħabib privat, bl-iskuża
tal-privatizzazzjoni.
Jekk
għandha tiġi privatizzata, żgur li l-ħaddiema għandhom
dritt sagrosant qabel kulħadd li tingħata lilhom, għax hi frott
tal-ħila u l-ħidma tagħhom.
Il-ħaddiema jagħmlu tajjeb jekk jaħsbu li jissieħbu
f'koperattiva, ħalli din tieħu f'idejha u tmexxi l-‘Yacht Yard’,
mhux biss f’Manoel Island, iżda wkoll fil-faċilitajiet siewja
fil-Marsa, fejn kien hemm is-Shipbuilding.
It-Tlieta, 15 ta’ Lulju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ