MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-abbozz dwar it-trattat tas-sħubija fl-UE: “Att ta’ umiljazzjoni nazzjonali”
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
L-Abbozz
li ħareġ il-Gvern fis-6 ta’ Ġunju dwar l-implimentazzjoni tat-trattat
tas-sħubija sħiħa ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ġie deskritt
miċ-Chairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici bħala ‘att ta’ umiljazzjoni nazzjonali’.
Dan
minħabba li hemm għadd ta’ proviżjonijiet li jeħtieġ
li jiġu skrutinati, fosthom li t-text bid-dettalji tat-trattat mhux anness
ma’ l-abbozz, li jiġi rratifikat kull trattat iehor jew protokoll li l-Gvern
jidħol fih wara is-16 ta’ April, li atti adottati mill-Unjoni Ewropea jidħlu
awtomatikament bħala parti mil-liġijiet ta’ Malta mingħajr
ma’ l-Parlament ikun jaf il-kontenut tagħhom, kif ukoll li
obbligazzjonijiet u restrizzjonijiet maħluqa bit-trattat tas-16 ta’
April, għandhom jibdew jgħoddu u jiġu nfurzati f’Malta.
Qal
ukoll li biex jinforza l-obbligazzjoni u r-restrizzjonijiet, il-Gvern jista’
joħloq offiżi sa sentejn priġunerija u ta’ multa ta’ mhux
aktar minn Lm100.
Mistoqsi minn l-orizzont fuq id-diskussjoni li għaddejja fil-pajjiżi
membri u pajjiżi kandidati dwar referendum fuq il-Kostituzzjoni Ewropea, Dr
Karmenu Mifsud Bonnici qal li dan l-abbozz jorbot li l-Kostituzzjoni Ewropea tiġi
aġġettata f’Malta mingħajr il-ħtieġa ta’
referendum.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, waqt konferenza stampa fil-bini tas-CNI
fil-Mosta, qal li “dan l-abbozz qiegħed jawtorizza r-ratifika tat-Trattat
ta’ Sħubija Sħiħa fl-Unjoni Ewropea ffirmat f’Ateni, iżda
l-istess trattat mhux inkluż ma’ l-abbozz ta’ liġi.
Dan ifisser li l-Parlament qiegħed jintalab biex jawtorizza r-ratifikazzjoni tat-trattat, mingħajr m’huma jiġu pprovduti d-dettalji tat-text uffiċjali tat-trattat.
Punt ieħor li rridu nagħmlu referenza għalih hu fuq il-kontenut ta’ x’qiegħed jiġi awtorizzat biex ikun ratifikat.
Fil-fatt l-istess abbozz, skond kif inhu miktub bħalissa, qiegħed jawtorizza li jiġu ratifikati trattati, ftehim u protokolli oħrajn, li jkunu applikabbli għal Malta fil-futur jew li l-Gvern jidħol fihom.
F’dan
l-abbozz mhux qiegħed jingħata l-ebda informazzjoni fuq dawn it-trattati,
ftehim u protokolli lill-Parlament,” qal iċ-Chairman tal-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici żied jgħid li
“l-abbozz jipprovdi li trattat li jiġi adottat f’Malta wara s-16 ta’ April, li ma jemendax jew ma jissostitwixix it-trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, għandu jitqies bħala li jifforma parti mit-trattat tas-16 ta’ April, dejjem jekk il-Prim Ministru jiddikjara dan.
Kull ftehim internazzjonali li l-Gvern se jidħol fih wara s-16 ta’ April, se jitqies bħala trattat li l-Prim Ministru għandu jiddikjara li jifforma parti mit-trattat tas-16 ta’ April.
F’dan l-abbozz ta’ liġi il-Parlament qiegħed jintalab li jaċċetta li liġijiet li fil-futur se jkunu adottati mill-Unjoni Ewropea, jibdew jagħmlu parti mil-liġijiet ta’ Malta.
Dan
mingħajr ma l-Parlament ikollu tagħrif fuq il-kontenut tagħhom.”
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici qal li dan joħroġ mill-mod kif inhu
miktub it-trattat.
Qal li ma jafx jekk hix l-intenzjoni ta’ min ħejja l-abbozz, li jsiru dawn l-affarijiet.
Hu
ddeskriva dawn il-materji bħala ‘assurditŕ legali’ u qal li ma jistax
jifhem kif il-Parlament jaċċetta li jagħti ‘blank cheque’ fuq
materji li ma jkunx jaf bihom.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici kompla jgħid li
“mhux
biss l-atti adottati fil-futur mill-Unjoni Ewropea se jkunu jorbtu, iżda l-abbozz
jgħid li l-liġijiet ta’ Malta li huma inkompatibbli mal-liġijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea, dawn għandhom ikunu bla effett. Anki fir-rigward
tal-Qrati naraw li dan l-abbozz ta’ liġi jistipula li l-Qrati Maltin,
qabel jiddeċiedu għandhom jaraw x’jgħid it-trattat u d-deċiżjonijiet
li ttieħdu mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fuq dak il-każ
partikolari.”
Qal ukoll li
“bil-għan
li l-provizjonijiet tat-trattat u atti futuri jkunu jorbtu f’Malta, il-Prim
Ministru, f’dan l-abbozz qiegħed jingħata l-poter li joħloq
b’ordni offiżi kriminali li huma ta’ inqas minn sentejn priġunerija
jew b’multa ta’ inqas minn Lm100.”
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
14 ta’ Ġunju, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ