MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-UE ddgħajfilna s-sigurta` f’pajjiżna
Aktar ma jitneħħew il-kontrolli fuq id-dħul f’pajjiżna, kif tridna nagħmlu l-Unjoni Ewropea, aktar qegħdin jiżdiedu l-każi ta’ hold-ups b’mod li jmissu jallarmana.
Waqt li huwa fatt ċar li għandna nuqqas ta’ sorveljanza fit-toroq tagħna mill-Pulizija, aċċettajna li mhux inqas minn 40 membru tal-Pulizija jagħtu l-ħin kollu tagħhom ħalli jaħdmu l-ftehim ta’ Schengen ta’ l-istess Unjoni Ewropea.
Kien ikun ħafna aħjar għas-sigurta` tal-poplu tagħna kieku dawn l-40 Pulizija ħriġnihom jissorveljaw it-toroq tagħna.
Huwa wkoll fatt
ieħor ċar li għandna numru kbir ta’ Pulizija li huma moħlijin
fuq xogħol li mhux tagħhom, bħalma huwa dak li jridu jieħdu
ħsieb ta’ ħafna immigranti illegali li jinżammu maqfulin
f’pajjiżna minħabba dak li trid l-Unjoni Ewropea.
Daqstant ieħor ma jgħinx is-sigurta` tal-poplu l-fatt li, għax hekk tgħid l-Unjoni Ewropea, nippermettu mijiet ta’ immigranti illegali ħielsa jiġġerrew ifittxu minn fejn jakkwistaw xi ħaġa, jekk ma jagħtuhomx xogħol.
Dan in-nuqqas ta’ kontroll fuq id-dħul f’pajjiżna u biż-żieda ta’ l-immigranti illegali barra ċ-ċentri maqfulin ta’ detenzjoni, il-problema tal-hold-ups kibret f’pajjiżna kemm għall-Pulizija, kif ukoll għall-poplu, wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Xi żmien ilu l-membri ta’ l-Armata kienu jgħinu s-sigurta` billi jgħassu l-banek.
Iżda issa
l-armata għandha wkoll ħafna xogħol tgħasses u tieħu
ħsieb l-immigranti illegali li ġejjin Malta u li jinżammu
f’Malta, kif trid l-Unjoni Ewropea.
Jekk l-Armata tinħeles mill-piż ta’ l-immigranti illegali, is-suldati jkunu jistgħu jeħilsu lill-Pulizija mill-piż ta’ l-għassa mal-banek.
Xi jkun ifisser dan nistgħu narawh mill-aħbar ta’ dawn il-ġranet li bank kbir talab 100 pulizija ħalli kuljum jgħassu l-friegħi tiegħu.
Din it-talba
saret wara l-aħħar hold-up kbir li sar f’fergħa tal-bank
f’pajjiżna.
B’mitt pulizija jissorveljaw it-toroq tagħna u jżommu l-għases miftuħin, żgur li l-poplu jkollu aktar sigurta` milli li jħoss li għandu llum.
Billi neħilsu mill-immigranti illegali li jiġu f’pajjiżna f’qasir żmien, żgur li l-poplu tagħna jista’ jitħares aħjar, kemm mill-membri tal-Pulizija, kif ukoll mill-membri ta’ l-Armata.
Biex neħilsu mill-immigranti illegali, irridu niddeċiedu li ma noqogħdux għal dak li tgħidilna l-Unjoni Ewropea, imma nagħmlu dajk li tiddettalna s-sigurta` nazzjonali.
Is-sigurta` tal-poplu tagħna titlob li nikkontrollaw mhux li nneħħu l-kontrolli, tal-barranin li jiġu f’pajjiżna, kemm minn barra l-UE, kif ukoll mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni.
Is-sigurta` tal-poplu titlob ukoll li l-membri kollha tal-Pulizija u ta’ l-Armata jkunu mpenjati li jgħassu lill-poplu, mhux l-eluf ta’ immigranti illegali, u mhux jaħlu l-ħin tagħhom f’ċerimonji, parati u wirjiet li ma jsaħħu xejn is-sigurta` f’pajjiżna.
Il-Maltin li jsiefru għall-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jagħmlu tajjeb li jitgħallmu mill-inġustizzja li ġarrab żgħażugħ Ingliż ta’ 19-il sena, Joseph Mendy.
Is-sena l-oħra mar btala fil-Gżejjer Spanjoli tal-Canaries.
Huwa sarraf l-Isterlini f’Ewro, iżda meta ħallas bihom instab li kienu foloz.
Tressaq il-Qorti u ntrabat li jmur lura fi Spanja meta tkun se tinstema l-kawża tiegħu.
F’Marzu ta’ din is-sena Mendy ġie notifikat b’mandat Ewropea ta’ arrest f’Liverpool, l-Ingliterra.
Ittieħed arrestat f’ċella tal-Pulizija u għalxejn appella kontra l-arrest tiegħu, għax il-Qorti Ingliża ordnat li jingħata f’idejn il-pulizija Spanjola, li mill-ajruport ta’ Heathrow, f’Londra, ħaduh Madrid fi Spanja, fit-18 ta’ Lulju.
Meta deher quddiem il-Qorti Spanjola ma ngħatax pleġġ u billi kienu se jibdew il-vaganzi tas-sajf għall-Qorti, baqa’ miżmum il-ħabs għal xahrejn.
Tressaq il-Qorti għall-kawża fil-15 ta’ Settembru u l-avukat difensur Spanjol tiegħu tah parir li jammetti li mexxa munita falza, għax jekk ma jammettix, kien se jgħaddi sena oħra l-ħabs sakemm tiġi deċiża l-kawża tiegħu.
Mendy għalhekk ammetta l-ħtija u l-Qorti mmultatu €600 u tatu sentenza sospiża għal sentejn.
Dan iż-żgħażugħ Ingliż għadda minn dan il-kalvarju kollu u ċappas il-kondotta tiegħu b’sentenza kriminali, għalkemm ma kellux ħtija għax l-Ewro foloz kienu ngħataw lilu meta sarraf l-Isterlini, minħabba l-mandat Ewropew ta’ arrest li l-Unjoni Ewropea daħħlet fil-pajjiżi tagħha, inkluża Malta.
Għalhekk jolqot anke lill-Maltin li jmorru btajjel fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissarju
Ewropew responsabbli mill-Enerġija, Andris Piebalgs, qiegħed isostni
l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex kumpaniji li jiġġeneraw
l-elettriku (‘power stations’) ma jkunux ukoll il-proprjetarji tax-xbieki
(‘grids’) tal-‘cables’ (‘networks’) li jwasslu l-elettriku
(‘it-transmission’) lill-konsumaturi.
Il-proposta tal-Kummissjoni li toftoq it-trasmissjoni mill-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku tissejjah ‘unbundling of ownership’ u hija maħsuba biex tilliberalizza n-negozju ta’ l-elettriku billi tagħmilha aktar possibbli għal kumpaniji privati li jakkwistaw sehem min-negozju ta’ l-elettriku fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni.
Din il-proposta tfisser li sehem mill-prezz li l-konsumaturi jħallsu għas-servizz ta’ l-elettriku jmur għall-kumpaniji li jiproduċuh mill-power station u sehem ieħor għall-kumpaniji li jittrasmettu jew iwasslu l-elettriku għand il-konsumaturi.
Fil-laqgħa tal-Kunsilli tal-Ministri responsabbli mill-Enerġija tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea li saret il-ġimgħa l-ooħra, Malta m’hijiex waħda mid-disa’ pajjiżi li opponew din il-proposta tal-Kummissjoni.
Dan ifisser li l-Gvern Malti jaqbel li l-Power Station tkun ta’ kumpanija u x-xibka ta’ cables (grid) tkun ta’ kumpanija oħra privata, li t-tnejn ikunu jridu jagħmlu qligħ min-negozju tagħhom minn fuq il-konsumaturi ta’ pajjiżna?
L-Unjoni Ewropea tinqeda bil-poplu, mhux tirrispetta r-rieda tiegħu.

Madwar xahar ilu l-Prsident Nicolas Sarkozy ta’ Franza tana prova ta’ dan.
Huwa qal li referendum fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni fuq it-Trattat ta’ Lisbona jkun ħaġa perikoluża.
Huwa ammetta li
kieku kellu jsir referendum fi Franza, il-maġġoranza tivvota kontra
t-Trattat, u li l-istess jiġri fl-Ingliterra.
Huwa stqarr li hemm qasma kbira bejn il-popli u l-gvernijiet dwar it-Trattat, u referendum bħalissa, huwa ta’ theddida għall-Unjoni.
Kieku Franza kellha taċċetta li tagħmel referendum, anki l-Ingliterra jkollha tagħmlu.
Osservaturi politiċi ma naqsux li jikkritikaw lill-Presiodent Sarkozy u lill-politiċi tal-pajjiżi l-oħra ta’ l-Unjoni li qegħdin imorru kontra r-rieda tal-popli li hjuma jirrappreżentaw.
Il-Prim Ministru Anders Fogh Rasmussen tad-Danimarka ma qalx li se jagħmel referendum dwar it-Trattat ta’ Lisbona.
Minflok, huwa qed joffri li jagħmel referendum dwar l-Ewrio, u dwar għadd ta’ “opt outs” (ħwejjeġ ta’ l-Unjoni li ma japplikawx) li pajjiżu, id-Danimarka, kien irnexxilu jikseb fin-negozjati ta’ trattrati ma l-Unjoni.

Il-Kanċellier Ġermaniża, Angela Merkel, fil-bidu ta’ dan ix-xahar saħqet li l-partit tagħha, il-Christian Democratic Union (CDU) dejjem kien, u se jibqa’ favur “partnership” (‘privileged partnership’) bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea, mhux favur sħubija.
Merkel kienet qiegħda tindirizza l-laqgħa annwali tal-kungress tal-partit tagħha f’Hannover, fit-3 ta’ Diċembru.
Bi ftehim ta’ “partnership” it-Turkija tgawdi mill-benefiuċċji ta’ l-Unjoni, iżda ma tkunx marbuta bid-deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni u l-kundizzjonijiet ta’ sħubija.
Anki l-President Franċiż Nicolas Sarkozy ma jaqbilx mas-sħubija tat-Turkija fl-Unjoni, u jidher li jkun favur ftehim ta’ “partnership”.
Bħalissa l-Unjoni waqqfet id-diskussjonijiet dwar ftehim ġdid ta’ “partnership” mar-Russja.

Fl-elezzjoni ġenerali li saret f’Ottubru li għadda fl-Isvizzera, il-partit politiku The Democratic Union of the Centre (UDC) kiseb l-akbar għadd tal-voti, 10 fil-mija aktar mit-tieni l-akbar partit, il-Partit Soċjalista.
Il-leader tal-partit Ueli Maurer, qal li dawk kollha fl-Isvizzera li kienu kontra li l-pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u dawk kollha li kienu kontra l-barranin li jżidu l-kriminalita` fil-pajjiż, ivvotaw għall-partit tiegħu.
L-Unjoni Demokratika taċ-Ċentru hija magħrufa l-aktar għall-oppożizzjoni tagħha għas-sħubija li kienet saret fis-sena 1992 u li baqgħet “frozen” għax f’żewġ referendi li saru, il-maġġoranza ta’ l-Isvizzeri vvotaw kontra s-sħubija.
Fl-elezzjoni li saret f’Ottubru li għadda dan il-partit Ewroxettiku kiseb l-akbar għadd ta’ voti milli qatt kiseb partit politiku fl-Isvizzera fl-elezzjonijiet kollha li saru mis-sena 1919 ‘ll hawn.
Sinjal li dawk kontra s-sħubija fl-Unjoni qegħdin jiżdiedu, mhux jonqsu.
L-isparpaljar
tal-fondi mill-Unjoni Ewropea jqanqal kritika ħarxa kontriha minn kulħadd,
ħlief minn dawk li qegħdin igawdu mit-tberbiq tal-fondi.
L-aħħar eżempju ta’ dan l-aġir mill-aktar kundanabbli tatulna l-Kummissjoni Ewropea meta stqarret li żewġ proġetti tagħha se jiswew żewġ biljuni u seba’ mitt miljun aktar milli kien stmat.
Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ħabbret li għall-proġett tat-twaqqif ta’ l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija jeħtieġu 309 miljuni Ewro aktar mill-istima li kienet saret.
Ħabbret ukoll li sabiex jitkompla l-proġett Galileo Satellite Navigation System trid issir nefqa oħra ta’ 2,400 miljun Ewro.
Iż-żieda għaż-żewġ proġetti tlaħħaq is-somma ta’ 2.7 biljun Ewro.
Il-mexxejja
tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni (inkluża Malta) se jiffirmaw it-Trattat
ta’ Riforma ta’ l-Unjoni llum ġewwa Lisbona.
Il-President
ta’ Malta ddelega lill-Prim Ministru u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
ħalli jiffirmaw f’ismu għal Malta.
Donnu staħa l-President jiffirma huwa trattat li se jaħtar President fuqu għax se jkun President ta’ l-Unjoni Ewropea kollha.
Il-Prim Ministru u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin se jiffirmaw it-Trattat fit-33 anniversarju tat-twaqqif tar-Repubblika ta’ Malta, u b’hekk se jipprofanaw Jum ir-Repubblika.
F’Jum ir-Repubblika ta’ l-1974 ħlisna mill-madmad tar-Reġina barranija.
F’Jum ir-Repubblika ta’ l-2007 se nitwikkew bi President barrani.
Il-Ħamis, 13 ta' Dicembru, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ