MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

  

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Petizzjoni popolari dwar l-immigrazzjoni illegali

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

Fil-Konferenza Pubblika li s-CNI għamlet f’lukanda f’Tas-Sliema, nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru, ġie deċiż li l-membri tal-Parlament Malti għandhom jiedu azzjoni konkreta kontra l-immigrazzjoni illegali f’Malta.

Għall-Konferenza kienu mistednin ir-rappreżentanti tal-partiti politiċi kollha.

 

Il-Mexxej tal-Azzjoni Nazzjonali, Dr Josie Muscat, tkellem fit-tul dwar il-konsegwenzi ħżiena li l-immigrazzjoni illegali qiegħda tikkaġuna lil poplu Malti u ressaq proposta li kienet tgħid:

 

“Aħna, ċittadini Maltin, nitolbu lill-Parlament Malti, biex mingħajr dewmien jieħu passi konkreti ħalli titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.”


Iċ-Ċermen tas-CNI, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, qal li fix-xhur li ġejjin għandha ssir kampanja ħalli l-Maltin u l-Għawdxin jiffirmaw din il-petizzjoni lill-Parlament Malti.

 

L-ewwel jinġabru l-firem tal-abitanti tal-Marsa u ta’ Birżebbuġa u jekk it-tweġiba tkun inkoraġġanti, il-kampanja tinfi-rex mal-abitanti tal-ibliet u l-irħula ta’ Malta u Għawdex.

Il-kelliema fil-Konferenza fissru kif il-miżuri meħudin s’issa dwar l-immigrazzjoni illegali, fallew.

 

La t-twaqqif tal-aġenzija Frontex u lanqas il-ftehim dwar ‘burden sharing’ mhuma se jiskoraġġixxu lill-immigranti.

Il-proposti li l-Kummissjoni Ewropea għamlet fit-3 ta’ Diċembru, aktar se jħażżnu l-qagħda, għax iridu li l-immigranti illegali ma jinżammux f’ċentri ta’ detenzjoni u li jingħataw mill-ewwel, hekk kif jiġu f’pajjiżna, aċċess għax-xogħol.

Dr Josie Muscat saħaq li biex jinqatgħu l-abbużi u l-isfruttament tal-immigranti illegali, għal dawk li jingħataw permess jaħdmu, għandha titwaqqaf aġenzija li tirreġistrahom u li tikkontrolla x-xogħol li jingħataw, fejn jaħdmu u x’kundizzjonijiet tax-xogħol ikollhom.

Dr Karmenu Mifsud Bonnici saħaq li jekk irridu nsolvu din il-problema serjissima, il-pajjiż irid jiddikjara lil kulħadd li mhux se jaċċetta immigranti illegali, jiġu minn fejn jiġu, tkun xi tkun ir-raġuni u li kull immigrant li jiġi Malta se jintbagħat lura lejn pajjiżu.

Għandu jkun magħruf ma’ kulħadd li l-immigranti illegali li ma jagħtux tagħrif minn liema pajjiż ġejjin, jinżammu l-ħabs sakemm jagħtu t-tagħrif meħtieġ.

 

La jkun magħruf minn kulħadd li Malta mhix qiegħda taċċetta immigranti illegali, dawn ma jissograwx ibaħħru għalxejn.

Dr Mifsud Bonnici saħaq li fil-waqt li ma naċċettawx immigranti illegali, għandna bħala poplu nuru s-solidarjetŕ tagħna ma’ min hu agħar minna.

Għandna nagħmlu dan billi l-pajjiż jalloka kull sena persentaġġ mid-Dħul Gross Nazzjonali (GNI) lil pajjiżi fil-bżonn li minnhom qegħdin jitilqu l-immigranti.

 

B’dan il-mod, la ma nistgħux nagħtuhom kenn lill-immigranti, nagħtuhom għajnuna f’pajjiżhom – kif nistgħu, minkejja l-faqar tagħna.

Il-kelliemi qal ukoll li sakemm pajjiżna jkun membru tal-UE, ir-rappreżentanti tagħna għandhom jagħfsu lill-UE ħalli torganizza u tiffinanzja skemi regolari ta’ immigranti għal dawk il-pajjiżi tal-UE li għan-dhom bżonnhom, biex b’hekk l-immigrazzjoni regolari tieħu post dik illegali.

Dawk kollha li ħadu sehem fid-diskussjoni mqanqla, qablu maż-żewġ kelliema u mal-pjan tal-Petizzjoni Popolari lill-Membri tal-Parlament.

Fl-għeluq tal-laqgħa, ġew ringrazzjati s-Sur Joe Baldacchino tas-Smash TV, li ffilmja u rrekordja l-Konferenza u s-Sur Anġlu Xuereb, li ġentilment aċċetta li l-Konferenza ssir fis-sala tal-Lukanda Victoria.

 

 Il-Gvern m’għandux jittradixxi l-interessi nazzjonali

 

Minflok tgħinna biex inrażżnu l-problema tal-immigrazzjoni illegali f’Malta, l-Unjoni Ewropea, anki jekk ma tridx, qiegħda tkabbrilna l-problema, billi b’dak li tiddeċiedi, tinkoraġġixxi aktar immigranti jbaħħru lejn l-Ewropa.

Id-deċiżjoni li l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea ħadet fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ Diċembru, se tkompli tħażżilna l-qagħda tal-immigranti illegali.

Għax fit-3 ta’ Diċembru l-Kummissjoni pproponat li jemendaw id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kundizzjoni-jiet ta’ Akkoljenza tal-immigranti illegali li japplikaw għal ażil, jiġifieri, biex jitqiesu refuġjati.

 

Fi kliem l-istqarrija uffiċċjali li r-rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea ħarġet, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, timmira b’mod partikolari biex

 

“ikun żgurat li d-detenzjoni tintuża biss f’każi eċċezzjonali u tipprovdi għal salvagwardji legali biex ikun żgurat li d-detenzjoni ma tkunx arbitrarja”.

 

Dawn il-kliem ifissru li ma immigranti illegali jiġu Malta u jitolbu li jitqiesu bħala refuġjati, m’għandhomx bħala regola jinżammu f’ċentri ta’ detenzjoni, ħlief f’każi eċċezzjonali u meta jkun hemm raġuni għal dan.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tgħid ukoll li għandu

 

“jiġi aġjevolat l-aċċess tagħhom fis-suq tax-xogħol u jiġi assigurat li r-restrizzjonijiet imħadd-min mill-Istati Membri ma jxekkluhomx milli jkollhom aċċess għal impjieg”.

 

Sal-lum aħna f’Malta inżommu lill-immigranti illegali f’ċentri magħluqin ta’ detenzjoni għal 18-il xahar u wara, jinħarġu f’Ċentri miftuħin u l-immigranti jistgħu joħorġu kemm iridu, imorru fejn iridu u jaħdmu kemm iridu.

Il-proposta tal-Kunsill tal-Ministri ma tħalliniex inkomplu nagħmlu dan u jkollna nħallu l-immigranti illegali mill-ewwel ħielsa li jmorru fejn iridu.

Il-proposta tal-Ministri tridna ukoll li mill-ewwel lill-immigranti illegali ngħinuhom biex jaqbdu jaħdmu u li nneħħu kull restrizzjoni li hawn dwar l-impieg tagħhom.

 

Fi ftit kliem, din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tfisser li l-eluf ta’ immigranti illegali li jiġu Malta, inħalluhom mal-ewwel ħielsa joqogħdu fejn iridu u jaħdmu fejn isibu.

 

Jiġifieri ma jkunu illegali xejn, iżda jitqiesu bħala barranin li għandhom dritt joqogħdu u jaħdmu f’Malta.

Jekk il-mexxejja tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-UE (fosthom il-Prim Ministru Malti) japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, nistgħu niżguraw lill-Maltin u l-Għawdxin li l-immigranti illegali jiġu hawn mhux bil-mijiet, iżda bl-eluf u mhux “invażjoni” jkollna, iżda tsunami ta’ immigranti illegali.

Din hija theddida enormi għal pajjiżna u nistennew li l-Prim Ministru ta’ Malta ma jittradixxix lill-poplu Malti billi jaċċetta din il-proposta tal-Unjoni Ewropea.

Diġŕ l-poplu Malti kien ittradut, meta l-Gvern Malti, biex isieħeb lil pajjiżna fl-UE, ċeda għall-pressjoni tal-Unjoni u rrinunzja għar-riżervi kollha li l-Gvern Malti kien għamel fl-1971 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refuġjati.

Il-konsegwenzi ta’ dak it-tradiment tal-interessi nazzjonali huma l-eluf ta’ immigranti illegali li jinsabu f’pajjiżna.

Fis-17 ta’ Jannar, 2002, mingħajr ma qalu lil poplu, ċedew 13 mir-riżervi li l-Gvern Malti kien għamel fil-1971 meta ffirma l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġġjati.

 

U fl-24 ta Frar, 2004, 11-il xahar wara r-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni, mingħajr ma qalu lill-poplu, irtiraw l-aħħar tliet riżervi li kien għad hemm għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.

Ħafna pajjiżi kbar imseħbin fl-Unjoni Ewropea żammew ir-riżervi li għamlu għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati, iżda l-UE ma riditx issieħeb lil Malta jekk il-Gvern Malti ma jċedix u jirtira r-riżervi kollha li l-Gvern Malti kien għamel fl-interess nazzjoni fl-1971 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refuġjati.

 

Il-politika tal-Unjoni Ewropea falliet


Il-kriżi kbira finanzjarja u ekonomika li ħakmet ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea faqgħet il-bużżieqa mimlija ftaħir, ta’ kemm il-politika u r-regolamenti tal-Unjoni huma tajbin u b’saħħithom.

Pajjiżi kbar u li ilhom imsieħbin fl-Unjoni, qegħdin jissaraw biex isalvaw l-ikbar banek u l-aqwa kumpaniji tagħhom, u pajjiżi inqas ikbar imseħbin fl-Unjoni, għaddejjin minn maltemp finanzjarju u ekonomiku kbir.

Sa ftit taż-żmien ilu, dawn il-pajjiżi kollha kienu jiftaħru kemm kienu mxew ’il quddiem bis-saħħa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Il-kriżi ta’ dawn il-pajjiżi tal-Unjoni toffrilna ħafna tagħlimiet.

 

Waħda hija li l-politika liberali-kapitalista tas-suq ħieles tal-Unjoni tidher sabiħa ħafna minn barra, iżda hija mnawra ħafna minn ġewwa u se tiġġarraf għal kollox jekk l-istati ma jwiżnuhiex bil-biljuni miġburin mit-taxxi tal-poplu.

Tagħlima oħra hija li s-suq ħieles mhux kapaċi jirregola ruħu u mhux sostenibbli fit-tul mingħajr ma jkun regolat mill-istat.

It-tielet tagħlima hija li l-kotra tal-poplu għandha biss l-istat biex iħarisha milli tintradam taħt il-ħerba tal-fallimenti tal-banek u l-għeluq tal-kumpaniji li jħarbtulha t-tfaddil, il-pensjonijiet u anke l-mezz tal-għixien, li huwa x-xogħol u l-impjiegi.

Hemm tagħlima oħra, li hija l-ekonomija tas-suq ħieles tal-Unjoni Ewropea toħloq ħafna ġid lill-ftit u tikkawża ħafna tbatijiet għall-ħafna, jekk ma jkunx hemm l-intervent tal-istat li jqassam il-ġid, ħalli jċekken l-inugwaljanzi soċjali li s-sistema kapitalista liberali toħloq.

F’din il-kriżi finanzjarja u ekonomika rajna li l-Unjoni Ewropea ma tista’ tagħmel xejn biex tilqgħalha u jridu jkunu l-gvernijiet tal-Istati Membri li jwettqu miżuri ħalli jsalvaw l-ekonomiji ta’ pajjiżhom.

 

L-Unjoni hija rrilevanti, jekk mhux ukoll ta’ xkiel, speċjalment il-Bank Ċentrali tagħha, li kien moħħu li jrażżan l-inflazzjoni tal-prezzijiet, filwaqt li ħalla l-ekonomiji jistaġnaw u jmorru f’reċessjoni.

Il-politika finanzjarja u ekonomika tal-Unjoni Ewropea falliet.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2008

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ