MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI

 

L-UE ma taħdimx favur il-paċi fil-Libja

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Filwaqt li Malta għandha tagħmel li tista’ biex isseħħ il-paċi fil-pajjiż qrib tagħna,

* il-Libja,

* x’uħud mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea,

* bħal Franza,

* l-Ingilterra u

* l-Italja,

* qegħdin jinsistu li l-gwerra tisskota sakemm il-Gvern Libjan iwarrab,

* u għalhekk lesti jgħinu lir-ribelli

* billi jagħtuhom armi u armamenti

* u għajnuniet oħrajn biex ikomplu bil-ġlieda

* kontra l-forzi governattivi.


Għalhekk pajjiżna m’għandux ikompli jsegwi l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tal-Libja, u għalkemm jaqbel li jsiru f’dak il-pajjiż it-tibdiliet kollha xierqa biex ikun hemm aktar demokrazija u ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, xorta waħda ma jappoġġjax il-mezzi vjolenti tal-gwerra ċivili biex iseħħ dan l-għan, li għandu jintlaħaq bin-negozjati u djalogu politiku.


Fir-rigward tal-Libja x’uħud mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea wrew li għadhom aggressivi bħal meta fis-snin tal-passat kienu jiddominaw militarment il-kolonji tagħhom, u ma jsibuhiex bi tqila li jużaw il-forzi militari tagħhom biex jindaħlu fil-ħwejjeġ interni ta’ pajjiżi oħrajn.


Pajjiżna m’għandux jappoġġja lil dawn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jekk irid jibqa’ jitqies li hu ddedikat għall-ħidma favur il-paċi u kontra l-gwerra.


L-Unjoni Ewropea ġabet bħala skuża, biex tattakka lill-Gvern Libjan, li trid tipproteġi l-popolazzjoni ċivili Libjana, iżda l-Unjoni Ewropea ma ħaditx l-istess passi biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili Palestinjana mill-attakki tal-Gvern Iżraelit.

 

Pajjiżna jista’ jagħti l-aqwa għajnuna lill-popolazzjoni ċivili billi jaħdem biex jieqaf il-ġlied u mhux billi jagħti għajnuna lil naħa biex tiġġieled lin-naħa l-oħra fi gwerra ċivili.


L-Unjoni Ewropea,

* minflok ipprovat twaqqaf il-ġlied billi tkun medjatur bejn iż-żewġ naħat,

* waqqfet lil pajjiżna milli jipprova jimmedja hu fil-Libja,

* u l-Gvern Malti,

* minflok insista mal-Unjoni Ewropea li jaqdi dmiru biex isseħħ il-paċi fil-pajjiż ġirien,

* kif l-interessi ta’ pajjiżna jitolbu,

* ċeda u aċċetta li jimxi fuq il-linja ħażina tal-Unjoni Ewropea.

 

Flok pajjiż li jaħdem attivament għall-paċi,

* kif tgħid il-Kostituzzjoni Maltija

* pajjiżna ssieħeb mal-pajjiżi li jiddelettaw bil-gwerra,

* biex jiġbed il-ħabel tal-Unjoni Ewropea,

* minkejja li l-politika barranija ta’ pajjiżna għandha tkun favur in-newtralità

* u għalhekk differenti mill-politika barranija komuni tal-Unjoni Ewropea,

* li mhix waħda ta’ newtralità.

F’dan il-każ tal-gwerra ċivili tal-Libja, Malta setgħet tasserixxi linja indipendenti ta’ politika differenti minn dik tal-Unjoni Ewropea.


Il-linja ta’ Malta kellha tkun favur il-paċi billi pajjiżna kien jinsisti maż-żewġ naħat li jinnegozjaw u mhux jisparaw fuq xulxin.


Iżda dan kien ikun kontra l-politika ta’ Franza u l-Ingilterra, li sforzaw lill-Unjoni Ewropea tiddikjara ruħha kontra l-Gvern Libjan u favur ir-ribelli li huma meqjusin bħala l-Oppożizzjoni ċivili tal-Libja, mingħajr mal-Libjani li huma favur il-Gvern ma jitqiesu li jagħmlu parti mill-popolazzjoni ċivili ta’ dan il-pajjiż.


Pajjiżna ma jmissux ikompli jieħu sehem f’dan l-eżerċizzju ta’ ipokresija li jħeġġeġ li jsiru attakki mill-ajru fuq il-Libja bl-iskuża ta’ protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili.


Għax il-bumbardamenti li qegħdin isiru lejn u nhar qegħdin jikkaġunaw qtil u ferimenti mhux biss ta’ suldati, iżda anke ta’ nies ċivili.

 

Jekk minflok il-bumbardamenti, l-Unjoni Ewropea għamlet medjazzjoni u waqqfet il-ġlied, kienet tkun tat l-aqwa protezzjoni li tista’ tingħata kemm lill-popolazzjoni ċivili, kif ukoll lill-popolazzjon militari.


Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għażlu li jagħrfu lir-ribelli f’Benghazi bħala l-Gvern tal-Libja flok il-Gvern Libjan li jiffunzjona minn Tripli, jiġifieri Franza u l-Italja, se jagħmlu minn kollox biex il-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea jagħmlu l-istess, u diġà r-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Catherine Asthon, sejħet laqgħa biex ir-rappreżentanti tar-ribelli jiddiskutu magħha l-pjani tagħhom għall-ġejjieni.

 

L-Unjoni Ewropea tinsab f’taħwida dwar l-għarfien ta’ min jirrappreżenta lill-poplu Libjan, għax żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu lir-ribelli, fil-waqt li 25 pajjiż membru l-oħra tal-Unjoni Ewropea għadhom iqisu lill-Gvern Libjan ta’ Tripli bħala l-Gvern leġittimu tal-Libja.


Franza u l-Italja ma jridux jaċċettaw li jkun hemm waqfien fil-ġlied u ftehim bejn iż-żewġ naħat fil-Libja, għax għalihom il-Gvern Libjan ta’ Tripli m’għadux jeżisti u għalhekk mhux se jkun favur xi ftehim li jħalli l-Gvern imexxi l-pajjiż.

 

Jekk l-Unjoni Ewropea mhux se tmur kontra l-linja ta’ Franza u l-Italja, mhux se tkun favur ftehim li jħalli l-Gvern Libjan ta’ Tripli jkompli jmexxi l-pajjiż.


Dan ifisser li Malta, jekk tkompli ssegwi l-politika tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Libja, ma tistax tistenna li jkun hemm ftehim mal-Gvern Libjan ta’ Tripli, u għalhekk, dan ikun ifisser li jew li l-gwerra ċivili tibqa’ ttawwal, jew li l-Libja tinqasam, bil-parti tal-Lvant tibqa’ taħt ir-ribelli u l-parti tal-Punent tibqa’ titmexxa mill-Gvern Libjan.


Kemm jekk il-gwerra ċivili tkompli għaddejja għal xi żmien, kif ukoll jekk il-pajjiż jinqasam, pajjiżna jkun tellief għax l-interessi tal-Maltin fi Tripli jkunu ġew ippreġudikati bil-politika li l-Gvern Malti mexa biha fil-konfront tal-Gvern Libjan, skont ma qaltlu jagħmel l-Unjoni Ewropea.

 

L-interessi nazzjonali kienu jitolbu li Malta timxi b’mod newtrali mal-Gvern Libjan, mingħajr b’daqshekk ma tkun la approvat u lanqas ikkundannat għemilu.


Malta kienet tista’ tinfluwenza lill-Gvern Libjan biex jasal fi ftehim mar-ribelli u biex jaċċetta tibdil li jsaħħaħ d-demokrazija u jħarsu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem.

 

B’hekk Malta kienet tagħti l-aktar protezzjoni lill-popolazzjoni ċivili kollha tal-Libja.

 

L-Unjoni Ewropea tonqos mis-solidarjetà fil-każ tal-immigrazzjoni

 

Għal darb’oħra l-Unjoni Ewropea wriet li ma twettaqx il-prinċipju tas-solidarjetà li tant tiftaħar bih, meta fl-aħħar ġranet ma aċċettatax li tħaddem il-mekkaniżmu tal-emerġenza dwar l-eluf ta’ immigranti mill-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq li qegħdin jaslu l-Italja u anke Malta.

Ħafna politiċi Taljani kkundannaw bl-aħrax lill-UE li ma qablitx li tqassam l-eluf ta’ immigranti bejn il-pajjiżi membri kollha, kif Malta u l-Italja talbu li jsir.


X’uħud mill-politiċi Taljani waslu biex jinsistu li l-Italja għandha toħroġ mill-UE, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Barroso, ħass li għandu jikkalma s-sitwazzjoni billi juri simpatija mal-Italja.


Il-Gvern Malti kien ilu jtambar li qiegħed jitħabat mal-UE biex il-piż tal-immigranti jinqasam bejn il-pajjiżi kollha, u għalhekk iċ-ċaħda tal-UE hi disfatta kbira għalih.

 

B’konsolazzjoni, l-Gvern qed jgħid li kiseb gwadann għax l-UE aċċettat li tħaddem il-proġett pilota għal Malta li bih pajjiżi membri volontarjament joffru li jieħdu xi immigranti minn Malta.


Iżda fil-kwistjoni tal-immigranti hemm bżonn li l-Gvern jitkellem ċar mal-poplu u ma jkomplix iqarraq bih.

 

L-ewwel, lill-poplu għandna ngħidulu li l-obbligu li għandna hu li nagħmlu dak li nistgħu biex insalvaw nies mill-għarqa, mhux se nittraskurawh qatt.

 

Iżda għandna nfittxu ngħidu wkoll li l-obbligu li nsalvawhom mill-għarqa ma jfissirx ukoll li għandna nżommuhom joqogħdu f’pajjiżna.

 

Il-kwistjoni hi mhux jekk insalvawx l-immigranti mill-għarqa, iżda jekk inżommuhomx joqogħdu f’pajjiżna wara li nsalvawhom.

It-tieni punt li għandna nagħmlu ċar lill-poplu hu li l-problema tal-immigranti illegali f’pajjiżna ġabitilhom is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.

 

Kieku ma dħalniex fl-UE, kieku m’aħniex marbutin bir-regolamenti tal-UE li jobbligawna nżommu l-immigranti f’pajjiżna.

 

Għalhekk meta l-Gvern jgħid li mnalla qegħdin fl-Unjoni, ikun qed jinganna lill-poplu għax preċiżament għax isseħibna fl-Unjoni, ninsabu mxekklin li ma nistgħux lill-immigranti nħalluhom imorru fejn riedu jmorru, u fejn għadhom jixtiequ jmorru fl-UE.

L-immigranti illegali ma jridux jiġu u jibqgħu f’pajjiżna, u li kieku nħalluhom, imorru lejn il-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

 

L-akbar servizz li nistgħu nagħtuhom hu li nħalluhom imorru lejn il-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

 

Iżda l-UE ma tħalliniex nagħmlu dan u tridna bilfors inżommuhom f’pajjiżna.


Għalhekk il-poplu tagħna għandna nfissrulu li din il-problema tal-eluf ta’ immigranti illegali f’pajjiżna hi riżultat ħażin ieħor tas-sħubija tagħna fl-UE.


It-tielet punt fil-kwistjoni tal-immigranti illegali jirrigwarda r-relazzjonijiet tagħna mal-Unjoni Ewropea.

 

Għalhekk jekk l-UE tibqa’ ma taċċettax il-prinċipju li tħalli lill-immigranti jmorru fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE Malta m’għandhiex tkompli taċċetta li twaqqaf l-immigranti milli jmorru fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

 

Għalhekk jekk l-UE tibqa’ ma taċċettax il-prinċipju li ma tħallix lill-immigranti jmorru fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.


Iżda l-problema tal-immigrazzjoni illegali jixirqilha li nħarsu lejha b’aktar ħsieb.

 

L-immigranti qegħdin isofru tbatijiet kbar u spiss jitilfu ħajjiethom, wara li jkunu ħallsu l-flus biex jipprovaw jassalu f’pajjiż fl-UE.

 

Jekk jirnexxilhom jaslu, isibu ruħhom maqfulin f’ċentri ta’ detenzjoni għal xi żmien, u wara, mitluqin mingħajr saqaf fuq rashom u mingħajr xogħol, jew jingħataw xogħol imħallas ħażin.

 

Aktarx li ħafna mill-immigranti jiddiżappuntaw ruħhom li ma jsibux il-kundizzjonijiet tal-għajxien li kienu jistennew li se jsibu fl-UE.


Għax l-UE, filwaqt li ma tridx tostakola lill-immigranti illegali, mhix qiegħda tiffaċilita ħajjithom billi tipprovdilhom xogħol u akkomodazzjoni xierqa.

 

La darba l-pajjiżi tal-UE mhumiex f’qagħda li jħaddmu l-immigranti illegali jkunu jafu li meta jaslu fil-pajjiżi tal-UE se jerġgħu jintbagħtu lura, mhux se jħallsu l-flus u jissugraw ħajjithom għal xejn.


Min-naħa l-oħra, aktar mal-UE ssostni li l-immigranti illegali għandhom jinżammu fil-pajjiżi li jkunu marru u mgħandhomx jintbagħtu lura, aktar ikun hemm immigranti li jkunu lesti jħallsu l-flus biex jittantaw xortihom u jaslu f’xi pajjiż tal-UE.


Fl-istess ħin għandu jingħad li l-UE għandha ħtieġa kbira ta’ immigranti billi f’ħafna pajjiżi membri l-popolazzjoni qiegħda tonqos u għax it-tkabbir tal-attività ekonomika titlob numru akbar ta’ ħaddiema milli l-pajjiż ikollu.

 

Għalhekk l-immigrazzjoni hi importanti għall-UE u l-UE jeħtieġ torganizza, bi ftehim mal-pajjiżi li għandhom bżonn aktar ħaddiema, sistema fejn dawn l-immigranti jkunu ta’ kontribut lejn is-soċjetà.

F’kull każ, pajjiżna ma jistax ikun ta’ għajnuna la lill-UE u lanqas lill-immigranti, għax aktarx li pajjiżna għandu iżjed nies milli jiflaħ iħaddem, u r-riżorsi finanzjarji huma wkoll skarsi, u għalhekk mhux f’sitwazzjoni li jagħti għajnuna finanzjarja biex jgħin fl-imigrazzjoni lill-pajjiżi oħrajn.

 

Il-Ħamis, 14 ta’ April, 2011

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ