MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konfernza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Austin
Gatt, irreżenja
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

Il-Mexxej tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali
CNI,
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, il-bieraħ sejjaħ għar-riżenja
tal-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’
l-Informatika
Austin
Gatt … għal 10 raġunijiet.
“L-ewwel għax kellu l-inkarigu li jipprivatizza s-Sea
Malta, jiġifieri
jbiegħ l-isħma tal-Gvern lill-privat, imma falla u minflok se jagħlaq
il-kumpanija.
It-tieni, kellu d-dmir li jdaħħal kemm jista’ lill-poplu mill-bejgħ
ta’ l-isħma u ma rnexxielux idaħħal ċenteżmu.
It-tielet, il-mandat tiegħu kien li jbiegħ l-isħma tal-Gvern imma
minflok biegħhom ta b’xejn, b’rigal, in-negozju u x-xogħol tas-Sea
Malta.
Ir-raba’, kellu d-dmir li jfittex l-aqwa offerta għax-xiri ta’ l-isħma
imma minflok fittex it-tieni offerta wara li l-aqwa offerta ġiet irtirata
qabad u ta n-negozju u x-xogħol tal-kumpanija lill-ħbieb tiegħu
ta’ Sullivan waqt li l-poplu ma kiseb xejn.
Il-ħames, kellu jiżgura li jibqgħu fl-impjieg l-ikbar għadd
ta’ ħaddiema u falla tant li bid-deċiżjoni tiegħu se
jissensja 144 haddiem.
Is-sitta, flok ma żgura li l-imprenditur privat li kellu jieħu
f’idejħ is-Sea Malta jonora l-ftehim kollettivi eżistenti tal-ħaddiema
għen biex ikun hemm tibdil fl-istess ftehim kollettivi mingħajr ma
ntlahħaq ftehim mal-ħaddiema milquta mit-tibdil.
Is-seba’, waqt
li xogħlu kien li jgħin lill-union tipperswadi lill-ħaddiema baħħara
jaslu għal tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom m’għamel
xejn minn dan u bl-aġir insolenti tiegħu naffarhom.
It-tmienja, la darba ftiehem biex minn 144 ħaddiem jiehu 76 minnhom
fis-settur pubbliku ma kellux għalfejn jgħaġġel li jxolji
l-kumpanija u kien ikun iktar faċli li jsib minn jixtri l-ishma tal-Gvern
b’kumpanija ta’ 68 ħaddiem flok 144.
Id-disa’, naqas li jsegwi l-istess arranġamenti li huwa kien għamel
kemm dwar il-ħaddiema tat-tarznari,
tal-MDC, tal-Medigrain u
tal-PBS u
b’hekk naqas lill-ħaddiema tas-Sea Malta waqt li għabba lill-poplu
l-piż tal-ħaddiema ssensjati.
U l-għaxra, naqas li jiżgura li min jieħu n-negozju u x-xogħol
tas-Sea Malta jżomm fl-impjieg lill-ħaddiema tagħha bl-istess
kundizzjonijiet tax-xogħol li għandhom, skond ma jipprovdi l-Artiklu
38 ta’ l-Att 2002 dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali”.
Huwa u jindirizza lill-ġurnalisti msejjħa biex jisimgħu x’kellu
xi jgħid fuq il-kwistjoni, l-Avukat Mifsud Bonnici elabora dwar ir-raġunijiet
għala fl-opinjoni tiegħu u tas-CNI
l-Ministru
Gatt kellu jirreżenja.
L-ex-Prim Ministru ikkundanna lill-Gvern talli kien qed jagħti rigal lil
Grimaldi fl-istess waqt li huwa u l-poplu m’hu se jdaħħlu xejn.
“Dan huwa att frawdolenti għax qed tisraq ġid li minnu l-kredituri
tal-kumpanija, inkluż l-impjegati, jistgħu jitħallsu meta din
ixxolji”.
Karmenu Mifsud
Bonnici qal li l-ftehim bejn
il-Gvern u
Grimaldi kien li meta dan jieħu
l-isħma jieħu wkoll id-djun u l-impjegati waqt li jħallas lill-Gvern tan-negozju u x-xogħol li kienet qed tagħmel
is-Sea Malta.
Imma meta l-Gvern iddeċieda li jxolji l-kumpanija u jagħti l-istess xogħol
lil Grimaldi, dan ta’ l-aħħar ha x-xogħol u n-negozju imma mhux
id-djun u l-ħaddiema.
Huwa ikkritika lill-Ministru
Gatt għax minflok ma’ jattira l-investiment,
fil-każ tas-Sea Malta qed jarmi l-investiment.
“Jekk Austin
Gatt u sħabu jibqgħu jinsistu li
l-Gvern m’għandux
ikollu investiment allura qed ixolji l-investiment. Dan (il-Ministru
Gatt) huwa
ministru “tad-demolition” (tkissir) flok ma jipprova jżid
l-investiment”.
L-ex-Mexxej Laburista irrefera għal kumment li l-Ministru Gatt għamel
riċentament fil-ġurnal “The Times” fejn kien ikkwotat jgħid
li huwa illegali li l-Gvern jissusidja kumpanija nazzjonali biex tikkompeti
ma’ waħda privata.
“M’għandna l-ebda liġi f’pajjiżna li tgħid li ma
tistax issostni kumpanija nazzjonali li tkun f’kompetizzjoni ma’ waħda
privata.
Il-Ministru Gatt u l-Gvern qed jadottaw il-liġi ta’ l-UE li ma tħallix il-Gvern isostni kumpanija tal-poplu għax tkun qed tikkompeti ma’ kumpanija privata.
Dan meta pajjiżi ohra ta’ l-UE qed jissussidjaw kumpaniji kummerċjali privati.
Il-Ġermanja
tissussidja 17-il biljun Euro fis-sena, Franza disa’ biljuni u
l-Italja
seba’ biljuni”.
Karmenu Mifsud Bonnici staqsa x’għaġġla kellu l-Gvern biex
ixolji s-Sea Malta meta la darba falla n-negozju ma’ l-aqwa offerent seta’
innegozja arranġamenti ġodda ma’ l-istess
Grimaldi jew ħaddieħor”.
Dwar is-sensji tal-ħaddiema Karmenu Mifsud Bonnici qal li ladarba huwa l-Gvern li se jxolji l-kumpanija allura se jkun hu li se jagħti s-sensja lill-haddiema.
U dan bla ma kellux għalfejn jagħmel dan għax mhux hu li qed jissussidja l-pagi tal-haddiema.
Huwa żied
li jekk il-kumpanija tkun meħlusa mill-piż tal-pagi, is-Sea Malta
tista’ tkompli topera.
“B’liema dritt Austin Gatt jibqa’ fil-kariga meta wara li sfratta
n-negozju qed jagħti bi skandlu kbira lill-ħbieb tiegħu ta’
Sullivan ġid kbir tal-poplu b’xejn u b’rigal waqt li jissagrifika kapriċċożament
l-impjieg ta’ 144 ħaddiem?”.
Lejn tmiem il-konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Avukat Mifsud Bonnici qal li
skond il-ligi Grimaldi kien obbligat li jżomm s-76 ħaddiem ta’ l-art
għalkemm m’għandux l-obbligu li jżomm lis-56 baħħar.
Madanakollu l-Gvern qed jagħmel pjaċir lill-ħbieb tiegħu u b’hekk
ħeles lil Grimaldi u lil
Sullivan minn dan l-obbligu.
Waqt li reġa’ akkuża lill-Gvern li huwa ħati ta’ serq tal-ġid
tal-poplu, l-ex-Mexxej Laburista qal li l-Privatisaton Unit għandu jgħid
lil min skarta fl-għażla tal-kumpaniji interessati li jieħdu lis-Sea
Malta.
It-Tlieta, 13 ta’ Diċembru, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar