MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Ir-riservi ta’ l-Oppożizzjoni għar-ratifika tal-KE ma jiġġustifikawx vot favur – CNI
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Kampanja
għall-Ħelsien Nazzjonali CNI
tgħid li l-ħames riservi li pproponiet l-Oppożizzjoni
Laburista dwar ir-ratifika tal-Kostituzzjoni
Ewropea ma jiġġustifikawx vot favurha.
Dan qalu l-bieraħ, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, il-Mexxej tas-CNI,
waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar ir-ratifika tal-Kostituzzjoni
Ewropea, ir-riservi tal-Grupp Parlamentari
Laburista u l-oġġezzjonijiet tas-CNI
għalihom.
Meta ġiet ippreżentata lill-ġurnalisti taqsira tal-ħames
riservi ta’ l-Oppożizzoni li ġew imxandrin fil-31 ta’ Mejju mill-Partit
Laburista u li ġew diskussi l-bieraħ mill-Grupp
Parlamentari Laburista, Dr Mifsud Bonnici saħaq li la darba
l-Oppozizzjoni fehmet li hemm diffikultajiet fil-Kostituzzjoni l-ġdida,
tant li ħejjiet dawn ir-riservi, is-CNI
tħoss li ma jkunx għaqli u loġiku li l-MLP jivvota favuriha meta l-mozzjoni tal-Gvern li biha japprova r-ratifka ma
tinkludiex ir-riservi li qed tagħmel l-Oppozizzjoni.
L-ex Mexxej Laburista Dr Karmenu Mifsud Bonnici analizza l-ħames riservi u
fost l-oħrajn irribbata l-fatt li skond il-Partit
Laburista r-ratifika m’għandhiex tagħmel ħsara lill-Kostituzzjoni
ta’ Malta u li din trid żewġ terzi biex tiġi
emendata.
Dwar dan Dr
Mifsud Bonnici qal li artiklu sitta tal-Kostituzzjoni
barranija, jgħid li l-liġijiet Kostituzzjonali tar-ratifika Ewropea
jipprevalu fuq l-ogħla dritt Malti.
Dwar riserva li titratta t-twettieq tal-ħarsien soċjali u ż-żamma tal-‘welfare state’, Dr Mifsud Bonnici qal li din hi bla bażi.
Dan għax
skond il-politika ekonomika u soċjali li hemm fit-tielet parti
tal-Kostituzzjoni, il-Gvernijiet iridu jwettqu miżuri li fihom infushom
inaqqsu l-piżijiet tas-servizzi soċjali tal-pajjiż.
In-newtralità ta’ Malta kien wieħed mill-iktar punti sensittivi li
ssemma waqt il-konferenza stampa.
Dr Mifsud Bonnici stqarr li minkejja li l-Oppożizzjoni Laburista tinterpreta l-Kostituzzjoni Ewropea li ma tagħmilx ħsara lin-newtralità u l-ħelsien minn irbit militari jew ta’ difiża komuni, jgħid li din ma tagħmilx sens għax l-UE hi deċiża li twaqqaf politika barranija komuni li mhiex ta’ newtralità.
Dr Mifsud
Bonnici qal ukoll li l-Gvern Malti ma jistax iwaqqaf dan it-tibdil marbut
mal-politika barranija.
Rigward ir-riserva li titkellem dwar it-tkabbir ekonomiku u l-livell ta’
l-impjiegi, is-CNI
tgħid li din setgħet biss issir meta ġie ffirmat il-ftehim
f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
L-ex Mexxej
Laburista Dr Karmenu Mifsud Bonnici qal li l-UE bl-ebda mod m’hi marbuta li
tfisser il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni Ewropea
b’mod li tagħti xi trattament speċjali lil pajjiżna.
Qal li għalhekk il-linja li ħadu li jħeġġu lill-MLP
biex ma jivvotax favur għandhom ikomplu jsostnuha.

Dr Mifsud
Bonnici żied jgħid li biex jagħti prova ta’ dan ħejja
mozzjoni li se tiġi mressqa fil-Konferenza
Ġenerali tal-Partit Laburista tat-30 ta’ Ġunju biex
id-delegati jintalbu li l-MLP ma jivvotax
favur il-Kostituzzjoni Ewropea billi jivvota kontra
jew jastjeni.
Dr Mifsud Bonnici stqarr li minħabba d-diffikultajiet interni li jista’
jkun hemm fl-MLP qegħdin
jirrakkomandaw li l-Partit Laburista
jastjeni.
Fl-abbozz tal-mozzjoni, is-CNI tgħid li l-Konferenza Ġenerali għandha taqta’ l-possibilità li l-Kostituzzjoni tħeġġeġ żieda fil-militarizzazzjoni tal-pajjiżi membri fl-UE.
Dr Mifsud Bonnici qal li aktar ma pajjiżi jivvotaw favur il-Kostituzzjoni aktar tkun tista’ teżerċità s-setgħat tagħha, tant li diġà twaqqfet aġenzija li l-għan ewlieni tagħha hu li timmodernizza l-armamenti tad-difiża Ewropea.
Fit-tieni parti
tal-mozzjoni, għandu jintqal li l-Partit
Laburista għandu jaħdem mal-forzi progressivi kollha fil-pajjiżi
membri ta’ l-UE biex titfassal Kostituzzjoni li tħares l-Indipendenza, il-Ħelsien u
s-Sovranità tal-pajjiżi mseħbin.
Dr Mifsud Bonnici, li għal darba tnejn fisser il-Kostituzzjoni
Ewropea bħala waħda mejta, stqarr li vot favurha jfisser vot
favur il-punti negattivi tagħha.
Il-Mexxej tas-CNI
appella wkoll lill-Gvern Malti biex la darba l-Kostituzzjoni nqatlet minn Franza
u l-Olanda ma jkomplix bil-pantomima tar-ratifika fil-Parlament.
Intant meta kien mistoqsi jekk hemm xi konnessjoni bejn il-Kampanja
għall-Ħelsien Nazzjonali u
l-Moviment Laburista Popolari, Dr Karmenu Mifsud Bonnici ċaħad b’mod
kategoriku l-assoċjazzjoni mplikata mill-media ġenerali.
Huwa fisser din bħala taħwida tal-mezzi tax-xandir u sostna li l-għanijiet li twaqqfet għalihom is-CNI huma bil-wisq differenti minn dawk tal-Moviment Laburista Popolari.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 14 ta’ Ġunju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar