MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Kif
se jivvutaw dwar il-Kostituzzjoni tal-UE?
Dan l-aħħar il-kelliemi ta’ l-Oppożizzjoni Laburista dwar l-Unjoni Ewropea, meta staqsewh kif se tivvota l-Oppozizjoni dwar il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea meta l-Gvern Nazzjonalista jressaqha għar-ratifika fil-Parlament Malti, qal li l-Oppożizzjoni għadha ma ddeċiditx x’se tkun il-pożizzjoni tagħha.
Huwa
ssokta jgħid li l-Oppożizzjoni fi ħsiebha tikkunsidra kollox meta
tasal biex tiddeċiedi.
Aħna tas-CNI ilna f’dawn l-aħħar 27 ġimgħat inxandru
f’din il-paġna analiżi kritika li l-Professur Anthony Coughlan ta’ l-Università ta’ Dublin fl-Irlanda
kien għamel
tal-Abbozz
tal-Kostituzzjoni ta’
l-Unjoni Ewropea kif kien imfassal mill-Konvenzjoni li
mexxa l-ex-President Giscard d’Estaing ta’
Franza.
Saru
tibdililet importanti għal dak l-Abbozz u llum għandna l-Kostituzzjoni
li se tiġi ffirmata fid-29 ta’ Ottubru li ġej ġewwa Ruma.
Sal-lum ħadd għadu ma mera jew maqdar il-kritika li l-Professur
Coughlan għamel.
Lanqas ma xxandar mill-partiti politiċi Maltin xi tagħrif dettaljat dwar il-Kostituzzjoni u kif din toloqtna.
Huwa
ta’ għajb li lanqas fil-Parlament Malti ma ngħata tagħrif dwar
it-tibdil li sar bejn l-Abbozz tal-Kostituzzjoni mħejji minn Giscard
d’Estaing u t-test tal-Kostituzzjoni li l-kapijiet ta’ l-istati membri ta’
l-Unjoni qablu dwaru f’Ġunju li għadda ġewwa Brussels.
Oġġezzjonijiet
kbar ghall-Kostituzzjoni
Minn dak li aħna tas-CNI diġà xandarna, hemm oġġezzjonijiet kbar għall-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li min ħalef li jkun fidil u leali lejn il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna ma jistax jivvota favur il-Kostituzzjoni magħmula mill-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru ta’ Malta m’għandux is-setgħa japprovaha u jiffirmaha.
Jikser il-ġurament tal-kariga jekk jagħmel dan.
U l-President tar-Repubblika ta’ Malta, li suppost huwa l-aqwa difensur tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, m’għandux jiffirma l-liġi tar-ratifika tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea meta din tgħaddi mill-Parlament Malti, għax fil-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea hemm ħwejjeġ li huma bi ksur jew kontra partijiet importanti tal-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Huwa
wkoll ikun qed imur kontra l-ġurament tal-ħatra jekk jiffirma dik
il-liġi li tirratifika l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
Ewropea.
L-ewwel oġġezzjoni għall-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea
hija għax tippretendi li fl-oqsma li l-Unjoni għandha kompetenza, dak
li tgħid il-Kostituzzjoni ta’
l-Unjoni u dawk il-liġijiet li tagħmel
l-Unjoni, huma aqwa
minn dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Dan
ifisser li fejn il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’
l-Unjoni Ewropea ma
jaqblux ma’ dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta’
Malta,
il-Kostituzzjoni u
l-liġijiet ta’
l-Unjoni jegħlbu
l-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Dan imur kontra dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta’ Malta li tipprovdi li
jekk xi liġi tkun kontra jew ma taqbilx mal-Kostituzzjoni
Maltija, din
il-Kostituzzjoni tegħleb dik il-liġi.
Issa
l-Membri tal-Parlament tar-Repubblika jridu juru jekk il-ħalfa li għamlu
li jkunu fidili u leali lejn il-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’
Malta, humiex
se jonorawha , jew inkella humiex se jiksruha u jkasbru l-Kostituzzjoni ta’
pajjiżna.
Il-Kostituzzjoni
ta’ l-Unjoni Ewropea tikser in-newtralità
Hemm punti importanti oħra fejn il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea tikser il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Kostituzzjoni Maltija tisħaq li pajjiżna jħaddan politika ta’ newtralità u li jirrofta li jieħu sehem f’kull alleanza militari.
Iżda l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea tobbliga lil pajjiżna bħala membru ta’ l-Unjoni jieħu passi militari favur pajjiżi oħra membri ta’ l-Unjoni.
Jekk pajjiż membru ta’ l-Unjoni jkun aggredit, pajjiżna obbligat jagħti l-għajnuna.
Jekk
isir attakk terroristiku kontra pajjiż membru ta’ l-Unjoni, Malta tkun
obbligata li tieħu passi favur dak il-pajjiż membru ta’ l-Unjoni.
Il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea timponi dawn l-obbligi fuq Malta
minkejja li Malta, skond il-Kostituzzjoni ta’ newtralità, ma tistax tissieħeb
f’passi militari bħal dawn.
Hawn
ta’ min ifakkar li d-Dikjarazzjoni unilaterali tal-Gvern Malti biss, li Fenech
Adami kien hemeż mat-Trattat tas-Sħubija li ffirma f’Ateni fis-16
ta’ April tas-sena l-oħra, ma tiswa xejn kontra l-obbligu sħiħ
li l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea
timponi fuq pajjiżna fiż-żewġ
każi msemmija ta’ attakki terroristiċi u aggressjoni kontra pajjiż
membru iehor ta’ l-Unjoni.
Jekk l-erba’ pajjiżi l-oħra membri ta’ l-Unjoni li jħaddnu xi
forma ta’ newtralità jħossuhom komdi li jaċċettaw il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li timponi fuqhom dawn il-liġijiet
militari, ma jfissirx li Malta wkoll m’għandhiex tħossha skomda li
ma taċċettahomx bla ma tmur kontra n-newtralità tagħha.
In-newtralità ta’ Malta skond il-Kostituzzjoni Maltija hija aktar wiesgħa min-newtralità ta’ l-Irlanda, tal-Finlandja, ta’ l-Isvezja u ta’ l-Awstrija u għalhekk it-tixbih ma jgħoddx.
Aktar minn hekk, il-ksur tan-newtralità għal Malta jfisser ħafna aktar milli jista’ jfisser għall-erba’ pajjiżi imsemmijin.
Għax
għal Malta, in-newtralità hija l-unika arma ta’ difiża li tiżguralna
s-sigurtà għall-poplu tagħna.
Il-Kostituzzjoni
mhix meħtieġa għall-UE
Għalkemm l-Unjoni Ewropea qiegħda llum tisħaq li l-Kostituzzjoni li hija fasslet hija meħtieġa għaliha, issa li tgħodd 25 pajjiż membru, mingħajr din il-Kostituzzjoni xorta waħda l-Unjoni tkun hemm u tkompli teżisti.
Tant huwa hekk, li din il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ma tidħolx fis-seħħ qabel mill-inqas tliet snin oħra.
Sa tliet snin oħra l-Unjoni Ewropea se tkompli titmexxa bl-arranġamenti u l-ftehim li hemm illum wara li għadda t-Trattat ta’ Nizza ta’ tliet snin ilu.
Bl-istess mod li l-Unjoni se tkompli titmexxa sa tliet snin oħra bl-istess ftehim u arranġamenti li l-Unjoni għandha llum, hija tista’ tkompli titmexxa anki wara li jgħaddu tliet snin oħra.
Tant
hu hekk, li xi ħwejjeġ li ġew miftehma fil-Kostituzzjoni ta’
l-Unjoni Ewropea, jingħad li jibdew iseħħu wara s-sena 2014 u
lanqas meta tibda sseħħ il-bqija ta’ l-istess Kostituzzjoni.
It-Trattat ta’ Nizza kien maħsub li se jaqdi lill-Unjoni li kellha tikber
għal 25 pajjiż membru.
Meta
sena wara Nizza
l-Unjoni qatgħet li twaqqaf Konvenzjoni ħalli tfassal
Kostituzzjoni għall-Unjoni, kien ingħad li l-Kostituzzjoni kienet se
tissimplifika l-ftehim u l-arranġamenti li bihom kienet titmexxa l-Unjoni u
li kienet sejra treġġa’ lura lill-istati membri ta’ l-Unjoni
ħafna mis-setgħat li l-Unjoni kienet ħaditilhom u li kienet se
tagħmel l-Unjoni aktar demokratika fit-tmexxija tagħha u aktar qrib
il-popli tal-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni.
Minn dan kollu l-Kostituzzjoni li tfasslet ma rnexxilha tagħmel xejn.
L-għan moħbi wara l-Kostituzzjoni kien li tgħaqqad aktar u tintegra aktar il-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni fi stat wieħed.
Dan l-għan jintlaħaq jekk il-pajjiżi kollha membri ta’ l-Unjoni japprovaw il-Kostituzzjoni li tħejjiet.
Min
ma jridx li jinħoloq is-26 stat, is-super stat ta’ l-Unjoni
Ewropea,
m’għandux jirratifika l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
Ewropea.
Ratifika
li ma tiswix
Tajjeb li nfakkru li l-Kostituzzjoni ta’ Malta ma tistax tinbidel jekk mhux inqas minn tnejn minn tlieta tal-Membri kollha tal-Parlament Malti jivvutaw favur it-tibdil.
Għalhekk ma
jkunux jiswew dawk il-partijiet tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea
li ma
jaqblux mal-Kostituzzjoni ta’ Malta la darba dawn ma jkunux ġew approvati
minn mhux inqas minn tnejn minn tlieta tal-Membri kollha tal-Parlament Malti.
Dan il-fatt
jitfa’ responsabbiltà kbira fuq il-Membri tal-Parlament tagħna.
Jekk
il-Prim Ministru u l-Membri
Parlamentari tan-naħa tal-Gvern lesti li jiksru
l-ġurament ta’ lealtà
lejn il-Kostituzzjoni tagħna u jkasbru
s-sovranità tal-Parlament tagħna, ma nistennewx li l-Kap
ta‘ l-Oppożizzjoni
u l-Membri Laburisti ta’ l-Oppożizzjoni jingħaqdu magħhom
f’għajb li ma jinħafirx minn dawk l-eluf kbar li għadhom jgħożżu
l-Indipendenza u l-Ħelsien
ta’ pajjiżna, is-supremazija
tal-Kostituzzjoni
Maltija, is-sovranità tal-Parlament Malti, is-siwi u
t-tjubija tan-newtralità u li għalihom Malta għandha tiġi
l-ewwel u qabel kollox.
Valuri
baxxi fl-Unjoni Ewropea
L-GDIM morali
tal-korruzzjoni hija epidemija fl-Unjoni
Ewropea.
L-uffiċċju li l-Unjoni waqqfet kontra l-frodi, magħruf bl-isem
ta’ OLAF, ftit tax-xhur ilu sab li fil-Kumitat tar-Regjuni (Committee of the
Regions) ta’ l-Unjoni Ewropea, kien hemm frodi, ksur tal-liġi kriminali u
inkompetenza fragranti u sistematika.
Instab li madwar 230 membri tal-Kumitat tar-Regjuni għamlu talbiet foloz għal
ħlas ta’ spejjeż tas-safar u nstab ukoll li kien sar tbagħbis
fil-proċeduri għall-istampar ta’ dokumenti.
Instab li wieħed kien tħallas madwar £5,300 għal talbiet foloz
tas-safar u ieħor tħallas madwar £600 għal safar għal
Dublin, Lisbon u Budapest li ma kienx għamel.
Il-valuri baxxi fl-Unjoni m’humiex riflessi biss fil-korruzzjoni li tifni
l-Unjoni.
F’pajjiż membru ta’ l-Unjoni, it-tobba ngħataw direttiva li jistgħu
jagħmlu abort lil tfajliet ta’ taħt is-16-il sena mingħajr ma
jgħidu lill-ġenituri tat-tfajliet.
Id-Dipartiment tas-Saħħa jista’ għalhekk jinjora r-regola li
huma l-ġenituri li jafu x’inhu l-aħjar għal uliedhom li għadhom
taħt l-età, għax il-Gvern irraġuna li jekk il-ġenituri ma
jiġux mgħarrfa, it-tfajliet ikunu aktar lesti li jfittxu li jieħdu
parir meta jinqabdu tqal.
Qabel ir-referendum, Fenech Adami u sħabu kienu jbellgħulna li għandna
nissieħbu fl-Unjoni Ewropea minħabba l-valuri għolja li jħaddnu
l-pajjiżi mseħbin fiha.
Il-verità hija bil-maqlub.
Il-valuri huma
aktar baxxi, jew aħjar m’għandhomx
jeżistu u l-korruzzjoni hija kbira ħafna fl-Unjoni.
Il-Ħamis, 12 ta’ Awissu, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ..................................................
ID Numru...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ