MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Il-politika tal-UE hija ħażina

 

Waqt li f’ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea l-ekonomija reġgħet bdiet tikber, il-qgħad kompla jikber ukoll.

 

Hija ħaġa ċara li l-kawża ta’ dan il-fenomenu kontradittorju hija l-politika ekonomika żbaljata li l-UE tħaddan u timponi fuq il-pajjiżi membri.

 

Għax l-UE biex tikkumbatti r-riċessjoni ekonomika ħeġġet lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri biex jonfqu l-biljuni ħalli jagħtuhom lill-banek ħalli dawn jegħlbu d-diffikultajiet li kienu jinsabu fihom.

 

Iżda l-biljuni li l-gvernijiet ħarġu, la kabbru l-konsum u lanqas żiedu l-impjiegi.

 

Mentri li kieku l-gvernijiet nefqu l-biljuni biex iħaddmu n-nies, kien jikber il-konsum, jonqos il-piż tal-għajnuniet soċjali u jiżdiedu lill-gvernijiet id-dħul mit-taxxi.

 

Id-difett fundamentali tal-politika tal-UE huwa li din ma tippermettix lil gvern li, wara li jagħti kull għajnuna lis-settur privat biex ikabbar l-għadd ta’ nies li jimpjega, iħaddem fis-settur pubbliku lil dawk kollha li jibqgħu mingħajr xogħol.

 

Għax għall-UE,

* il-prinċipju ta’ xogħol għal kulħadd

* ma jiġix l-ewwel

* u b’konsegwenza ta’ dan,

* minkejja t-titjib ekonomiku,

* fl-UE il-qgħad huwa kbir

* u llum ilaħħaq mat-22 miljun.

 

L-UE ma temminx f’ġustizzja soċjali u ma tipprattikax is-solidarjetà soċjali li tippriedka.

 

Tnaqqis fis-servizzi socjali

 

U l-politika tal-UE hi agħar minn hekk

* għax tinsisti mal-pajjiżi membri

* biex inaqqsu l-ispiża tagħhom

* fuq is-servizzi soċjali,

* li huma mezz kif tittaffa xi ftit it-tbatija tan-nies qgħeda.

 

Għalhekk fl-UE,

* filwaqt li l-ftit jistagħnew aktar u aktar,

* il-kotra tal-familji jitbaxxielhom il-livell tal-għixien tagħhom

* u l-faqar jinfirex aktar.

 

Għall-UE mhux il-bniedem hu ċ-ċentru tal-politika tagħha,

* imma l-profitt huwa l-għan tal-politika tagħha

* u s-suq

* u l-kompetizzjoni

* huma l-mezzi li bihom trid li tilħaq dan il-għan.

 

Lill-UE jimportaha kemm tikber l-attività ekonomika.

 

Ma jimportahiex kemm jikber il-qgħad, sakemm tikber l-ekonomija.


Is-CNI temmen f’politika bil-maqlub ta’ dik li l-UE tħaddan u timponi fuq il-pajjiżi membri, inkluża Malta.

 

Għas-CNI,

* gvern ġust għandu l-ewwel jiżgura li kulħadd fil-pajjiż jaħdem

* u li x-xogħol għal kulħadd jiżgura l-aqwa livell ekonomiku possibbli għall-pajjiż.

 

Għaldaqstant ir-riżorsi tal-pajjiż għandhom jitħaddmu ħalli, qabel kull għan ieħor, kulħadd ikollu xogħol.

 

Ix-xogħol għandu jiġi qabel is-suq,

* il-kompetizzjoni                          

* u l-profitt,                                   

* bil-maqlub ta’ dak li temmen     

* u timponi l-Unjoni.                      

 

Dannu minhabba s-shubija

 

Il-politika tal-UE li ma tħallix gvern jagħti protezzjoni lill-industriji tal-pajjiż,

* iġġib tnaqqis fl-impjiegi                                                                                  

* u toħloq il-qgħad,                                                                                            

* filwaqt li tkabbar l-importazzjoni                                                                    

* bil-konsegwenza                                                                                             

* li l-ħlasijiet li jsiru barra l-pajjiż għaż-żieda fl-importazzjoni,                        

* jonqsu milli jibqgħu jiċċirkolaw fil-pajjiż.                                                       


Dan huwa d-dannu kbir li pajjiżna ġarrab bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea:

* kibret l-importazzjoni,

* aktar flus marru barra milli kienu joħorġu qabel,

* għalqu fabbriki u ntilfu ħafna postijiet tax-xogħol,

* naqset l-esportazzjoni u daħlu inqas flus minn barra l-pajjiż.

 

Il-fatt li sirna parti mis-suq kbir tal-UE ma sewa xejn biex ix-xogħol ma jonqosx u l-impjiegi ma jintilfux.


Waqt li pajjiżna dejjem iħabbat wiċċu mal-problema demografika ta’ żieda fil-popolazzjoni aktar milli l-pajjiż jiflaħ, l-UE hija ffaċċjata bi problema demografika bil-maqlub, għax il-popolazzjoni tal-UE qiegħda tonqos.

 

Fl-istess ħin il-politika tal-UE biex tikkumbatti din il-problema hi żbaljata u bla sens.


Fil-fatt l-UE tappoġġja t-trażżin tat-twelid (‘birth control’) u l-qerda tat-trabi qabel jitwieldu (abort).

 

Iż-żewġ miżuri qegħdin iċaħħdu lill-UE kull sena minn miljuni ta’ tfal, bil-konsegwenzi li l-istess popolazzjoni qiegħda tixjieħ mingħajr il-bilanċ ta’ tkabbir tal-popolazzjoni żagħżugħa biex almenu ma jikbirx l-iżbilanċ bejn in-numru ta’ żgħażagħ u dak ta’ anzjani.


Fl-istess ħin l-UE trid tkabbar il-popolazzjoni biex iżżomm pass mat-tkabbir fl-ekonomija.

 

U biex dan iseħħ, l-UE qiegħda tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni illegali bl-iskuża li tagħti kenn lir-refuġjati u lil dawk li jixirqilhom protezzjoni umanitarja.


Is-CNI ma taqbilx ma’ din il-politika demografika tal-UE

* għax tqis li tmur kontra l-valuri tal-Maltin                        

* u hija kontra l-interessi nazzjonali tagħna,                          

* minbarra li hija politika ħażina u kontradittorja.               

 

Mhux fl-interess nazzjonali

 

Anke l-politika tal-UE tal-moviment ħieles tal-persuni rriżultat li ma taqbilx għal pajjiżna għax aktar ġew persuni mill-pajjiżi tal-UE jaħdmu Malta, milli marru Maltin jaħdmu fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

 

Meta għandna nuqqas kroniku ta’ xogħol, meta għandna ’l fuq minn 7,500 jirreġistraw għax-xogħol, mhux fl-interess ta’ pajjiżna li nħallu barranin jiġu jaħdmu hawn.

 

 

 

Aktar u aktar meta l-Gvern stqarr li huwa mħasseb li madwar 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa li spiċċaw l-iskola fl-aħħar tas-sena skolastika, mhumiex jirreġistraw li qegħdin jaħdmu u lanqas jirreġistraw għax-xogħol.


Issa għas-
CNI,

* l-akbar saram tal-politika tal-UE

* jinsab fl-ideoloġija liberali-kapitalista

* li hi tordna lil kull pajjiż membru

* li bilfors ikollu jwettaq,

* minkejja li dan,

* qabel issieħeb,

* kien jimxi b’politika soċjalment ġusta,

* mhux bħal dik tal-UE,

* u li biha l-pajjiż ikun irnexxielu matul is-snin

* jiżviluppa ekonomikament

* u jissaħħaħ soċjalment,

* bħalma għamel pajjiżna.

 

L-UE ma tridx tammetti

* li l-politika liberali-kapitalista falliet

* u wasslitha fil-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-lum,

* bi 22 miljun ħaddiem bla xogħol,

* b’ħafna aktar miljuni ta’ familji resqin lejn il-faqar

* u bil-gvernijiet mifnijin b’biljuni fuq biljuni ta’ ewro ta’ dejn,

* fl-istess waqt li fl-UE jirrenjaw bla rażan

* il-ħela,

* is-serq,

* il-korruzzjoni

* u l-ineffiċjenzi.


Għal dawn ir-raġunijiet u ħafna oħrajn, is-CNI ssostni li l-poplu Malti m’għandux jagħmel tiegħu l-politika ħażina tal-UE.

 

Malta trid tħallas €66 miljun fl-2010

 

Il-poplu Malti se jħallas lill-Unjoni Ewropea s-somma ta’ €66 miljun fis-sena d-dieħla.

 

Skont l-estimi tal-Gvern li xandar proprju nhar it-Tnejn li għadda,

* il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech                                            

* iddikjara li mit-taxxi mħallsin mill-poplu,                                     

* fl-2010,                                                                                           

* se jkollu spiża ta’ €66,500,000                                                      

* li jmorru għand l-Unjoni.                                                                


Dan ifisser ukoll li s-sena d-dieħla   

* se nħallsu lill-UE €9,900,000         

* aktar milli ħallasna din is-sena,    

* wara li f’din is-sena stess            

* se nkunu ħallasna lill-UE               

* €5,300,000 aktar mis-sena l-oħra.

 

U fis-sena 2007 bħala poplu ħallasna f’taxxi €53,164,000 lill-UE.

 

Fl-aħħar erba’ snin f’daqqa se nkunu ħriġna għall-Unjoni l-ammont totali ta’ €227,509,031.

 

Dan jirriżulta mill-estimi uffiċjali stess tal-Gvern Malti.


Din is-somma tagħmel parti żgħira mill-ammont kollu li pajjiżna jonfoq min­ħabba s-sħubija fl-UE.

 

Għax l-ispejjeż li jkollna nagħmlu minħabba s-sħubija jiżbqu d-doppju tal-ammont li nħallsu lill-UE fis-sena.


Imma din in-nefqa kbira ta’ pajjiżna qiegħda tinħeba mill-poplu Malti.

 

Għalhekk il-Gvern qed jirrifjuta li jagħmel u jxandar ‘cost benefit analysis’ tas-sħubija ta’ Malta fl-UE.


Huwa tal-mistħija li meta pajjiżna se jkollu defiċit is-sena d-dieħla ta’ aktar minn €200 miljun, l-Unjoni se toħdilna aktar minn €66 miljun.

 

Parti mis-€66 miljun li se jitħallsu s-sena d-dieħla lill-UE, tista’ tgħid se jiġu mit-€52 miljun li l-Maltin iridu jħallsu aktar f’Taxxa tad-Dħul (Income Tax) minn din is-sena.

 

Il-Maġġoranza assoluta favur referendum

 

Minn Eddy Privitera

 

Open Europe, organizzazzjon bbażata fir-Renju Unit, għamlet stħarriġ tal-opinjoni pubblika b’mistoqsija speġifika liċ-ċittadini fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-mistoqsija kienet: “Jekk isir trattat ġdid li jagħtui aktar poteri lill-UE, int taħseb li l-poplu għandu jsemma leħnu permezz ta’ referendum jew konsultazzjoni pubblika? Jew taħseb li għandu jkun il-parlament nazzjonali biss li jirratifika t-trattat?”

 

Riżultat mill-istħarriġ kien dan li ġej:

 

Pajjiż                IVA    Le  Ma Nafx

                         %       %     %       

Irlanda              87      11      1        

Greċja               83      14      3        

Renju Unit        83      15      2        

Rep Ċeka         82      15      3        

Franza               81      16      3        

Latvja               80      11      9         

Germanja         77      23      0         

MALTA           77      17      6         

Ċipru                76      21      3         

Estonja             74      16      10       

Lussemburgu   74      23      3         

Polonja             74      16      10       

Belġju               73      25      2         

Danimarka       73      22      5         

Spanja              73      24       3         

Finlandja          72      25       3         

Bulgarija          71      13      16        

Awstrija            71      25      4         

Italja                 70      23      7         

Svezja               68      30      2         

Litwanja            67      15      18       

Ungerija            66      30      4         

Rumanija          66      11      23       

Portugall           64      21      15       

Slovakkja         64      20      16       

Olanda              62      29      9         

Slovenja            55      40      5         

 

Minn din it-tabella jidher ċar li l-maġġoranza assoluta taċ-ċittadini jew il-popli tal-istati membri jridu li jsemgħu leħinhom kull meta l-UE tkun trid tagħmel xi trattat ġdid li jagħtiha aktar poteri, li mbagħad ikunu jistgħu jittieħdu mill-gvernijiet nazzjonali.

 

Mela jidher ċarissmu li meta l-UE immanuvrat biex f’ebda stat membru ma jsir referendum dwar it-Trattat ta’ Lisbona kienet qegħda ċċaħħad ir-rieda tal-popli kollha Ewropej li juru fehemthom.

 

U bit-Trattat ta’ Lisbona se jsir tista’ tgħid impossibbli li fil-futur iċ-ċittadini tal-UE jesprimu l-opinjoni tagġhom permezz ta’ referendum.

 

Imbagħad taqra u tisma’ lill-“appostli” tal-UE f’pajjiżna jippriedkaw li l-Unjoni TRID TKUN VIĊIN IĊ-ĊITTADINI TAGĦHA.

 

Jiena ċert li kieku l-istess mistoqsija ta’ Open Europe saret lill-MEPs u l-politiċi fl-istati membri kollha, ir-risposta u r-riżultat kienu jkunu preċiżament il-kontra ta’ dak li qalu ċ-ċittadini.

 

Din hija d-demokrazija li teżisti fl-UE. Hawn xi politiku li jmerina?

 

Il-Ħamis, 12 ta’ Novembru, 2009

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ