MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

L-UE tagħmel ħsara lill-ekonomija Maltija

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

(Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu)

 Video Parlament Ewropew

Aħna f’Malta jeħtieġilna nixtru kważi kollox minn barra l-pajjiż.

 

Biex ikollna mnejn nagħmlu dan, irridu ndaħħlu flus barranin mill-prodotti u s-servizzi li nbiegħu lill-barranin. 

 

Id-dħul mill-esportazzjoni huwa għalhekk meħtieġ għall-għixien tagħna, għax mingħajru, ma nistgħux inħallsu għall-importazzjoni li neħtieġu biex ngħixu.

 

La darba l-esportazzjoni ta’ servizzi u prodotti hija meħtieġa għalina, għandna naraw li ma tonqosx.

 

Biex niżguraw dan, għandna nagħtu lill-industriji li jesportaw prodotti u servizzi kull għajnuna u inċentivi li jkollhom bżonn.

 

Wara li sseħibna fl-Unjoni Ewropea, l-esportazzjoni tal-prodotti naqset, minkejja li dħalna f’suq kbir ta’ madwar 500 miljun.

 

Seħħ dan għax ir-regolamenti tal-Unjoni

* ma jħalluniex nagħtu lill-industriji

* l-għajnuna u l-inċentivi

* li l-Unjoni tqis li jkunu ta’ vantaġġ għalihom

* fil-konfront tal-kompetituri tagħhom

* fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea,

* u għaliex is-sħubija fl-Unjoni Ewropea

* żiedet sewwa l-ispejjeż tal-produzzjoni,

* u b’hekk naqqset il-kompetittivita’ tagħna.

 

It-tnaqqis fl-esportazzjoni

* kkaġunata mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

* tellfitna ħafna impjiegi

* u kabbritilna l-problema tal-qagħad,

* fl-istess waqt li naqqsitilna d-dħul ta’ flus barranin għall-pajjiż

* u l-ammont tat-taxxi miġburin mill-Gvern

* u tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali,

* mentri żdiedu l-ħlasijiet tal-benefiċċji soċjali għall-ħaddiema qiegħda,

* iżda naqas il-kummerċ

* għax naqas il-konsum tal-ħaddiema bla paga.

 

L-industrija lokali

 

Il-konsegwenzi negattivi tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea

* fuq l-industrija produttiva tagħna

* huma iżjed mit-tnaqqis fl-esportazzjoni,

* għax ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea

* ma jħalluniex inħarsu l-industriji

* li jipproduċu għas-suq lokali

* b’għajnuniet li jgħinuhom jikkompeti

* mal-prodotti iportati.

 

Għaldaqstant, wara li sseħibna fl-Unjoni, inqerdu tista’ tgħid kważi l-industriji kollha li kienu jaħdmu għas-suq lokali.

 

Il-qerda tal-industriji għas-suq lokali

* fissret aktar telfien ta’ impjiegi,

* żieda fil-qagħad,

* konsum anqas, 

* ġbir ta’ taxxi

* u ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali anqas,

* u ħlasijiet aktar tal-benefiċċji soċjali.

 

Ma’ dawn l-effetti ħżiena tal-qerda tal-industrija għas-suq lokali, is-sħubija fl-Unjoni kkaġunatilna ħsarat oħrajn

 

Flok il-prodotti ta’ Malta, il-konsumaturi kellhom jixtru dawk importati.

 

Dan ifisser aktar flejjes li joħorġu minn pajjiżna,

* li qabel kienu jintefqu fuq prodotti Maltin

* u kienu jibqgħu jduru fl-ekonomija lokali.

 

Aktar importazzjoni tfisser ukoll xogħol aktar għall-ħaddiema tal-pajjiżi li min għandhom nimportaw flok ix-xogħol li l-ħaddiema Maltin kienu jagħmlu biex jipproduċu l-prodotti tas-suq lokali.

 

Għalhekk,

* meta l-Unjoni Ewropea ma tħalliniex nagħtu

* għajnuniet lill-industriji għas-suq Malti,

* hija tkun qed ittellef ix-xogħol lill-ħaddiema Maltin

* u fl-istess ħin tagħtih lill-ħaddiema tal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea

* li jesportaw il-prodotti tagħhom lilna.

 

L-eżempju tat-Tarzna

 

Nieħdu l-eżempju tat-Tarzna, li kienet parti importanti mill-industrija tas-servizzi f’pajjiżna.

 

Intqal li f’sena t-Tarzna kienet tagħmel madwar 40 miljun ewro xogħol għal klijenti barranin.

 

Dawn il-flus kienu jiġu kollha minn barra,

* u wara li tinqata’ l-parti minnhom li tkopri l-materjal li jinġieb minn barra,

* il-bqija tal-ammont kienet tmur fi ħlas tal-pagi lill-ħaddiema.

 

Dawn il-miljuni mħallsin f’pagi kienu jintefqu fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

 

Il-Gvern kien jieħu wieħed minn kull għaxra mill-paga

* bħala kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali,

* idaħħal ukoll sehem ieħor mit-Taxxa tad-Dħul (Income Tax)

* li kien jinqata’ dirett mill-pagi,

* u kien jiġbor ammont ieħor mit-taxxa tal-VAT ta’ 18%

* fuq il-prodotti u s-servizzi mixtrijin mill-ħaddiema tat-Tarzna bil-pagi li kellhom.

 

Dawn il-flus li kienu jiġu mill-ħlasijiet

* li l-klijenti barranin kienu jagħmlu lit-Tarzna,

* intilfu kemm għall-pajjiż, għall-Gvern,

* għall-ħaddiema infushom,

* u għan-negozjanti Maltin

* li kienu jbiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom

* lill-ħaddiema tat-Tarzna u l-familji tagħhom.

 

Barra t-telf kbir li ġarrabna bl-għeluq tat-Tarzna

* għaliex l-Unjoni Ewropea riedet hekk,

* flimkien mal-qaddejja tagħha Maltin,

* ta’ min jistaqsi min gawda bl-għeluq tat-Tarzna?

 

Gawdew it-tarznari tal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea,

* li ħadu x-xogħol li kien isir fit-Tarzna ta’ Malta,

* jiġifieri,

* madwar 40 miljun ewro xogħol kull sena.

 

Dan juri li l-Unjoni Ewropea

* għakkset lill-ħaddiema Maltin

* biex igawdu l-ħaddiema ta’ pajjiżi oħrajn membri tagħha.

 

Għandna raġun li ngħidu li sar delitt kontra l-ħaddiem Malti, u għajb li kien hawn min kien kompliċi fit-twettieq tiegħu.

 

U l-għajb ikompli jikber meta l-faċilitajiet imprezzabbli tat-Tarzna,

* fosthom il-baċiri,

* u l-akbar wieħed fil-Mediterran,

* qegħdin jingħataw bir-ribass għal 30 sena lill-barranin

* wara l-ftehim li sar mill-Ministru tal-Finanzi.

 

Dan bil-konsegwenza li l-qligħ li għad jagħmlu minnhom, imur barra l-pajjiż u ma jitgawdiex mill-Maltin.

 

Hekk trid l-Unjoni Ewropea u l-qaddejja tagħha Maltin.

 

Id-diska dwar l-ewro qegħdin idawwruha

 

Rapport li deher fil-gazzetta Ingliża Daily Telegraph tal-5 ta’ April, kellu t-titlu:

“UK’s refusal to join the euro was a blessing”. Daily Telegraph

 

Dan il-kliem qalu Masahiro Sakane, iċ-Ċermen tal-kumpanija Komatsu li hija t-tieni l-ikbar kumpanija li timmanifattura materjal tqil tal-kostruzzjoni (heavy construction equipment).

 

Dan iċ-Ċermen ta’ Komatsu qal li t-tnaqqis fil-valur tal-Lira sterlina f’dawn l-aħħar sentejn, għen ħafna lill-produtturi tar-Renju Unit biex iżidu l-bejgħ tagħhom u għalhekk il-profitti tagħhom peress li żiedu l-esportazjoni.

 

Masahiro Sakane ġie kkwotat li qal: “Jiena kuntent li r-Renju Unit ma daħalx fiż-żona ewro”.

 

Dan id-diskors huwa ferm differenti meta kienu qegħdin jitolbu biex ir-Renju Unit idaħħal il-munita ewro.

 

Huma kienu wissew li jista’ jkun hemm konsegwenzi serji jekk dak li kienu qegħdin jitolbu, ma jsirx.

 

Min-naħa l-oħra għandna l-istorja tal-Greċja

* li l-Griegi kienu tant jiftaħru fl-imgħoddu li l-munita taħhom,

* id-Drachma Griega,

* kienet l-eqdem munita fid-dinja.

 

Huma qalbu għall-ewro u llum qegħdin f’xifer falliment.

 

Hemm pajjiżi oħrajn li daħħlu l-ewro

* u llum jinsabu f’diffikultajiet finanzjarji kbar,

* bħalma huma Spanja,

* il-Portugall

* u l-Irlanda.

 

Hawn Malta l-Gvern u l-propagandisti tal-Unjoni Ewropea qalulna li allaħares ma daħħalniex l-ewro, għax kien jġirilna bħall-Iżlanda li baqgħet barra mill-Unjoni Ewropea.

 

Iżda ma qalulniex li

* l-Greċja,

* Spanja,

* il-Portugall u

* l-Irlanda,

* li kollha daħħlu l-ewro,

* kollha kemm huma jinsabu f’baħar ekonomiku

* u finanzjarju mqalleb ħafna,

* u li parti kbira mit-tort ta’ dan hija

* għax addottaw il-munita ewro.

 

Dan għax bir-regoli tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jieħdu miżuri il jaġġustaw ir-rati tal-imgħax kif għandhom bżonn u lanqas jistgħu jaġġustaw il-valur tal-munita tagħhom b’mod li jgħin biex iżidu l-bejgħ u l-esportazzjoni għax kollox hu marbut bil-kriterji ta’ Maastricht.

 

L-Unjoni Ewropea qiegħda tkompli timrad

 

MPE isostni li miljuni ta’ ewro mit-taxxi tal-poplu qed jisfumaw fix-xejn għax l-istrutturi tal-UE huma msewsa bil-kamla tal-frodi.

 

Fost il-kritici ħorox tal-Unjoni Ewropea hemm saħansitra membri tal-Parlament Ewropew.

 

Wieħed minnhom huwa l-Konservattiv Ingliż Daniel Hannan li għamel kummenti koroh ħafna dwarha.

 

Hannan qal li ħafna huma tant imdorrijin bl-ammont ta’ frodi fl-Unjoni Ewropea, li lanqas għadhom jagħtu kasha, tant li l-ġurnal m’għadhomx iqisu l-każi ta’ frodi bħala aħbar.

 

Huwa qal ukoll li dan il-fatt huwa xokkanti u l-awdituri tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jirrapurtaw kif qegħdin jintefqu l-fondi tal-Unjoni.

 

Skond Hannan, l-istrutturi tal-Unjoni Ewropea huma msewsin bil-kamla tal-frodi, u dan minħabba l-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma mwaqqfin.

 

Huwa tal-fehema li s-sistema ma tistax titranġa għax hija “racket” u l-għan ewlieni tagħha huwa li kulħadd jaħseb kif itejjeb il-qagħda tiegħu.

 

Il-problema hija li fl-Unjoni Ewropea

* ħadd ma għandu l-inċentiv li jimxi sewwa,

* għax dawk li japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea,

* jafu li hemm il-fondi

* u jfasslu t-talbiet tagħhom

* biex jingħataw dawk il-fondi.

 

L-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma ferħanin jiffirmaw iċ-ċekkijiet għax jittamaw li b’hekk ikunu popolari.

 

Daniel Hannan isostni li l-mard tal-frodi dwar il-fondi tal-UE mhix qiegħda fi Brussels biss, iżda qiegħda tinfirex fil-pajjiżi membri tal-UE kollha

 

Miljuni jingħataw mill-Unjoni għat-twettieq ta’ proġetti fil-pajjiżi membri li qatt ma jseħħu u l-fondi jispiċċaw misruqin. Dan huwa fatt ta’ niket għax il-fondi tal-Unjoni Ewropea ġejjin mit-taxxi li jitħallsu mill-popli tal-pajiżi membri.

 

Nieħdu l-eżempju ta’ Malta.

 

Skond l-Estimi uffiċjali tal-Gvern, pajjiżna kelli jħallas is-sena l-oħra lill-Unjoni Ewropea €65 miljun.

 

Iżda skond ir-rapport uffiċjali tal-Gvern dwar id-dħul u l-ħruġ tas-sena l-oħra, irriżulta li Malta ħallset lill-Unjoni €62.8 miljun.

 

Dan l-ammont tħallas lill-Unjoni Ewropea meta pajjiżna għamel dejn ta’ €300 miljun f’dik is-sena, li jfisser li kellna niddejnu biex inħallsu lill-Unjoni Ewropea.

 

Il-piż tal-ħlasijiet li l-pajjiżi membri qegħdin jagħmlu lill-UE qiegħed jinħass minn ħafna, mhux minna biss.

 

Skond stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Olanda dan l-aħħar, il-maġġoranza tal-Olandiżi jridu li l-ammont li l-Olanda tħallas lill-UE kull sena jitnaqqas bin-nofs.

 

Il-piżijiet li l-pajjiżi membri tal-UE, qegħdin iġorru jistgħu jonqsu jekk l-Unjoni Ewropea timxi b’aktar serjeta’ u taqta’ l-ħala.

 

Eżempju tan-nuqqa ta’ serjeta’ tal-Unjoni Ewropea ngħata dan l-aħħar f’rapport dwar il-politika tas-sajd tal-UE.

 

Instab li mis-sena 2000 ‘il hawn, filwaqt li l-UE nefqet 17% tas-sussidju mogħti lis-sajjieda tal-pajjiżi membri biex dawn jeqirdu l-opri tagħhom tas-sajd, nefqet 29% tas-sussidju lis-sajjieda biex jibnu opri ġodda tas-sajd, meta l-Unjoni Ewropea trid li tnaqqas l-ammont tas-sajd ħalli tippriserva l-istokk tal-ħut.

 

Għalhekk Daniel Hannan jinsisti li l-Unjoni Ewropea hija marida serjament u wasal iż-żmien li ssirilha operazzjoni biex jinqatgħu barra l-bċejjeċ morda tagħha.

 

Il-Gvern jammetti lix-Schengen naqqsilna s-sigurta’

 

Minn Eddy Privitera

 

F’dawn l-aħħar ġranet deher fil-ġurnali avviż tal-Gvern li kien qasir ħafna u naħseb ftit kienu dawk li nnotawh, apparti dan il-ġurnal li wkoll ikkumenta dwaru fl-Editorjal tiegħu “Barra jew ġewwa” (l-orizzont 6-4-10).

 

Iżda nħoss li għandu importanza kbira

* għax kixef u ikkonferma dak li s-CNI ilha tgħid –

* jiġifieri,

* li bid-dħul ta’ Malta fiż-Żona Schengen,

* is-sigurta’ ta’ pajjiżna ddgħajjfet mhux issaħħet,

* kif il-Gvern ried ibellagħha lill-poplu

* b’dak il-billboard kbir ta’ propaganda

* dwar id-dħul ta’ Malta fiż-Żona Schengen.

 

L-avviż kien jgħid li “minn nofs il-lejl ta’ nhar it-Tnejn, 5 ta’ April u nofs il-lejl tal-Ħadd, 18 ta’ April, se jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kif ukoll fil-Valletta Sea Passenger Terminal għall-ivvjaġġar fiż-Żona Schengen.”

 

Ir-raġuni li ingħatat mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern kienet li dawk il-kontrolli se

“jerġgħu jiddaħħlu minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ b’konnessjoni maż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.”

 

Mela l-Ministru tal-Ġustizzja,

* li qabel kien tant ftaħar

* li bid-dħul ta’ Malta fiż-Żona Schengen,

* is-sigurta’ ta’ pajjiżna se tissaħħaħ,

* issa ammetta uffiċjalment

* li ż-Żona Schengen

* flok saħħitilna s-sigurta’

* fil-fatt tant naqqsitilna s-sigurta’ ta’ pajjiżna

* li nħass il-bżonn li

* “jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli”

* kemm fl-ajruport kif ukoll fil-port

* għall-persuni li jkunu ġejjin Malta

* u wkoll għal dawk li jkunu se jħallu Malta.

 

Li kompla dejjaqni u rrabjani hu l-fatt li l-Gvern jidher li tinteressah is-sigurta’ ta’ pajjiżna biss minħabba ż-żjara tal-Papa.

 

Mela s-sigurta’ ta’ kull Malti u ta’ pajjiżna mhumiex importanti għall-Gvern?

 

Din l-aħbar tkompli tikxef il-fatt

* li l-Gvern Malti ġie mġiegħel,

* jew ma kellux il-kuraġġ

* jieqaf għall-pressjoni politika,

* mill-Unjoni Ewropea

* biex pajiżna jidħol fiż-Zona Schengen.

 

Din mhux biss naqqsitilna s-sigurta’,

* iżda ħolqitilna problema kbira

* għal ħafna ħaddiema Maltin

* li għandhom xogħolhom il-Libja,

* barra mis-settur turistiku għat-turisti Libjani,

* li qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea,

* lanqas kellhom bżonn ta’ visa.

 

Il-Ħamis, 15 ta’ April, 2010

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ