MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek

 

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

 

Il-karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (‘The Charter of Fundamental Rights of the Union’) hija llum parti mit-Trattat ta’ Lisbona, għax Artiklu 6 tat-Trattat ta’ l-Unjoni jgħid li l-Unjoni tagħraf id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji li hemm fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u li dawn għandhom l-istess saħħa legali tat-trattati ta’ l-Unjoni.

Il-Preambolu (l-introduzzjoni) tal-Karta jgħid li l-Unjoni temmen li huwa neċessarju li permezz tal-Karta tagħmel aktar viżibbli d-drittijiet li joħorġu mill-valuri indiviżibbli u universali tad-dinjità umana, tal-Libertà, ta’ l-ugwaljanza u tas-solidarjetà, u msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija u l-prinċipju ta’ l-istat tad-Dritt (‘Rule of Law’) u li l-Unjoni tħoss li għandha ssaħħaħ il-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet fundamentali “fid-dawl tat-tibdil fis-soċjetà, progress soċjali u żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi”.

 

L-Unjoni tistqarr li t-tgawdija ta’ dawn id-drittijiet iġġib magħha responsabbiltajiet u dmirijiet kemm għar-rigward ta’ ħaddieħor, kif ukoll fir-rigward tal-komunità tal-bnedmin u tal-ġenerazzjonijiet futuri u għalhekk il-Karta tirrikonoxxi dawn id-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u l-prinċipji li għandhom jitħarsu. 

 

Dawn jirrigwardaw id-Dinjità tal-Bniedem, il-Libertajiet tiegħu, l-Ugwaljanza tal-Bniedem, is-Solidarjetà bejn il-bnedmin, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-applikazzjoni tal-Ġustizzja.

 

Kamp ta’ applikazzjoni

 

Dawn id-drittijiet, libertajiet u prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għalkemm ħafna fin-numru, japplikaw biss għall-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji ta’ l-Unjoni, skond is-setgħat li t-trattati ta’ l-Unjoni jagħtuhom u għall-Istati Membri “biss meta jkunu qegħdin jimplimentaw id-dritt ta’ l-Unjoni.” 

 

Jingħad espressament li l-Karta ma “testendix l-iskop ta’ l-applikazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta’ l-Unjoni u ma toħloqx ebda kompetenza u ebda kompitu ġdid għall-Unjoni u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti definiti” fit-trattati ta’ l-Unjoni.

Il-Karta tkompli tgħid li jista’ jkun hemm limitazzjonijiet għal dawn id-drittijiet u libertajiet, iżda l-limitazzjonijiet iridu jkunu miktubin fil-liġi u jistgħu jsiru biss fejn huma neċessarji u fejn il-limitazzjonijiet jilħqu effetivament il-miri ta’ interess ġenerali magħrufin mill-Unjoni jew fejn il-limitazzjonijiet huma bżonnjużi ħalli jiġu protetti d-drittijiet ta’ oħrajn.

Hemm limitazzjoni importanti oħra għall-applikazzjoni tal-prinċipji mistqarra fil-Karta. 

 

Infatti jingħad li dawk il-prinċipji ma jistgħux jiġu invokati fil-Qorti ħlief għall-iskop ta’ interpretazzjoni u biex tiġi verifikata l-legalità ta’ l-atti leġislattivi u eżekuttivi ta’ l-Unjoni jew l-atti ta’ Stati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu xi dritt kompetenti għall-Unjoni.

 

Fl-aħħar tal-Karta jingħad ukoll li din ma tistgħax tiġi interpretata b’mod li tagħti dritt li ssir xi attività jew li jiġi eżegwit att li hu maħsub biex ixejjen xi dritt jew xi libertà magħrufa fil-Karta jew li jimponi limitazzjoni akbar għad-drittijiet u libertajiet li l-Karta tistqarr.

 

L-interpretazzjoni

 

Minn dan kollu jista’ jingħad li għalkemm fid-dehra d-drittijiet, libertajiet u prinċipji li hemm fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni huma ħafna u sbieħ, il-firxa ta’ l-applikazzjoni tagħhom hija limitata ħafna.

Iżda hija t-tifsira u l-interpretazzjoni tagħhom li hija f’data fil-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni, li tista’ tkun wiesgħa daqs l-Oċean u inċerta daqs it-temp u tinbidel skond il-ħsibijiet u skond iż-żmien.

 

Id-diffikultajiet li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tista’ toħloq fehmuhom sewwa tliet Stati Membri ta’ l-Unjoni. 

 

Tnejn minnhom, 

* l-Ingilterra u 

* l-Polonja 

għamlu Protokoll għat-Trattat ta’ Lisbona li permezz tiegħu rabtu lill-Unjoni li ma tistax tapplika l-Karta għalihom, għax fil-Protokoll jingħad li l-Karta ma tagħti ebda dritt la lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni u lanqas lil xi Qorti jew Tribunal ta’ l-Ingilterra jew tal-Polonja li tgħid li xi liġi, regolament jew provvedimeti amministrattivi, prattiċi jew azzjonijiet li huma inkonsistenti mad-drittijiet, libertajiet u l-prinċipji tal-Karta.

Il-Protokoll jgħid ukoll li l-Karta ma toħloqx drittijiet li jistgħu jintalbu fil-Qrati taż-żewġ pajjiżi, sakemm dawn id-drittijiet m’humiex miktubin fil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Ingliterra jew tal-Polonja.

 

It-tielet pajjiż, 

* ir-Repubblika Ċeka, 

għamel Dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet ta’ l-Unjoni.

 

F’din id-Dikjarazzjoni jingħad li l-Karta ma tnaqqas xejn mill-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Ċeka u m’aċċettax is-setgħet ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiż fil-qasam tad-drittijiet, libertajiet u prinċipji fundamentali.

Il-Parlament Malti, meta vvota favur it-Trattat ta’ Lisbona, ma ħaseb li jagħmel ebda riserva, bħal m’għamlu 

* l-Ingliżi, 

* il-Pollakki u 

* ċ-Ċeki, 

u issa pajjiżna jkollu jiżfen skond id-daqqa tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.

 

Xi tlifna bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

 

Jekk niflu sew l-investiment barrani li pajjiżna kellu fl-erba’ snin li ilna mseħbin fl-Unjoni Ewropea, għandna nsibu li l-inqas ammont ġie mill-Unjoni Ewropea u ammont aktar ġie minn pajjiżi barra l-Unjoni. 

 

Jekk inqabblu x’kien il-’unit cost’ f’pajjiżna qabel isseħibna fl-Unjoni ma’ x’kien wara s-sħubija, insibu li żdied b’rata akbar mir-rata li żdiedet l-esportazzoni minn pajjiżna. 

 

Għandna raġunijiet biex insostnu li kieku ma sseħibniex fl-Unjoni, 

* il-’unit cost’ kien ikun inqas, 

* l-esportazzjoni kienet tkun akbar, u 

* l-investiment barrani kien ikun aktar.

L-istess storja tista’ tingħad dwar it-turiżmu lejn pajjiżna. 

 

Bis-sħubija fl-Unjoni, 

* btala f’pajjiżna qamet aktar minħabba l-ispejjeż ġodda, 

* inkluża t-taxxa tal-VAT, 

* kaġun tas-sħubija.


Barra l-Unjoni,

* l-industrija turistika Maltija kienet tkun aktar kompetittiva, 

* b’konsegwenza li eluf aktar ta’ turisti kienu jiġu f’pajjiżna, 

* miljuni aktar ta’ liri konna ndaħħlu mit-turiżmu, u 

* mijiet aktar ta’ ħaddiema kienu jaħdmu fil-qasam turistiku.

Biżżejjed nikkunsidraw x’konna niffrankaw minn fuq il-fjuwil (diżil, petrol, pitrolju, żjut u gass), kieku bqajna barra l-Unjoni.

Konna nkomplu ngawdu mill-ftehim mal-Libja dwar prezz preferenzjali taż-żejt, li kien ifisser 

* prezzijiet orħos 

* tad-diżil, 

* petrol, 

* pitrolju, 

* żjut u 

* gass 

* inqas “surcharge”, u 

* inqas taxxi imposti mill-Unjoni fuq il-prodotti ta’ 

* l-enerġija, 

* bl-iskuża li jitrażżan il-konsum tagħhom.

 

Kieku ma aċċettajniex id-diktat ta’ l-Unjoni Ewropea biex nipprivatizzaw 

* l-Airport, 

* il-Freeport, 

* l-Air Supplies, 

* it-tmexxija tal-Port il-Kbir, 

* il-Lottu, 

* il-Posta, 

* it-TeleMalta, 

* it-TugMalta, 

* il-Med Serv, u x-xogħol li 

* s-Sea Malta kienet tagħmel, 

 

kieku l-miljuni li dawn l-impriżi qegħdin jiġġeneraw, 

* kienu jidħlu fil-kaxxa ta’ Malta, 

* mhux fil-bwiet tal-privat, 

* u l-aktar, tal-barranin.

Sabiex jaċċettaw li jseħbuna fl-Unjoni,

* issagrifikajna t-tarzna tal-Marsa, 

* izzuppjajna t-tarzna ta’ Bormla, 

* qridna l-Baċir Numru Wieħed, 

* tlifna l-ħidma ta’ mijiet ta’ ħaddiema tas-sengħa, u 

* rtirajna mix-xogħol mijiet oħrajn qabel laħqu l-età tal-pensjoni.

Għax wettaqna l-politika u ħarisna r-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea,

* ħafna fabbriki kellhom jagħlqu, 

* eluf ta’ ħaddiema tilfu l-impjieg, u 

* oħrajn tnaqqsulhom il-pagi u 

* l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Għabbejna lill-poplu 

* b’ħafna taxxi ġodda, 

* żidna l-ispejjeż għall-importazzjoni tal-mediċini u 

* konsegwentement għollejna l-prezzijiet tagħhom, 

* bħal ma għollejna l-prezzijiet tal-prodotti, 

* laħam u 

* ċereali 

mixtrijin minn barra l-Unjoni Ewropea.

 

Meta pajjiżna jista’ jikber ekonomikament kemm-il darba nkabbru l-esportazzjoni, 

* bis-sħubija fl-Unjoni spiċċajna biex 

* l-importazzjoni kibret ħafna aktar 

* milli kibret l-esportazzjoni.

Qabel is-sħubija,
kważi s-setturi kollha tal-poplu kienu jistgħu jixtru fejn joqogħdu. 

 

Illum, ftit huma dawk li jistgħu jagħmlu dan, minħabba kif splodew il-prezzijiet tal-bini u ta’ l-artijiet.

 

Kiber ħafna wkoll l-ammont tal-bini maqbud mill-banek għax id-dejn tas-self fuqu ma jtħallasx. 

 

Jekk bis-sħubija ftit stanew, ħafna tfaqqru.

 

Ħafna mill-ġid tal-Maltin qiegħed imur għand il-barranin. 

 

Meta qabel il-banek kollha kienu tal-Malti, 

* issa tajna lill-barranin jagħmlu qligħ kbir minn fuq it-tfaddil tal-Maltin, 

* flok li l-qligħ jibqa’ mal-Maltin.

 

Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea qiegħda żżarmana ftit ftit bħala nazzjon sovran u ħieles, u se ġġibna belt żgħira maħkuma f’wieħed mir-reġjuni tan-Nofsinhar ta’ l-Ewropa. 

 

Sakemm jerġa’ jkollna mexxejja li jmexxuna ħalli nerġgħu niksbu l-indipendenza u l-ħelsien.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Ħamis, 14 ta’ Frar, 2008

  << Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ