MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-PUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Tkasbir ta’ l-interessi nazzjonali
L-interessi
nazzjonali tal-Maltin m’huma xejn għall-Unjoni Ewropea.
Dan
il-fatt ta’ sogħba kixfitu l-kitba tas-Sur Louis Cilia, li dehret f’ġurnal
lokali ħmistax ilu.
Is-Sur Cilia kien uffiċjal għoli governattiv li ħa sehem fl-1998
fid-diskussjonijijiet li l-Gvern Malti kien qed jagħmel ma’ l-UE dwar
il-qasam tal-ġustizzja f’pajjiżna, qabel il-Ftehim ta’ Sħubija
ta‘ Malta fl-UE.
Is-Sur Cilia saħaq li l-Unjoni Ewropea ma ċċedix dak li hija trid
li jsir, lanqas jekk dan ma jkunx jaqbel għall-interessi nazzjonali tagħna.
*
Prova
ta’ dan kienet il-kwistjoni ta’ kif pajjiżna jġib ruħu
fil-kwistjoni tar-refuġjati.
*
Il-Gvern Malti fl-1971 kien aderixxa għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjat,
iżda għamel riservi importanti għaliha, minħabba problemi
speċjali għal pajjiżna, il-qagħda tagħna f’nofs
ir-rotot tal-Mediterran u ċ-ċirkostanzi partikolari ta’ gżiritna.
*
Fid-diskussjonijiet fl-1998 dwar il-Ftehim ta’ Sħubija fl-Unjoni,
il-Gvern Malti saħaq li kellhom jibqgħu jgħoddu r-riservi li
kienu saru fl-1971 għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati, u dan minħabba
l-popolazzjoni kbira għad-daqs ċkejken ta’ pajjiżna, ma
stajniex fl-interess nazzjonali tagħna, naċċettaw għadd mingħajr
limitu ta‘ refuġjati.
*
Iżda l-uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ma ridux jafu bir-raġunijiet
li l-uffiċjali governattivi Maltin kienu qegħdin iġibu ħalli
jibqgħu jgħoddu r-riservi għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.
*
L-istess xorta ta’ riservi għall-Konvenzjoni kienu għamluhom ukoll
xi pajjiżi kbar imsebbħin fl-Unjoni Ewropea u l-uffiċjali Maltin
sostnew li kif dawk il-pajjiżi ta’ l-Unjoni kellhom dawk ir-riservi,
Malta meta tissieħeb fl-Unjoni, setgħet ikollha l-istess riservi meħtieġa
fl-interess nazzjonali tagħna.
*
Iżda l-uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ma aċċettawx li jsir
xebh ma’ pajjiżi diġŕ membri ta’ l-Unjoni.
* Huma qalu lill-Gvern Malti li kull pajjiż ġdid li jrid jissieħeb fl-Unjoni, kellu jew jaċċetta l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati kollha kemm hi mingħajr riservi jew l-Unjoni ma taċċettahx imsieħeb fiha.

*
L-uffiċjali
ta’ l-Unjoni saħqu li mhux kull ma japplika għall-membri qodma ta’
l-Unjoni, bilfors se jkun japplika għall-membri li jissieħbu ġodda.
*
B’għajb kbir, il-Gvern Malti, għax ried akkost ta’ kollox idaħħal
lil pajjiżna fl-Unjoni, ittradixxa l-interessi nazzjonali u ħassar
ir-riservi li kienu saru fl-1971 għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.
*
Illum
qegħdin inbatu l-konsegwenzi ta’ dak l-aġir anti-nazzjonali billi
jkollna naċċettaw mijiet ta’ refuġjati u dan bis-saħħa
tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-UE
taħti għall-immigranti illegali f’pajjiżna
*
TLIET
mitt suldati Maltin se jkunu moħlijin il-ħin kollu fuq ir-rondi għall-immigranti
illegali, fil-missjoni ta’ l-Aġenzija Dwar il-Fruntieri ta’ l-UE (il-Frontex),
fin-nofs tal-Mediterran.
*
Huma
se jieħdu sehem fir-rondi ma’ membri tal-forzi navali ta’ l-Italja,
Franza u l-Ġermanja.
*
Minbarra t-300 suldat fuq ir-rondi tal-Frontex, il-Forzi Armati ta’ Malta għandhom
numru ta’ suldati u l-Korp tal-Pulizija għandu għadd ta’ membri,
li qegħdin jgħassu u jieħdu ħsieb mijiet ta’ immigranti
illegali li għandna miżmumin fiċ-ċentri tad-detenzjoni
f’pajjiżna.
*
Fl-aħħar ħames snin huwa stmat li ġew ’il fuq minn 8,000
immigrant illegali f’pajjiżna.
*
Mijiet
minnhom ingħataw l-istatus ta’ refuġjati u għandhom dritt jgħixu
u jaħdmu f’pajjiżna u huma intitolati għall-benefiċċji
kollha li għandhom il-barranin li jkunu b’mod regolari f’pajjiżna.
*
Wara li jinżammu għal 18-il xahar fiċ-ċentri tad-detenzjoni,
l-immigranti jitqegħdu fiċ-ċentri miftuħin u huma ħielsa
li jmorru fejn iridu f’pajjiżna.
*
Ħafna
minnhom jaħdmu mingħajr permess u jitħaddmu b’kundizzjonijiet
ħżiena.
*
L-Unjoni Ewropea qiegħda tiddiskuti biex tqassar iż-żmien li fih
nistgħu nżommu maqfulin l-immigranti illegali.
*
Iżda
l-Unjoni mhix lesta taċċetta li l-immigranti illegali li jgħixu
fiċ-ċentri miftuħin u li jistgħu jmorru fejn iridu f’pajjiżna,
ikollhom ukoll id-dritt imorru fejn iridu fl-UE, bħalma l-Maltin jistgħu
jmorru f’liema pajjiż iridu ta’ l-Unjoni.
*
B’din il-politika tagħha dwar l-immigranti illegali li ma jistgħux
imorru fil-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni, l-Unjoni qiegħda
ġġiegħel lil pajjiżna jżomm għandu l-eluf ta’
immigranti illegali li joħorġu miċ-ċentri tad-detenzjoni,
wara li jagħmlu ż-żmien stabbilit fiċ-ċentri.
*
L-UE taf li l-immigranti illegali li jinsabu f’Malta ma jridux ikunu hawn, iżda
jridu jmorru fil-pajjiżi kbar ta’ l-Unjoni.
* Taf ukoll li Malta ma tiflaħx iżżommhom.
*
Iżda
xorta waħda l-Unjoni ma tridx tħallina nħalluhom imorru fejn huma
jridu, jiġifieri, fejn riedu jmorru meta telqu minn pajjiżhom.
*
Għalhekk l-UE taħti għall-problemi li għandna bl-immigranti
illegali.
* Għax jinsabu f’pajjiżna fi triqithom lejn il-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni.
*
Huma
miżmumin f’pajjiżna għax l-UE żżommna milli nħalluhom
imorru minn pajjiżna għal fejn iridu fl- Unjoni.
*
Jekk ninħallu mill-irbit ta’ l-UE, inkunu nistgħu nsolvu l-problema
ta’ l-immigranti illegali.
* Anke ftehim mal-Libja nkunu nistgħu nilħqu biex nibagħtu lura dawk li jiġu minn hemm.
*
L-Unjoni
mhix se tħares l-interessi tal-poplu tagħna f’din il-kwistjoni.
Malta
u d-difiża komuni ta’ l-UE


Ftit
ta’ jiem ilu l-Prim Ministru Franċiż Francois Fillon ġie Malta
u tkellem mal-Prim Ministru Gonzi dwar x’biħsiebha tagħmel Franza
meta f’Lulju li ġej ikollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri ta’
l-Unjoni Ewropew.
Huwa fatt magħruf li l-President Franċiż Nicolas Sarkozy qed
jinsisti li l-UE tħejji politika ta’ difiża komuni għall-pajjiżi
kollha ta’ l-Unjoni u li jissaħħu l-forzi militari tagħhom.
Għalkemm ma ntqal xejn pubblikament, il-Prim Ministru Franċiż ma
setax ma jħeġġiġx lill-Prim Ministru Malti biex Malta tieħu
sehem fid-difiża komuni u l-bini ta’ l-armata ta’ l-Unjoni Ewropea,
minkejja n-newtralitŕ ta’ pajjiżna.
Iva!
- 1,167,683 abort fis-sena
Le! - Qtil ta’ gamiem u summien
minn
Eddie Privitera
L-aħbar
li qrajna f’dan il-ġurnal dan l-aħħar kompla kixef l-ipokresija
grassa li teżisti fl-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib, imma
speċjalment il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Wara li l-kaċċaturi Maltin u Għawdxin kienu ilhom mijiet ta’
snin jikkaċċjaw f’pajjiżna, din is-sena għall-ewwel darba
f’dawn is-snin kollha, waslet il-mannara ta’ l-Unjoni Ewropea li waqqfet
il-kaċċa fir-rebbiegħa, għalkemm suppost għad m’hemmx
deċiżjoni finali dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa mill-Qorti
tal-Ġustizzja jew aħjar “ta’
l-inġustizzja”
ta’ l-Unjoni.
L-aħbar li qiegħed nirreferi għaliha hi li skond statistika uffiċjali,
fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni kull sena jinqatlu
1,167,683 tarbija permezz ta’
l-abort.
U
dan il-qtil qed isir bil-barka ta’ l-Unjoni Ewropea.
U
m’hemmx staġuni li fihom ma jistax isir dan il-qtil ta’ trabi, għax
l-abort jista’ jsir is-sena kollha.
Ħalli nispjega aħjar l-ipokresija grassa ta’ l-Unjoni Ewropea dwar
il-kaċċa f’Malta fir-rebbiegħa.
L-argument prinċipali hu li jekk titħalla l-kaċċa fir-rebbiegħa – meta l-gamiem u s-summien ikunu se jbejtu fl-Ewropa – jonqos in-numru ta’ gamiem u summien.
U
qisu jriduna nemmnu li dawn l-ispeċi ta’ tajr ikunu f’periklu li
jinqerdu.
Fl-istess żmien li jgħidu dan, statistika ta’ l-Unjoni stess turi li
t-twelid tat-trabi fl-Ewropa naqas sewwa u llum hemm
6,000,000 aktar anzjani
(’il fuq minn 65 sena) milli hemm tfal taħt l-14-il sena.
Meta fl-1980 kien hemm 36 miljun tifel/tifla iktar minn anzjani!
Perň
mid-dehra dan in-nuqqas ta’ twelid mhux qiegħed jinkwieta lill-Unjoni
Ewropea daqskemm jinkwetaha jekk jonqos in-numru ta’ gamiem u summien.
Mhux
bilfors nistaqsu:
La
hemm dan in-nuqqas kollu ta’ twelid ta’ trabi, kif fl-istess ħin l-Unjoni
tħalli l-qtil ta’ trabi li jkunu għad iridu jitwieldu, meta tant
hemm bżonn ta’ aktar twelid ta’ tfal biex il-pajjiżi ta’ l-Unjoni
jkunu jistgħu jibqgħu jkabbru l-ekonomiji tagħhom?
Jekk
il-qtil tal-gamiem u s-summien mhux sostenibbli fir-rebbiegħa, allura l-qtil
ta’ 1,167,683 trabi mhux imweldin kull sena hu sostenibbli,
Sinjuri
allat ta’ l-UE u tal-qorti “ta’ l-inġustizzja” ta’ l-Unjoni?
U
meta huma stess jgħidu li dan in-nuqqas ta’ twelid huwa diġŕ
problema għall-Unjoni?
Ara kif qatt nistgħu aħna – u kull min irid ikun sinċier miegħu
nnifsu – insiru nemmnu f’din il-kwalitŕ ta’ Unjoni Ewropea, li tqis
lill-gamiem u lis-summien ta’ iktar importanza mill-miljuni ta’ trabi li ta’
kull sena jinqatlu permezz ta’ l-abort!
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 15 ta’ Mejju, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ