MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Petizzjoni popolari dwar l-immigrazzjoni illegali
Fil-Konferenza
Pubblika li s-CNI
għamlet f’lukanda f’Tas-Sliema, nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru, ġie deċiż li l-membri
tal-Parlament Malti għandhom jiedu azzjoni konkreta kontra l-immigrazzjoni
illegali f’Malta.
Għall-Konferenza kienu mis-tednin ir-rappreżentanti tal-partiti politiċi kollha.
Il-Mexxej tal-Azzjoni Nazzjonali, Dr Josie Muscat, tkellem fit-tul dwar il-konsegwenzi ħżiena li l-immigrazzjoni illegali qiegħda tikkaġuna lil poplu Malti u ressaq proposta li kienet tgħid:
“Aħna, ċittadini Maltin, nitolbu lill-Parlament Malti, biex mingħajr dewmien jieħu passi konkreti ħalli titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.”
Iċ-Ċermen tas-CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, qal li fix-xhur li ġejjin għandha ssir kampanja ħalli
l-Maltin u l-Għawdxin jiffirmaw din il-petizzjoni lill-Parlament Malti.
L-ewwel jinġabru
l-firem tal-abitanti tal-Marsa u ta’ Birżebbuġa u jekk it-tweġiba tkun
inkoraġġanti, il-kampanja tinfirex mal-abitanti tal-ibliet u l-irħula ta’ Malta
u Għawdex.
Il-kelliema fil-Konferenza fissru kif il-miżuri meħudin s’issa dwar l-immigrazzjoni
illegali, fallew.
La t-twaqqif
tal-aġenzija Frontex u lanqas il-ftehim dwar ‘burden sharing’ mhuma se
jiskoraġġixxu lill-immigranti.
Il-proposti li l-Kummissjoni Ewropea għamlet fit-3 ta’ Diċembru, aktar se
jħażżnu l-qagħda, għax iridu li l-immigranti illegali ma jinżammux f’ċentri ta’
detenzjoni u li jingħataw mill-ewwel, hekk kif jiġu f’pajjiżna, aċċess
għax-xogħol.
Dr Josie Muscat saħaq li biex jinqatgħu l-abbużi u l-isfruttament tal-immigranti
illegali, għal dawk li jingħataw permess jaħdmu, għandha titwaqqaf aġenzija li
tirreġistrahom u li tikkontrolla x-xogħol li jingħataw, fejn jaħdmu u
x’kundizzjonijiet tax-xogħol ikollhom.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici saħaq li jekk irridu nsolvu din il-problema serjissima,
il-pajjiż irid jiddikjara lil kulħadd li mhux se jaċċetta immigranti illegali,
jiġu minn fejn jiġu, tkun xi tkun ir-raġuni u li kull immigrant li jiġi Malta se
jintbagħat lura lejn pajjiżu.
Għandu jkun magħruf ma’ kulħadd li l-immigranti illegali li ma jagħtux tagħrif
minn liema pajjiż ġejjin, jinżammu l-ħabs sakemm jagħtu t-tagħrif meħtieġ.
La jkun magħruf
minn kulħadd li Malta mhix qiegħda taċċetta immigranti illegali, dawn ma
jissograwx ibaħħru għalxejn.
Dr Mifsud Bonnici saħaq li fil-waqt li ma naċċettawx immigranti illegali,
għandna bħala poplu nuru s-solidarjetŕ tagħna ma’ min hu agħar minna.
Għandna nagħmlu dan billi l-pajjiż jalloka kull sena persentaġġ mid-Dħul Gross
Nazzjonali (GNI) lil pajjiżi fil-bżonn li minnhom qegħdin jitilqu l-immigranti.
B’dan il-mod, la
ma nistgħux nagħtuhom kenn lill-immigranti, nagħtuhom għajnuna f’pajjiżhom – kif
nistgħu, minkejja l-faqar tagħna.
Il-kelliemi qal ukoll li sakemm pajjiżna jkun membru tal-UE, ir-rappreżentanti
tagħna għandhom jagħfsu lill-UE ħalli torganizza u tiffinanzja skemi regolari ta’
immigranti għal dawk il-pajjiżi tal-UE li għan-dhom bżonnhom, biex b’hekk l-immigrazzjoni
regolari tieħu post dik illegali.
Dawk kollha li ħadu sehem fid-diskussjoni mqanqla, qablu maż-żewġ kelliema u
mal-pjan tal-Petizzjoni Popolari lill-Membri tal-Parlament.
Fl-għeluq tal-laqgħa, ġew ringrazzjati s-Sur Joe Baldacchino tas-Smash TV, li
ffilmja u rrekordja l-Konferenza u s-Sur Anġlu Xuereb, li ġentilment aċċetta li
l-Konferenza ssir fis-sala tal-Lukanda Victoria.
Il-Gvern m’għandux jittradixxi l-interessi nazzjonali
Minflok tgħinna
biex inrażżnu l-problema tal-immigrazzjoni illegali f’Malta, l-Unjoni Ewropea,
anki jekk ma tridx, qiegħda tkabbrilna l-problema, billi b’dak li tiddeċiedi,
tinkoraġġixxi aktar immigranti jbaħħru lejn l-Ewropa.
Id-deċiżjoni li l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea ħadet fil-laqgħa tagħha tat-3
ta’ Diċembru, se tkompli tħażżilna l-qagħda tal-immigranti illegali.
Għax fit-3 ta’ Diċembru l-Kummissjoni pproponat li jemendaw id-Direttiva
tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza tal-immigranti
illegali li japplikaw għal ażil, jiġifieri, biex jitqiesu refuġjati.
Fi kliem l-istqarrija uffiċċjali li r-rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea ħarġet, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, timmira b’mod partikolari biex
“ikun żgurat li d-detenzjoni tintuża biss f’każi eċċezzjonali u tipprovdi għal salvagwardji legali biex ikun żgurat li d-detenzjoni ma tkunx arbitrarja”.
Dawn il-kliem
ifissru li ma immigranti illegali jiġu Malta u jitolbu li jitqiesu bħala
refuġjati, m’għandhomx bħala regola jinżammu f’ċentri ta’ detenzjoni, ħlief
f’każi eċċezzjonali u meta jkun hemm raġuni għal dan.
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tgħid ukoll li għandu
“jiġi aġjevolat l-aċċess tagħhom fis-suq tax-xogħol u jiġi assigurat li r-restrizzjonijiet imħaddmin mill-Istati Membri ma jxekkluhomx milli jkollhom aċċess għal impjieg”.
Sal-lum aħna
f’Malta inżommu lill-immigranti illegali f’ċentri magħluqin ta’ detenzjoni għal
18-il xahar u wara, jinħarġu f’Ċentri miftuħin u l-immigranti jistgħu joħorġu
kemm iridu, imorru fejn iridu u jaħdmu kemm iridu.
Il-proposta tal-Kunsill tal-Ministri ma tħalliniex inkomplu nagħmlu dan u
jkollna nħallu l-immigranti illegali mill-ewwel ħielsa li jmorru fejn iridu.
Il-proposta tal-Ministri tridna ukoll li mill-ewwel lill-immigranti illegali
ngħinuhom biex jaqbdu jaħdmu u li nneħħu kull restrizzjoni li hawn dwar l-impieg
tagħhom.
Fi ftit kliem, din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tfisser li l-eluf ta’ immigranti illegali li jiġu Malta, inħalluhom mal-ewwel ħielsa joqogħdu fejn iridu u jaħdmu fejn isibu.
Jiġifieri ma
jkunu illegali xejn, iżda jitqiesu bħala barranin li għandhom dritt joqogħdu u
jaħdmu f’Malta.
Jekk il-mexxejja tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-UE (fosthom il-Prim
Ministru Malti) japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, nistgħu niżguraw
lill-Maltin u l-Għawdxin li l-immigranti illegali jiġu hawn mhux bil-mijiet,
iżda bl-eluf u mhux “invażjoni” jkollna, iżda tsunami ta’ immigranti illegali.
Din hija theddida enormi għal pajjiżna u nistennew li l-Prim Ministru ta’ Malta
ma jittradixxix lill-poplu Malti billi jaċċetta din il-proposta tal-Unjoni
Ewropea.
Diġŕ l-poplu Malti kien ittradut, meta l-Gvern Malti, biex isieħeb lil pajjiżna
fl-UE, ċeda għall-pressjoni tal-Unjoni u rrinunzja għar-riżervi kollha li l-Gvern
Malti kien għamel fl-1971 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
ir-Refuġjati.
Il-konsegwenzi ta’ dak it-tradiment tal-interessi nazzjonali huma l-eluf ta’
immigranti illegali li jinsabu f’pajjiżna.
Fis-17 ta’ Jannar, 2002, mingħajr ma qalu lil poplu, ċedew 13 mir-riżervi li l-Gvern
Malti kien għamel fil-1971 meta ffirma l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġġjati.
U fl-24 ta Frar,
2004, 11-il xahar wara r-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni, mingħajr ma qalu
lill-poplu, irtiraw l-aħħar tliet riżervi li kien għad hemm għall-Konvenzjoni
dwar ir-Refuġjati.
Ħafna pajjiżi kbar imseħbin fl-Unjoni Ewropea żammew ir-riżervi li għamlu
għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati, iżda l-UE ma riditx issieħeb lil Malta jekk
il-Gvern Malti ma jċedix u jirtira r-riżervi kollha li l-Gvern Malti kien għamel
fl-interess nazzjonali fl-1971 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
ir-Refuġjati.
Il-politika tal-Unjoni Ewropea falliet
Il-kriżi kbira finanzjarja u ekonomika li ħakmet ħafna pajjiżi tal-Unjoni
Ewropea faqgħet il-bużżieqa mimlija ftaħir, ta’ kemm il-politika u r-regolamenti
tal-Unjoni huma tajbin u b’saħħithom.
Pajjiżi kbar u li ilhom imsieħbin fl-Unjoni, qegħdin jissaraw biex isalvaw l-ikbar
banek u l-aqwa kumpaniji tagħhom, u pajjiżi inqas ikbar imseħbin fl-Unjoni,
għaddejjin minn maltemp finanzjarju u ekonomiku kbir.
Sa ftit taż-żmien ilu, dawn il-pajjiżi kollha kienu jiftaħru kemm kienu mxew ’il
quddiem bis-saħħa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-kriżi ta’ dawn il-pajjiżi tal-Unjoni toffrilna ħafna tagħlimiet.
Waħda hija li l-politika
liberali-kapitalista tas-suq ħieles tal-Unjoni tidher sabiħa ħafna minn barra,
iżda hija mnawra ħafna minn ġewwa u se tiġġarraf għal kollox jekk l-istati ma
jwiżnuhiex bil-biljuni miġburin mit-taxxi tal-poplu.
Tagħlima oħra hija li s-suq ħieles mhux kapaċi jirregola ruħu u mhux sostenibbli
fit-tul mingħajr ma jkun regolat mill-istat.
It-tielet tagħlima hija li l-kotra tal-poplu għandha biss l-istat biex iħarisha
milli tintradam taħt il-ħerba tal-fallimenti tal-banek u l-għeluq tal-kumpaniji
li jħarbtulha t-tfaddil, il-pensjonijiet u anke l-mezz tal-għixien, li huwa x-xogħol
u l-impjiegi.
Hemm tagħlima oħra, li hija l-ekonomija tas-suq ħieles tal-Unjoni Ewropea toħloq
ħafna ġid lill-ftit u tikkawża ħafna tbatijiet għall-ħafna, jekk ma jkunx hemm
l-intervent tal-istat li jqassam il-ġid, ħalli jċekken l-inugwaljanzi soċjali li
s-sistema kapitalista liberali toħloq.
F’din il-kriżi finanzjarja u ekonomika rajna li l-Unjoni Ewropea ma tista’
tagħmel xejn biex tilqgħalha u jridu jkunu l-gvernijiet tal-Istati Membri li
jwettqu miżuri ħalli jsalvaw l-ekonomiji ta’ pajjiżhom.
L-Unjoni hija
rrilevanti, jekk mhux ukoll ta’ xkiel, speċjalment il-Bank Ċentrali tagħha, li
kien moħħu li jrażżan l-inflazzjoni tal-prezzijiet, filwaqt li ħalla l-ekonomiji
jistaġnaw u jmorru f’reċessjoni.
Il-politika finanzjarja u ekonomika tal-Unjoni Ewropea falliet.
Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ