MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
It-Tarzna għandha tibqa’ tal-Maltin
IS-CNIjisgħobbiha tara li l-politiċi kollha jgħidu li jaqblu mal-privatizzazzjoni, la darba l-Unjoni Ewropea trid il-privatizzazzjoni.
Sirna
pappagalli li nirrepetu dak li tgħid l-Unjoni Ewropea, u m’aħniex iżjed
kapaċi naraw x’jaqbel għal pajjiżna u ma naċċettawx
dawk il-ħwejjeġ li m’humiex ta’ ġid għall-poplu tagħna.
Wara l-għajta tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna, hemm il-bejgħ tagħha
lill-barranin.
Mhux se tkun f’idejn is-settur privat Malti, iżda se ssir tal-barrani.
Aktar
minn privatizzazzjoni, se jkollna “diżnazzjonalizzazzjoni” tat-Tarzna,
għax dik li llum hija ta’ pajjiżna, għada mhux se tibqa’ hekk
għax se tgħaddi għand il-barranin.
Il-politiċi Maltin jafu b’dan, u huma kuntenti li dan l-għajb
nazzjonali jseħħ.
Aħna
tas-CNI
ma naqblux ma’ dan. Nemmnu li t-Tarzna ta’ Malta għandha tibqa’
tal-Maltin u mhux issir tal-barranin.
Lill-barranin irriduhom jgħinuna mmexxu, mhux imexxuna.
Wara li nitgħallmu mmexxu daqshom, nirringrazzjawhom u nħallsuhom, u nkomplu mmexxu aħna.
Hekk biss jista’ jseħħ l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna – li aħna biż-żmien insiru kapaċi mmexxu ħwejjiġna u mhux niddependu mill-barrani.
Jekk
nibqgħu niddependu mill-barranin, nissograw li meta l-barranin jaqblilhom
imorru band’oħra, jitilquna bħalma għamlu ħafna sidien
barranin li ħadu l-fabbriki tagħhom minn pajjiżna għal pajjiżi
oħrajn fejn setgħu jaqilgħu aktar qligħ.
La darba l-Gvern irid jobdi lill-Unjoni Ewropea u ma jibqax sid tat-Tarzna, is-CNI
ssostni li t-Tarzna għandhom jeħduha f’idejhom il-ħaddiema li
jridu jibqgħu jaħdmu fiha, u l-Gvern jibda jitħallas ċens u
kera tagħha.
Il-ħaddiema
li ma jridux jieħdu l-offerta tal-Gvern u jirtiraw mix-xogħol tat-Tarzna,
jagħmlu tajjeb li jingħaqdu f’koperattiva ħalli jkomplu jaħdmu
fit-Tarzna u jieħdu huma l-frott tal-ħidma tagħhom.
Is-CNI tifhem li l-Koperattiva tal-Ħaddiema tat-Tarzna jaqblilha ssieħeb magħha sieħeb strateġiku ta’ esperjenza maniġerjali fil-qasam tat-tiswija u l-bini tal-vapuri u tal-jottijiet u li jkun jista’ jkkontribwixxi kemm tmexxija professjonali, kif ukoll potenzjal vast ta’ ‘marketing’.
It-tmexxija
teknika tax-xogħol tat-Tarzna tista’ tibqa’ f’idejn il-maniġers
tekniċi Maltin, li huma kapaċi biżżejjed fis-snajja’
rispettivi tagħhom.
Is-sieħeb strateġiku għandu jkollu sehem minoritarju fis-sħubija
bejnu u l-Koperattiva tal-Ħaddiema tat-Tarzna, iżda xorta waħda
jkollu f’idejh it-tmexxija professjonali ta’ din is-sħubija.
Il-Gvern, la ma jridx jbqa’ s-sid tat-Tarzna u lanqas imexxiha, ma għandux
joġġezzjona li jgħaddi t-Tarzna lil sħubija bejn
il-Koperattiva tal-Ħaddiema tat-Tarzna u s-sieħeb strateġiku.
Il-Gvern mhux se jitħalla mill-Unjoni Ewropea jagħti aktar għajnuna
lit-Tarzna wara l-aħħar ta’ din is-sena.
Jekk
jgħaddi t-Tarzna lil sħubija tal-ħaddiema u s-sieħeb strateġiku,
il-Gvern jobdi lill-Unjoni u ma jibqax joħroġ sussidji.
B’hekk
it-Tarzna tkun ipprivatizzata, iżda mhux “diżnazzjonalizzata” għax
tibqa’ tal-Maltin u l-ħaddiema li ma jridux jirtiraw volontarjament mix-xogħol
u jieħdu s-somma offruta mill-Gvern, jibqgħu jaħdmu u jaqilgħu
ħobżhom mit-Tarzna, filwaqt li jikkontribwixxu għall-ġid
ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.
L-Erbgħa, 13 ta’ Awwissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ