MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
VAT fuq 400 oġġett ġdid ħtija ta’ l-UE
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Id-Deputat
Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament il-ġimgħa l-oħra
qal li l-Gvern ġiegħelna nħallsu t-taxxa tal-VAT fuq madwar 400
prodotti ġodda, li qabel ma kinitx titħallas VAT fuqhom.
Fost dawn
il-prodotti hemm dawk
* tal-ħelu,
* juices,
* materjal ta’ l-istampa bħal kotba,
* pitazzi u
* ġurnali u anki
*
mediċinali.
Li ma ntqalx huwa li l-VAT fuq dawn l-400 oġġetti hija ħtija
tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, għax l-Unjoni ġiegħelitna
nagħmlu t-taxxa tal-VAT fuq dawn l-oġġetti.
Lanqas ma ntqal li sakemm min ikun fil-Gvern f’pajjiżna, jibqa’ marbut
bil-ftehim li sar ma’ l-Unjoni Ewropea mill-Gvern Nazzjonalista, dawn l-400 oġġetti
jibqgħu bit-taxxa tal-VAT fuqhom, għax rajna mhux f’idejna, iżda
f’idejn l-Unjoni.
Il-Partit Laburista jaf dan, u qabel ir-Referendum insista biex ma niġux
f’dan.
Aħna
tas-CNI
wkoll insistejna ħalli dan ma jiġrix.
Imma issa, fil-waqt li aħna tas-CNI
għadna ninsistu ħalli dawn it-taxxi fuq dawn il-prodotti jitneħħew,
billi ma jibqax il-ftehim li sar ma’ l-Unjoni Ewropea, id-Deputat Mexxej
tal-Partit Laburista m’għadux jgħid bħalna u kif kien jgħid
qabel ir-Referendum.
L-għajta
għall-Indipendenza u l-Ħelsien ta’ Malta
IS-CNI se tibqa’ kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u se tibqa’ taħdem sabiex il-poplu Malti jerġa’ jikseb lura l-Indipendenza u l-Ħelsien.
Hekk
iddikjara ċ-Ċhairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali fid-diskors
tiegħu ta’ l-għeluq tal-laqgħa annwali tas-CNI
li saret nhar il-Ħadd, 9 ta’ Mejju, fil-Mosta.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici tenna d-deċiżjoni meħuda mis-CNI
s-sena l-oħra wara l-iffirmar tat-Trattat tas-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea.
Huwa
rrefera għad-dikjarazzjoni solenni li s-CNI
xandret fid-29 ta’ Marzu li għadda, li fiha s-CNI
ċaħdet għal kollox it-Trattat tas-Sħubija ffirmat fis-16 ta’
April, 2003, f’Ateni, u xliet lill-Unjoni Ewropea li kienet ħatfet taħt
idejha lil Malta.
Id-dikjarazzjoni sostniet li l-ftehim li sar ma’ l-Unjoni Ewropea ma kienx
jiswa legalment, għax il-kunsens tal-poplu għalih kien ivvizzjat
b’qerq, bi pressjoni mhux flokha, indħil barrani żejjed, żbilanc
skandaluż ta’ mezzi finanzjarji u tal-faċilitajiet ta’ tagħrif
lill-pubbliku, u għadd ta’ irregolaritajiet oħra.
Il-Ġnus
Magħquda informata
Id-dikjarazzjoni
solenni tad-29 ta’ Marzu, 2004 ntbagħtet mis-CNI
lill-Unjoni Ewropea stess u lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda,
li ntalab jgħaddiha lill-pajjiżi kollha tal-Ġnus Magħquda
ħalli jkunu jafu li f’Malta mhux veru li l-poplu kollu huwa favur li
pajjiżna jinsab fl-Unjoni Ewropea, u li hawn min qiegħed jaħdem
ħalli l-poplu Malti jerġa’ jikseb lura l-Indipendenza u l-Ħelsien
li tilef.
Iċ-Ċhairman tas-CNI
qanqal il-kwistjoni tar-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni
Ewropea li trid issir wara li jintlaħaq ftehim dwar il-Kostituzzjoni ta’
l-Unjoni, aktarx f’Ġunju li ġej.
Theddida
għall-Kostituzzjoni Maltija
Huwa
fisser li l-Kostituzzjoni ta’ Malta hija l-ogħla liġi tagħna, u
li hija tgħid li l-liġijiet tagħna jsiru mill-Parlament tagħna,
u jekk xi liġi ma tkunx taqbel mal-Kostituzzjoni, il-Kostituzzjoni tegħleb
dik il-liġi.
Iżda t-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea se jipprovdi li l-Kostituzzjoni
u l-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea huma aqwa mill-Kostituzzjoni u l-liġijiet
tagħna, u li jegħlbuhom fejn ma jkunux jaqblu.
Dan
jammonta għal emenda fundamentali tal-Kostituzzjoni tagħna, li tista’
ssir biss jekk jaqblu magħha mill-inqas, tnejn minn tlieta tal-membri
kollha tal-Parlament Malti.
Sabiex l-‘entrenched provisions’ tal-Kostituzzjoni tagħna ma jiġux
fix-xejn, il-membri ta’ l-Oppożizzjoni m’għandhomx jivvotaw favur
ir-ratifika tat-Trattat Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, u b’hekk ma
jkunx hemm in-numru meħtieġ ta’ tnejn minn kull tlieta tal-membri
kollha tal-Parlament Malti li bil-vot tagħhom favur dak li tgħid
il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu qegħdin ixejnu dak li tgħid
il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Jekk xi deputati ta’ l-Oppożizzjoni ma jkollhomx il-kuraġġ li
jivvotaw kontra r-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom
almenu jastjenu milli jivvotaw, ħalli jkunu leali għall-ġurament
li ħadu li jirrispettaw il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Ħamis, 13 ta’ Mejju, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ