MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konfernza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Mexxej tal-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali
CNI
Karmenu Mifsud Bonnici qal li minkejja li fil-jiem li għaddew, il-Parlament
ivvota favur ir-ratifika tat-trattat kostituzzjonali ta’ l-UE,
is-CNI
bi ħsiebha tintensifika l-kampanja favur it-tibdil meħtieġ
fil-ftehim li sar ma’ l-UE.
Dan se tibqa’
tagħmlu sakemm il-maġġoranza tal-poplu tifhem is-siwi tat-tibdil
li jrid isir u ġġiegħel lill-partiti politiċi jaħdmu għal
dan il-għan.
Meta kien qiegħed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet, Karmenu
Mifsud Bonnici qal li s-CNI ma stenniet qatt li
l-Parlament se jaċċetta dibatittu kontra l-Kostituzzjoni ta’
Malta,
iżda l-vot favur ir-ratifika ta’ dan it-trattat mhux se jwaqqaf is-CNI
milli tkompli bil-ħidma ta’ fejda għall-poplu Malti kollu.
Fil-fehma tas-CNI,
żied jgħid Karmenu Mifsud Bonnici, din id-deċiżjoni tkabbar
il-firda bejn il-poplu u l-politiċi, kif ġara dwar il-Kostituzzjoni
Ewropea f’pajjiżi oħra ta’ l-UE.
Mifsud Bonnici qal li din il-kritika qiegħda ssir lejn il-Parlament kollu,
u mhux lejn l-Oppożizzjoni Laburista biss.
Qal ukoll li l-fehmiet huma tas-CNI u mhux tiegħu bħala delegat tal-Partit Laburista.
Huwa żied jgħid li s-CNI qiegħda toġġezzjona li l-kunsens milħuq fil-Parlament Malti jiġi interpretat li jirrifletti xi kunsens popolari dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-UE.
Kull stħarriġ
ta’ l-opinjoni pubblika Maltija wera li persentaġġ sostanzjali
tal-Maltin u l-Għawdxin ma jaqblux magħha.
Huwa żied jgħid li s-CNI
tiddeplora l-fatt ukoll li fil-Parlament ma sar l-ebda dibattitu serju
tal-provvedimenti tal-Kostituzzjoni Ewropea u kif dawn jolqtu lill-poplu
Malti.
Qal li lanqas ma
ġew indirizzati l-ilmenti u l-oġġezzjonijiet li tqajmu dwar il-Kostituzzjoni Ewropea mill-popli ta’
l-Ewropa.
Is-CNI
uriet ukoll it-tħassib tagħha għall-fatt li l-Parlament Malti
naqas li jikkunsidra l-miżuri meħtieġa biex l-industrija u
l-kummerċ f’pajjiżna jilqgħu għall-impatt negattiv
tal-globalizzazzjoni sostnuta mill-politika ta’ l-UE,
u lanqas għat-telf tal-kompetittivitŕ ta’ pajjiżna li l-politika
ta’ l-UE qiegħda tkabbar u għan-nixfa
ta’ l-investiment produttiv li l-politika ta’ l-UE
qiegħda tikkaġuna f’pajjiżna.
Karmenu Mifsud Bonnici qal li l-Parlament Malti approva d-dikjarazzjoni li
l-kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ l-UE
jipprevalu fuq il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Parlament m’għandux setgħa jghaddi liġi li tipprevali fuq il-Kostituzzjoni ta’ Malta jekk qabel ma jemendax il-Kostituzzjoni.
Għalhekk,
żied jgħid, il-Parlament agixxa kontra l-kostituzzjoni meta approva
dik id-dikjarazzjoni dwar is-supremazija tal-kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
Ewropea fuq il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Parlament mar ukoll kontra l-ġurament ta’ lealtŕ lejn il-Kostituzzjoni ta’ Malta li jittieħed mal-ħatra tal-membri
parlamentari.
Permezz ta’ din id-deċiżjoni, Malta issa se jkollha ssegwi politika ekonomika u monetarja mmexxija skond il-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera li ma tagħti ebda ħarsien mill-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni, u politika komuni għall-agrikoltura u sajd li tagħmel ħerba mis-setturi tal-biedja u s-sajd f’pajjiżna, u politika dwar l-industrija li ma tippermettix għajnuniet li jitqiesu li jistgħu iwasslu għal ftixkil fil-kompetizzjoni.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min KISER il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 12 ta’ Lulju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar