MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Għax ma naqblux ma’ l-Unjoni Ewropea
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Nghiduha mill-ewwel.
Aħna ma naqblux li pajjiżna jintegra ruħu aktar fl-Unjoni Ewropea.
Għax
nemmnu li l-politika ta’ l-Unjoni hija ħażina, it-tmexxija hija
korrotta, u għax irridu li l-poplu tagħna jkun ħieles li jiddeċiedi
kif jitmexxa u mhux ikun immexxi mill-Unjoni.
Għalina, aħjar ngħixu fil-ifqar pajjiż iżda ħieles,
milli fl-aqwa pajjiż iżda kolonja ta’ l-Unjoni.
Għalina, il-politika neo-liberali kapitalista ta’ l-Unjoni Ewropea hija fondamentalment anti-soċjali.
Tkabbar id-diżugwaljanzi fis-soċjetà billi tfaqqar aktar lil min diġà għandu ftit, u tgħani aktar lil min għandu biżżejjed.
Tiżgħel l-egoiżmu u tmewwet l-ispirtu ta’ solidarjetà.
Mhix imnebbħa minn etika morali, iżda hija mmexxija mill-ġungla tas-suq u sprunata mill-kilba għall-profitt.
Ir-riżultati tagħha narawhom
* fil-qerda ta’ l-ambjent,
* il-qgħad mifrux,
* id-degrad ta’ l-ibliet,
* il-ħerba morali,
* l-għejbin tal-valuri,
* il-konsumiżmu sfrenat u
* ż-żgħażagħ iddrogati.
Din hija d-dinja li l-Unjoni Ewropea tagħtina.
Ma
rriduhiex għall-poplu Malti, għax nistmawh aktar.
Bħalissa għandna ma’ wiċċna żewġ problemi oħrajn kbar li qalgħathomlna s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u d-dħul ta’ l-Ewro.

Għandna
l-akbar żewġ azjendi f’pajjiżna, il-ST Microelectronics u t-Tarzna
mhedda.
Ir-rata tal-kambju ta’ l-Ewro qiegħda tħarbat il-bejgħ fis-swieq tad-dollaru Amerikan il-prodotti ta’ ST Microelectronics, li huma stmati bl-Ewro.
Jekk
il-pajjiż mhux lest jisfida r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea u jagħti għajnuna
lil din l-azjenda, nispiċċaw nitilfuha, nitilfu 2,200 impjieg u nofs
l-esportazzjoni tal-pajjiż.
L-istess diskors jgħodd għat-Tarzna.
Jekk minħabba r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni, il-pajjiż ma jagħtix l-għajnuna meħtieġa lit-Tarzna, nitilfu l-aqwa skola ta’ taħriġ fis-snajja f’pajjiżna u 1,700 impjieg.
Pajjiżna
għandu bżonn it-Tarzna ħafna aktar milli għandu bżonn
l-Unjoni Ewropea.
Għall-Unjoni Ewropea t-telfien ta’ madwar 4,000 impjieg m’huma xejn.
Għalina kull impjieg huwa importanti li nsalvawh.
Daqshekk
naħsbuha differenti minn kif tħares lejn l-impjieg tal-ħaddiema
l-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma nistgħu naqblu magħha qatt.
Għall-Unjoni Ewropea r-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq ħieles huma aqwa mill-impjieg tal-ħaddiema u mill-bżonn tal-pajjiż għal nies tas-sengħa.
Hija
ma tqegħidx ix-xogħol u l-impjiegi qabel il-kompetizzjoni u l-profitt,
u ma tgħoddx li l-ħtiġijiet tal-pajjiż jiġu qabel is-suq
ħieles.
Għax il-politika neo-liberali ta’ l-Unjoni Ewropea ma tridx tqis li huwa
dmir ta’ Gvern li jiżgura xogħol għal kulħadd fil-pajjiż,
bħalma għandu dmir li jipprovdi tagħlim għal kulħadd u
kura mill-mard għal kulħadd.
Bil-maqlub,
aħna nemmnu li fejn l-attività ekonomika privata ma toħloqx biżżejjed
xogħol għal kulħadd, l-istat huwa fid-dmir li jipprovdi huwa xogħol
ħalli ħadd ma jibqa’ qiegħed.
Bl-istess mod nopponu l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea li tintaxxa kemm tiflaħ
il-prodotti taż-żejt, għax b’hekk tkompli tgħollihom aktar
milli diġà għoljin ħafna fis-suq.
Ma
jimpurtahiex l-Unjoni mill-ħsara li tagħmel lill-industriji li
jiddependu ħafna mill-prodotti taż-żejt fil-pajjiżi membri
tagħha, meta dawn qegħdin jikkompetu ma’ produtturi bħalhom
f’pajjiżi li huma barra mill-Unjoni u li ma jintaxxawx il-prodotti taż-żejt
bħalma tagħmel l-Unjoni.
Il-konsegwenzi tal-politika ta’ l-Unjoni dwar il-prodotti taż-żejt huma tnejn,
* għeluq ta’ fabbriki u
* telf ta’ mpjiegi, u
* ħajja aktar għolja għaċ-ċittadini konsumaturi tal-prodotti li jinvolvu l-użu taż-żejt u
* tar-rati tal-konsum ta’ l-elettriku.
Minn
dan kollu, l-Unjoni Ewropea ma jimpurtahiex.
Lanqas jidhru li jimpurtahom minn dawn il-konsegwenzi dannużi tal-politika
ħażina ta’ l-Unjoni Ewropea, dawk il-politiċi li jiftaħru
li jemmnu ħafna fiha tant, li lesti jissagrifikaw għalihom l-indipendenza,
il-ħelsien u s-sovranità ta’ pajjiżhom u l-poplu tagħhom.
Aħna
m’hu se naqblu qatt ma’ dan.
Austin
Gatt ikompli jaħbi mit-‘taxpayer’ dwar it-Tarzna?
Il-qaghda
finanzjarja tal-lum tat-Tarzna se tinfluwenza lill-Unjoni Ewropea u lill-Gvern
Malti fid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-ġejjieni tagħha.
Is-CNI temmen li l-qagħda finanzjarja tal-lum tat-Tarzna hija f’parti kbira konsegwenza diretta tat-telf eċċezzjonali kkaġunat mill-kuntratt diżastruż tal-konverzjonijiet tal-Fairmount.
Għalhekk
is-CNI
qiegħda tappoġġja bis-sħiħ is-sejħa nsistenti tal-ħaddiema
tat-Tarzna biex bla dewmien issir inkjesta pubblika imparzjali, li fiha jieħdu
sehem rappreżentanti tat-taxpayers, ħalli jsiru magħrufin il-ħafna
fatti inkwetanti dwar dak il-kuntratt li s’issa nżammu moħbija mill-pubbliku
Malti u mill-Unjoni Ewropea.
L-ewwel fatt li jrid jiġi stabbilit hu li l-kuntratt tal-Fairmount kien xogħol
ta’ Graham Crouser, li t-Tarzna ngaġġat bħala ‘Marketing
Manager’ għal tliet snin, iżda wara sitt xhur biss intbagħat
ħieles minn kull responsabbiltà għal dak li kien għamel.
Fuq dan jinqalgħu l-ewwel mistoqsijiet li l-Ministru responsabbli tat-Tarzna, Austin Gatt, m’għandux jibqa’ ma jwiġibx.
X’esperjenza kellu Crouser biex jinnegozja kuntratt tat-tip tal-konverzjonijiet tal-Fairmount, li kien jinvolvi
* xogħol estensiv ħafna,
* bosta modifikazzjonijiet ta’ ‘pipework’,
* installazzjoni ta’ faċilitajiet għall-akkomodazzjoni,
* għadd massiv ta’ installazzjoni ta’ ‘high-tension cable’, u
* xogħlijiet oħrajn varji?
Il-Ministru
huwa mistenni li jagħti t-tagħrif mitlub dwar l-esperjenza ta’
Crouser għal dak ix-xogħol.
Fit-tieni
lok, għaliex il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ l-ingaġġ ta’
Graham Crouser qegħdin jinżammu moħbijin mit-‘taxpayers’ li
fl-aħħar mill-aħħar qegħdin jagħmlu tajjeb għall-ispiża
ta’ Crouser?
Fatt ieħor importanti dwar il-kuntratt tal-Fairmount huwa dak li l-General
Workers’ Union sostniet, li min-negozjati tal-kuntratt tħallew barra
apposta l-managers Maltin li proprjament kellhom sehem fit-tfassil
tal-kundizzjonijiet tiegħu, jiġifieri,
* il-Commercial Manager,
* il-Project Manager,
* il-Planning Managers u
* l-Production Manager.
Għalkemm fil-Ġens illum ta’ l-10 ta’ Mejju l-GWU reġgħet ċaħdet kategorikament dan.
Għalhekk
fl-interess tal-pubbliku Malti u għall-benefiċċju ta’ l-Unjoni
Ewropea, dan il-fatt għandu jkun investigat biex jiġi stabbilit għax
minn dan il-kuntratt tħallew barra apposta l-managers Maltin li normalment
ikunu mdaħħlin fil-kuntratti li tieħu t-Tarzna.
Hemm imbagħad fatt ieħor dwar dan il-kuntratt li fl-interess pubbliku
u għall-benefiċċju ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun magħruf
u jeħtieġ tingħata spjegazzjoni għalih.
F’dan
il-kuntratt it-Tarzna ftehmet dwar ‘liquidated damages’, li jfisser li t-Tarzna
aċċettat bil-quddiem li, f’każ li x-xogħol imur lura, it-Tarzna
tħallas lill-klijent somma miftehma ta’ danni daqs il-qligħ li l-klijent
seta’ jagħmel kieku x-xogħol sar fil-ħin u huwa ħaddem
il-bastiment.
Mhux
biss it-Tarzna normalment ma taċċettax ftehim dwar ‘liquidated
damages’ bil-quddiem, iżda fil-każ tal-kuntratt tal-Fairmount, rabta
bħal din ma kellhiex issir għax ix-xogħol kien estensiv u
komplikat ħafna, u biċċa kbira minnu kien ‘protype’ li t-Tarzna
ma kienet qatt qabel għamlet bħalu.
Is-CNI
qiegħda tinsisti dwar dan il-fatt għax minn tagħrif li nkiseb,
jidher li t-Tarzna tilfet 2,600,000 Ewro f’‘liquidated damages’ fuq
il-kuntratt tal-Fairmount.

Huwa
fl-interess pubbliku li l-Ministru Gatt jgħid min huwa responsabbli għal
dan il-fatt inkwetanti ħafna.
F’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali l-Ministru Gatt m’għandux
ikompli jiċħad li ssir inkjesta pubblika imparzjali ħalli jiġu
magħrufin il-fati kollha dwar il-kuntratt tal-Fairmount.
Mhiex ħaġa ġusta li lill-ħaddiema tat-Tarzna jingħata t-tort għat-telf kbir li t-Tarzna ġarrbet u se ġġarrab minħabba x-xogħol tal-konverzjonijiet tal-Fairmount.
Aktar u aktar dan mhux ġust meta l-istess ħaddiema
* tbażwru bis-sħanat eċċessivi li fihom kellhom jaħdmu,
* bil-foga kbira tal-welding u ż-żebgħa,
* bit-tqandil li kellhom tal-materjal tqil, u
* wara li kissru moħħhom biex jaraw kif jagħmlu u jtellgħu x-xogħol
anke fejn ma kellhomx ‘drawings’ u gwidi eżatti.
Għalhekk is-CNI
temmen li l-ħaddiema tat-Tarzna għandhom mitt raġun jisħqu
li f’dan il-każ għandha ssir magħrufa l-verità kollha,
lill-pubbliku ġenerali, permezz ta’ inkjesta pubblika imparzjali li jieħdu
sehem fiha r-rappreżentanti tal-pubbliku ‘taxpayer’.
Kif jista’ min m’għandux x’jaħbi, ma jaċċettax din it-talba ġustissima?
Il-membri
Parlamentari mhumiex se jitniffsu dwar dan?
Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ