MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID
LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET
TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA
LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Appell għal ħidma favur kostituzzjoni Ewropea ġdida
F’konferenza
ta' l-aħbarijiet li saret it-Tnejn li għaddew, is-CNI appellat kemm lill-Gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni ħalli jaħtfu l-opportunità
tajba li nħolqot wara li l-Franċiżi u l-Olandiżi qatlu t-Trattat li
jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa, biex jaħdmu ħalli titfassal
kostituzzjoni ġdida għall-Unjoni Ewropea għal kollox differenti minn dik li
l-Franċiżi u l-Olandiżi ċaħdu.
Fl-istess konferenza s-CNI fissret seba' raġunijiet ewlenin li minħabba fihom il-membri tal-Parlament Malti
m'għandhomx jivvutaw favur il-Kostituzzjoni Ewropea stabbilita bit-Trattat li se
jitressaq għar-ratifika fil-Parlament Malti, minkejja li ma jistax jidħol
fis-seħħ la darba mhux il-25 pajjiżi membri ta' l-Unjoni
japprovawh.
Fil-konferenza ntqal li l-Partit Laburista għandu jaħdem
mal-forzi progressivi kollha fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni biex tinkiteb
kostituzzjoni li tħares l-indipendenza, il-ħelsien u s-sovranità tal-pajjiżi
mseħbin fl-Unjoni.
Din il-kostituzzjoni ġdida għandha tkattar fost il-pajjiżi
membri ta' l-Unjoni l-koperazzjoni għall-iżvilupp fl-oqsma kollha, fil-waqt li
għandha tħares l-ambjent sostenibbli.
Fuq kollox is-CNI seħqet
li l-Partit Laburista għandu jfittex li kostituzzjoni ġdida għandha jkollha
bħala għan ewlieni tagħha, il-kisba tal-paċi u l-ħarsien tas-sliem, imsejsa fuq
politika ta' newtralità.
Il-kostituzzjoni għandha wkoll trazzan l-armamenti u l-armi tal-qerda tal-massa.
Waħda mir-raġunijiet li minħabba fihom il-Parlamentari Maltin ma għandhomx jivvutaw favur il-Kostituzzjoni għall-Ewropa, tirreferi għall-obbligu li hija timponi fuq il-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni Ewropea li jkabbru l-ispiża militari tagħhom, minflok li jnaqqsu l-ħela tal-flus fl-armamenti.L-ewwel raġuni mogħtija mis-CNI biex
il-Membri Parlamentari Maltin ma jivvutawx favur it-Trattat tal-Kostituzzjoni
Ewropea hija minħabba l-fatt li din tiddikjara li l-liġijiet li l-Unjoni għandha
s-setgħa li tagħmel, jipprevalu fuq il-Kostituzzjoni ta' Malta.
It-tieni
raġuni mogħtija mis-CNI tgħid
li l-Kostituzzjoni Ewropea tikkonferma l-aspetti negattivi kollha ta' żvantaġġ u
ħsara għall-poplu Malti u speċjalment għall-ħaddiema, tal-Ftehim tas-16 ta'
April 2003 ta' Atene.
Is-CNI
fil-konferenza ta' l-aħbarijiet seħqet ukoll fuq ir-raġuni għala l-Membri
Parlamentari m'għandhomx jivvutaw favur it-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea
minħabba li din iżżid is-setgħat u tkabbar il-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea fuq
Malta u l-pajjiżi l-oħra mseħbin fl-Unjoni.
Iżda forsi l-akbar kritika
għall-Kostituzzjoni Ewropea li s-CNI
għamlet fil-Konferenza tat-Tnejn li għadda, kienet dwar il-politika ekonomika u
soċjali li hemm imfissra fil-Kostituzzjoni.
Is-CNI kompliet tisħaq li l-Kostituzzjoni Ewropea "ma taħseb għal ebda miżuri għall-ħolqien ta' l-impjiegi u għat-trażżin tal-qgħad".
U l-Kostituzzjoni Ewropea "timponi l-privatizzazzjoni tal-ġid komuni tal-poplu, it-trażżin tas-servizzi soċjali tal-welfare state u tkabbar l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali".
Ta' min jinnota li din il-kritika għall-politika ekonomika u soċjali ta' l-Unjoni Ewropea saret ukoll fil-kampanja tar-referendum dwar il-Kostituzzjoni Ewropea fi Franza u l-maġġoranza qablet magħha.
Anke l-Ġermaniżi huma kontra l-Kostituzzjoni Ewropea
DAK
li aħna tas-CNI ilna
nbassru – jiġifieri li fl-Ewropa qedgħin iqumu movimenti popolari ta’ ċittadini
li xebgħu jkunu sottomessi għal-liġijiet u direttivi li jsiru mill-burokratiċi
ta’ l-Unjoni Ewropea, mingħajr ebda kontroll u parteċipazzjoni tal-popli – beda
jseħħ u issa sar magħruf minn kulħadd.
Fi
Franza u fl-Olanda rajnieh iseħħ billi l-popli ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi, li
kienu fost l-ewwel sitta li waqqfu l-Unjoni Ewropea, qalu: ISSA DAQSHEKK, u
vvutaw bi ħġarhom kontra l-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għax hija ħaġa kbira li minkejjja li l-partiti politiċi fil-Gvern u l-partiti politiċi fl-oppożizzjoni kemm fi Franza, kif ukoll fl-Olanda, kienu favur il-Kostituzzjoni ta’ l-UE, il-maġġoranza kbira tas-sostenituri tagħhom marru kontra l-linja uffiċjali tal-partiti u tal-mexxejja tagħhom u vvotaw kontra l-Kostituzzjoni.
Hija wkoll ħaġa ċara li minkejja l-isforz kbir ħalli l-poplu jaħseb li fin-nofs kien hemm biss trattat diplomatiku bejn l-istati fiż-żewġ pajjiżi l-poplu fehem li fin-nofs kien hemm kostituzzjoni li torbtu u tolqtu fil-laħam il-ħaj.
Il-poplu
fehem li din il-kostituzzjoni msejjħa ta’ l-Ewropa tirregola x-xogħol u
l-impjiegi, tirregola s-servizzi soċjali, il-pensjonijiet, l-għoli tal-ħajja u
ħafna aktar oqsma oħra tal-ħajja u tirregola b’mod li jagħmel ħsara lill-poplu.
Għalhekk
il-poplu vvota le għaliha.
Ftit kienu jemmnu li l-poplu Ġermaniż, minkejja li l-Parlament Ġermaniż għadu kif irratifika l-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-UE, ma qabilx mal-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni.
Infatti, stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika li għadu kif sar mill-ġurnal li l-aktar jinqara fi-pajjiż, il-Bild Zeitung, wera riżultat mill-aktar sorprendenti li wieħed seta’ jimmaġina.
Mill-istħarriġ
ta’ dan il-ġurnal importanti Ġermaniż, irriżulta li għall-mistoqsija ta’ kif
kienu jivvotaw dwar il-kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE, kieku ngħataw ċans jivvotaw
f'referendum, il-maġġoranza assoluta ta’ 96% Germaniz li wieġbu, iddikjaraw li kienu kontra
l-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Franċiżi u l-Olandiżi tkellmu għalina wkoll
IL-LE qawwija tal-poplu Franċiż u
tal-poplu Olandiż għat-Trattat tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għandha
tifsiriet kbar mhux biss għalina f'Malta, iżda wkoll għall-popli kollha
tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.
Il-Franċiżi
u l-Olandiċi tkellmu mhux biss għalihom, iżda għalina u għall-popli kollha ta'
l-Unjoni Ewropea.
Ikun
għajb jekk ma nagħtux kas x'qalu oħrajn dwar il-ġrajja li regħdet lill-Unjoni
Ewropea u li se jkollha mpatt fuq il-ġejjieni tagħha u għax aħna imseħbin fiha,
fuq il-ġejjieni tagħna wkoll.
Huwa sostna li din hija dwar il-ġejjieni ta' l-ekonomija tal-pajjiżi ta' l-Unjoni, u x'għandna nagħmlu dwar il-problemi tal-lum maħluqa mill-globalizzazzjoni u mit-tibdil teknoloġiku li qiegħed iseħħ.
Huwa
wera l-fehma li għandna nwessgħu d-diskussjoni dwar dawn il-problemi u mhux
niddiskutu biss il-Kostituzzjoni ta' l-UE, għax dawn il-problemi jinfluwenzaw
lill-poplu kif iħares lejn il-Kostituzzjoni ta' l-UE.
Margot Wallstrom, Viċi Presidenta tal-Kummissjoni Ewropea, qalet li rridu nkunu bla ħajja jekk ma nieħdux tagħlima minn dak li ġara fi Franza u fl-Olanda.
It-tagħlima hija li l-poplu jrid li jieħu sehem f'dak li jkun qed jiġri; irid li nagħtu każ dak li huwa jgħid; irid li l-politika tagħna tissarraf f'riżultati prattiċi ta' ġid għall-poplu; irid li jkun ċert li se jirnexxilna noħolqu l-impjiegi ġodda fl-Ewropa u nkabbru l-ekonomija tagħha.Il-membru
Soċjalista tal-Parlament Franċiż, Henri
Emmanuelli, qal li l-vot le għall-Kostituzzjoni Ewropea jfisser li
l-poplu qam biex juri li mhux lest jafda aktar l-ġejjieni tiegħu f'idejn
ir-regoli tas-suq biss u biex isostni li l-UE għandha timxi b'politika li
l-Unjoni tieħu sehem dirett u b'qawwa fil-qasam ta' l-ekonomija (mhux tħalli
s-suq imexxi huwa l-ekonomija).
Hubert Vedine, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' Franza, wera l-fehma li l-poplu jħoss li l-proġett ta' l-integration tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea mexa iżżejjed u li l-poplu jrid ikun jaf f'hiex se twasslu din l-istorja.
Il-Prim Ministru ta' l-Olanda, Jan Peter Balkenende, wara l-LE ta' l-Olandiżi, stqarr li ħa t-tagħlima li huwa għandu jisħaq biex is-sovranità ta' pajjiżu u tal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni tkun imħarsa mit-theddid taż-żieda tas-setgħat ta' l-Unjoni Ewropea.Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 15 ta' Ġunju, 2005.
<< Lura http://www.cnimalta.org/2005.html
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81, Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar