MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

  

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

  NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

L-UE nieqsa mill-appoġġ popolari

Kulħadd jaqbel dwar il-ħtieġa ta’ ħbiberija u koperazzjoni bejn il-pajjiżi ta’ l-Ewropa ħalli jiġu evitati gwerer qerrieda bejniethom. 

Li mhux kulħadd jaqbel hu li din il-ħbiberija u koperazzjoni għandha twassal għal unjoni ċentralizzata burokratika li ssir stat wieħed li jaħkem l-istati nazzjonali u jagħmel minnhom reġjuni u mhux aktar pajjiżi sovrani, indipendenti u ħielsa.

It-trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, li l-mexxejja tal-pajjiżi ta’ l-UE (inklużi l-mexxejja Maltin) iffirmaw solennement f’Ottubru 2004 f’Ruma, kien imfassal bil-għan li jkompli jqarreb it-twaqqif ta’ l-istat ġdid ta’ l-UE, aqwa minn u fuq l-istati membri mseħbin fiha. 

Dan hu mfisser ċar f’wieħed mill-ewwel artikli tat-trattat li jgħid li l-liġijiet li l-Unjoni Ewropea tagħmel huma aqwa u fuq il-liġijiet kollha tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni.

Ħafna joġġezzjonaw għal kif l-UE żviluppat biż-żmien fi stat wieħed, jew aħjar “super-stat”, li jieħu deċiżjonijiet li mhux bil-fors ikunu jaqblu magħhom il-pajjiżi membri kollha ta’ l-Unjoni, waqt li meta twaqqfet, id-deċiżjonijiet kellhom jittieħdu bil-kunsens ta’ kull pajjiż membru. 

Dan l-iżvilupp qanqal l-akbar oġġezzjonijiet għall-Unjoni tista’ tgħid f’kull pajjiż tagħha. 

Żgur kien wieħed mill-fatturi li ġiegħlu lill-maġġoranza tal-Franċiżi u l-Olandiżi li jivvotaw le fir-referenda ta’ l-2005 dwar il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.

 

L-oppożizzjoni għall-unjoni tinfirex

L-oppożizzjoni għall-Unjoni Ewropea u għas-sħubija fl-Unjoni tidher li qiegħda tikber u tinfirex mal-pajjiżi kollha tal-blokk, inkluż pajjiżna, u forsi l-aktar fl-Ingilterra.

Fl-Ingilterra, żewġ membri tal-House of Lords li ilhom kritiċi ta’ l-UE, issa ddikjaraw ruħhom kontra s-sħubija ta’ l-Ingilterra fl-Unjoni u ssieħbu fil-UKIP (United Kingdom Independence Party). 

Iż-żewġ membri, Lord Pearson u Lord Willoughly, telqu mill-Partit Konservattiv u daħlu fil-UK Independence Party.

Fil-House of Lords hemm membri prominenti oħrajn li huma kontra s-sħubija ta’ l-Ingilterra fl-Unjoni. 

Hemm l-eks-Ministru Laburista Lord Stoddart u l-eks-Ċermen tal-Partit Konservattiv Lord Tebbit.

 

Fil-House of Commons hemm diversi membri, kemm Laburisti kif ukoll Konservattivi, li apertament u konsistentement jitkellmu favur li l-Ingilterra toħroġ mill-UE.

Fl-aħħar elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-UK Independence Party irnexxielu jtella’ għadd ta’ deputati tiegħu u dawn ma jiqfux jikkritikaw lill-Unjoni kull fejn jitkellmu, saħansitra fil-laqgħat tal-Parlament Ewropew stess.

 

Nuqqas ta' appoġġ popolari

L-Ingliżi għalkemm ilhom ’il fuq minn 30 sena mseħbin fl-UE, baqgħu ma daħħlux l-Ewro minflok l-Isterlina.

L-istess ma biddlux il-muniti tagħhom ma’ l-Ewro l-Isvediżi u l-Olandiżi, li t-tnejn kellhom il-maġġoranza tal-poplu li vvotaw kontra d-dħul ta’ l-Ewro, minkejja li l-partiti politiċi ewlenin ħeġġewhom jivvotaw favur id-dħul tal-munita Ewropea.

Ir-riżultati ekonomiċi tat-tliet pajjiżi taw raġun lill-poplu u mhux lill-partiti politiċi għax it-tliet pajjiżi sejrin aħjar ekonomikament mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni li qalbu għall-Ewro.

Huwa fenomenu komuni għal ħafna mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni li waqt li l-partiti politiċi ewlenin huma għal kollox favur l-UE, il-maġġoranza tal-poplu jew hija kontra l-Unjoni, jew indifferenti għaliha. 

Dan jirriżulta mill-fatt li aktar minn nofs il-popli kollha ta’ l-Unjoni, ħlief fil-każ ta’ Malta, ma joħorġux jivvotaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Minn dawk li joħorġu jivvotaw, persentaġġ minnhom jappoġġjaw kandidati li huma ewro-xettiċi u kritiċi ħafna ta’ l-Unjoni.

Bir-raġun ħafna ma jappoġġjawx il-Parlament Ewropew u jqisuh bħala ċirku uman u mhu parlament xejn, fejn la jsiru dibattiti veri u lanqas ma jagħmel liġijiet. 

Il-Parlament huwa xempju tal-ħela abbużiva enormi tal-flus ta’ l-Unjoni miġburin mit-taxxi tal-popli tal-pajjiżi membri.

Għall-2007 aħna l-Maltin se nħallsu lill-UE aktar minn Lm22 miljun mit-taxxi miġburin f’pajjiżna. 

Dan jirriżulta mill-Baġit ippreżentat mill-Gvern fil-Parlament Malti f’Novembru li għadda.

Bir-raġun ħafna jistaqsu: 

għaliex nivvotaw għal ħames membri tal-Parlament Ewropew, meta diġŕ nivvotaw għal 65 membri tal-Parlament Malti u mhux jintagħżlu ħamsa mill-65 biex jirrappreżentawna fl-Unjoni Ewropea?

 

L-UE kontra x-xogħol għal kulħadd

 

Għan-Nazzjon Malti l-problema tan-nuqqas ta’ xogħol għandha tkun il-problema ekonomika ewlenija. In-nuqqas tax-xogħol m’għandux ikun problema għal dawk biss li jkunu bla xogħol, iżda għas-soċjetŕ kollha.

Soċjetŕ fejn mhux kull min jiflaħ jaħdem isib fejn jaħdem, tkun qiegħda ttellef il-ġid li jintilef li jsir minn dawk li ma jaħdmux, minbarra li tkun qiegħda tonqos lid-dinjitŕ umana ta’ dawk qgħeda.

Il-ġid tan-nazzjon jikber bix-xogħol ta’ l-individwi. 

Aktar ma jkun hemm nies jaħdmu, aktar joħolqu ġid. 

Nies li ma jaħdmux jissarrfu f’ġid mitluf għan-nazzjon, għax ix-xogħol hu sors tal-ġid. 

Pajjiż, bħal Malta, li m’għandux riżorsi oħrajn għajr dawk umani, ikun qed itellef il-ħolqien tal-ġid jekk ma jutilizzax mija fil-mija l-uniku riżors li għandu, il-ħidma ta’ kulħadd. 

Għalhekk, minbarra l-lat ta’ ħtieġa soċjali, anke mil-lat ekonomiku l-pajjiż għandu bżonn iwettaq politika li tiżgura xogħol għal kulħadd.

B’għajb kbir, il-politika ekonomika ta’ l-UE, li pajjiżna jkollu jsegwi, hija kontra l-prinċipju li gvern għandu jiżgura xogħol għal kulħadd fil-pajjiż. 

L-Unjoni ssostni li s-suq għandu jitħalla ħieles kemm joħloq xogħol u mpjiegi għal kull min jiflaħ jaħdem.

Riżultat tal-politika ekonomika ta’ l-UE hu l-miljuni ta’ nies qgħeda fil-pajjiżi tal-blokk għal għadd ta’ snin.

M'hemmx spiża akbar għall-Gvern

Il-politika ta’ l-UE li ma tħallix lil gvern ta’ pajjiż imsieħeb fiha jagħti għajnuna finanzjarja lill-impriżi privati u pubbliċi ħalli jkunu jistgħu jżommu fl-impjieg il-ħaddiema u l-impjegati tagħhom, hija politika żbaljata. 

Hija wkoll żbaljata l-UE li ma tħallix lil gvern ta’ pajjiż imsieħeb fl-UE jiffinanzja proġetti li jħaddmu n-nies li jkunu bla xogħol.

Jekk gvern, minflok iħallas il-benefiċċji tal-qgħad (‘unemployment benefit’) lil min ikun qiegħed, joħroġ xorta waħda l-istess ammont tal-benefiċċju (nieqes bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-gvern għas-sigurtŕ soċjali) f’forma ta’ għajnuna finanzjarja lill-impriża għal kull ħaddiem u impjegat li jinżamm fl-impjieg tagħha, li mingħajr dik l-għajnuna finanzjarja ma tkunx tista’ żżomm fl-impjieg, il-gvern ma jkunx qiegħed jonfoq xejn iżjed.

Fl-istess ħin iżda, il-gvern ma jitlifx li jdaħħal il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtŕ soċjali (il-bolla) tal-ħaddiema u l-impjegati li jinżammu fl-impjieg, idaħħal taxxa tal-VAT fuq id-differenza bejn il-pagi li jkomplu jitħallsu u l-benefiċċji għall-qgħad li kieku jkollhom jitħallsu, u jista’ jdaħħal ukoll taxxa fuq id-dħul (income tax) tal-ħaddiema u l-impjegati li jinżammu fl-impjieg bis-saħħa ta’ l-għajnuna mogħtija mill-gvern lill-impriżi.

Għalkemm gvern jista’ jiżgura ‘full employment’ fil-pajjiż billi jonfoq l-istess ammont li jkollu, inkella jħallas f’benefiċċju għall-qgħad, l-UE ma tippermettilux jadotta politika ta’ għajnuniet diretti lill-impriżi privati u pubbliċi u ta’ finanzjar ta’ proġetti ħalli jħaddmu n-nies. 

Għax l-Unjoni ssostni li għajnuniet lill-impriżi jtellfu l-kompetizzjoni tas-suq u ssostni wkoll li mhux xogħol jew kompitu ta’ gvern li joħloq proġetti ħalli jħaddmu n-nies. 

L-UE hija kuntenta tħalli miljuni bla xogħol għal żmien twil, basta ma tkunx mittiefsa l-politika ekonomika tagħha tal-kompetizzjoni u tas-suq ħieles.

Għalhekk aħna ġustifikati nixlu lill-UE li tħaddan politika mhux bla ruħ soċjali, iżda saħansitra anti-soċjali.

Nixluha li hija fl-aħħar mill-aħħar ħatja għat-tbatijiet li jġarrbu miljuni ta’ ħaddiema qgħeda u għat-tkasbir tad-dritt fundamentali tal-bniedem għax-xogħol.

F’pajjiżna, eluf ta’ ħaddiema u l-familji tagħhom huma vittmi ta’ din il-politika ħażina ta’ l-UE u jitolbu li jsir ħaqq mill-blokk, jew aħjar, li neħilsu mill-aktar fis mill-istess Unjoni Ewropea.

X’munita jkollna meta noħorġu mill-UE?

Ħafna jaħsbu li l-bidla tal-Lira Maltija bil-munita ta’ l-UE, l-Ewro, se tagħmilha aktar diffiċli għal Malta li toħroġ mill-blokk Ewropew. 

Għax jaħsbu li meta pajjiżna ma jibqax imsieħeb fl-UE, ikollu bilfors jerġa’ jaqleb mill-Ewro għal-Lira Maltija.

Jaħsbu li din il-bidla tagħmel ħsara lill-ekonomija Maltija, minbarra li tkun tfisser spiża kbira biex jerġgħu jiġu stampati l-flus Maltin u biex jinqalbu l-kontijiet bankarji mill-Ewro għal-Lira u l-magni awtomatiċi li bil-‘cards’ jagħtuk il-flus.

Iżda dan ir-raġunar mhux korrett għal kollox, għax mhux bilfors li l-bidla tal-munita mill-Ewro għal-Lira Maltija tagħmel ħsara lill-ekonomija tal-pajjiż, kif lanqas mhu minnu li l-bidla mil-Lira Maltija għall-Ewro fiha nfisha se tkun ta’ ġid għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Dan ir-raġunar mhux korrett ukoll għax meta Malta toħroġ mill-UE mhux bilfors li jkollha taqleb mill-Ewro għal-Lira Maltija. 

Il-pajjiż jista’ jekk irid u jaqbillu, jibqa’ jżomm l-Ewro bħala l-munita legali tiegħu. 

Jekk il-pajjiż ma jridx u ma jaqbillux jagħmel dan, ħadd mhu se jżommu milli jaqleb l-Ewro f’Liri Maltin.

Il-karti tal-munita Ewro huma l-istess għall-pajjiżi kollha ta’ l-UE. 

M’humiex bħall-muniti ta’ l-Ewro li huma ‘minted’ bid-disinji ta’ pajjiżna. 

Għalhekk il-karti ta’ l-Ewro f’idejn il-Maltin jissarrfu l-istess bħall-karti ta’ l-Ewro f’idejn kull ċittadin ieħor ta’ kull pajjiż ta’ l-UE.

Il-flus fl-Ewro f’idejn il-Maltin jibqgħu jiswew l-istess bħal ma jkunu jiswew l-Ewro f’idejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea meta Malta ma tkunx tagħmel aktar parti mill-blokk. 

Kemm dan hu minnu, nistgħu narawh jekk nieħdu l-eżempju tad-Dollaru Amerikan li jkollna.

Għalkemm id-Dollaru Amerikan mhux ‘legal tender’ f’Malta, xorta waħda minn għandu Dollari Amerikani jista’ jixtri bihom li jrid, billi jmur isarrafhom f’bank u jingħata l-ekwivalenti f’Liri Maltin. 

Jekk il-Gvern jagħmel id-Dollaru ‘legal tender’ f’pajjiżna, tkun tista’ titħallas u tħallas direttament f’dollari Amerikani. 

L-istess se jiġri meta l-Gvern jagħmel l-Ewro ‘legal tender’.

Se jkollna ftit ta’ żmien meta wieħed jista’ jitħallas u jħallas f’pajjiżna kemm b’Liri Maltin kif ukoll bl-Ewro.

Wara dak il-ftit ta’ żmien, l-Ewro biss tibqa’ munita legali f’pajjiżna. 

L-istess passi jista’ jieħu l-Gvern jekk ma nibqgħux fl-UE. 

Jista’ jżomm l-Ewro bħala munita legali f’Malta u l-UE ma tkun tista’ tagħmel xejn biex ma tħalliniex inkomplu nużawha. 

Lanqas ma tista’ l-Unjoni tvarja r-rata tal-kambju ta’ l-Ewro mal-Lira Maltija, la darba ma jkunx għad hemm il-Lira Maltija.

X’jiġri dwar il-‘legal tender’ f’pajjiżna meta nkunu barra l-UE, jiddependi għal kollox minn dak li jkun jaqblilna nagħmlu aħna. 

 

Il-Ħamis, 15 ta’ Frar, 2007.

<< Lura << 

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ