MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GHID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGHEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGHEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Ma nkomplux inqarrqu bil-poplu
Il-ġrajjiet li seħħew f’pajjizna u fl-Unjoni Ewropea minn mindu l-maġġoranza tal-Maltin ivvotaw favur il-ftehim tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, saħħew ir-rieda tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI) li tissokta fil-ħidma tagħha biex tikxef il-qerq tal-kampanja favur is-sħubija u tal-propaganda ta’ l-Unjoni favur il-politika tagħha.

L-ewwel xempju tal-qerq jagħtihulna l-Gvern li kien ftaħar li wasal fi
ftehim ma’ 31 għaqda ħalli l-pajjiż, wara li jivvota favur
il-ftehim tas-sħubija, jitmexxa bil-kunsens tagħhom ilkoll u mhux
skond ma jiddeċiedi waħdu l-Partit Nazzjonalista.
Iżda
ġara li f’kull deċiżjoni li l-Gvern ħa mill-aħħar
elezzjoni ’l hawn, l-għaqdiet milquta mid-deċiżjonijiet, jew
xlew lill-Gvern li ma kkonsultahomx, jew ilmentaw li l-Gvern iddeċieda
kontra l-fehma li huma wrew lill-Gvern.
Rajna
* l-Federazzjoni ta’ l-Industriji,
* il-Kamra tal-Kummerċ,
* il-General Retailers and Traders Union,
* l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti,
* l-Alternattiva Demokratika,
* l-Union Ħaddiema Magħqudin, u
* għaqdiet oħra
* jieħduha kontra l-Gvern
* dwar hafna deċiżjonijiet li ha kontra l-fehma tagħhom.
Il-wegħda
li l-Gvern kien għamlilhom qabel l-elezzjoni lill-għaqdiet li kienu
appoġġjawh fil-kampanja tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, sfat fix-xejn
bħalma sfaw fix-xejn il-maġġoranza kbira tal-wegħdiet li l-Gvern
Nazzjonalista jagħmel u ma jwettaqx.
Jonsob
lill-Oppozizzjoni
Eżempju ieħor tal-qerq tal-Gvern huwa l-mod kif iġib ruħu ma’ l-Oppożizzjoni Laburista.
Il-Gvern
jippretendi li l-Oppożizzjoni taqsam miegħu r-responsabbiltà
tal-falliment f’kull qasam li l-Gvern ġab lill-pajjiż fih, fl-istess
ħin li f’kull okkażjoni li jkollu jkasbar lill-Partit Laburista u
jitfa’ fuqu l-ħtija ta’ l-istat ħażin li ninsabu fih.

Wara 14-il sena ta’ tmexxija Nazzjonalista, il-Prim Ministru u l-Ministri
Nazzjonalisti għandhom il-wiċċ sfaċċat li jitfgħu
t-tort ta’ kulma hawn ħażin fil-pajjiż fuq il-gvernijiet
Laburisti ta’ qabel.
Iżda
l-kriżi finanzjarja li l-pajjiż jinsab fiha hija kollha kemm hi tort
ta’ Fenech Adami, John Dalli u sħabhom li wrew li m’humiex għaqlin
fit-tmexxija tal-pajjiż li faqqruh u dejnuh minkejja l-kwantità kbira ta’
taxxi li għabbewh bihom.
Jiddispjaċik tara x’uħud mil-Labuisti li jaħsbu li l-Partit
jista’ jiggwadanja fil-voti jekk huma ma jopponux bl-aktar mod assolut it-tmexxija
tal-Gvern li qiegħed jogħdos aktar fil-fond bl-iżbalji li qiegħed
jagħmel.
Jaħsbu li jekk ma jaċċettawx għal kollox il-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea li ma ġabx iktar minn 12,000 vot fuq il-134,000 vot li ntefa’ kontrih, il-Partit Laburista ma jkunx jista’ jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza.
Meta jirraġunaw hekk, ikunu qegħdin jaqgħu fin-nasba tal-Gvern u l-alleati tiegħu, inklużi l-gazzetti bl-Ingliż u l-kittieba li huma propagandisti Nazzjonalisti, u għalhekk ifaħħru biss dak li jkun jaqbel għall-Partit Nazzjonalista u mhux dak li jista’ jagħmel ġid lill-Partit Laburista.
Iżda
x’uħud mil-Laburisti huma tant fidili li lanqas nasba bħal dan ma
jxommu.
Il-qerq
tal-Kostituzzjoni ġdida
Hemm
ukoll ġrajja oħra li qiegħda sseħħ fl-Unjoni Ewropea li
turi kif il-poplu tagħna ġie ngannat qabel ir-referendum u l-elezzjoni
ġenerali.
Meta
l-maġġoranza tal-poplu qalet li taqbel mas-sħubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea kellha trattati li kienu jirregolaw it-tmexxija
tagħha, bl-aħħar wieħed dak ta’ Nizza, li ħaseb għat-tkabbir
ta’ l-Unjoni u kif l-Unjoni kellha titmexxa wara li jissieħbu fiha l-pajjiżi
li kienu applikaw biex jissieħbu, fosthom Malta.
Iżda issa l-Unjoni Ewropea se jkollha Kostituzzjoni ġdida li hija
ħafna differenti minn kif kienet l-Unjoni fiż-żmien li sar ir-referendum
tas-sħubija f’Malta.
Malta,
bħala membru fl-Unjoni, se ssib ruħha marbuta b’Kostituzzjoni li l-poplu
Malti qatt ma approva u li mhux se jkollu l-opportunità jgħid jekk jaqbilx
li jkun marbut biha.
Hemm punt li għalkemm mhux ta’ importanza kbira, huwa meqjus bħala
punt li juri n-nuqqas ta’ valuri ta’ l-Unjoni Ewropea, minkejja l-ftaħir
tal-valuri tagħha minn ħafna mill-Insara li tant ippriedkaw favur is-sħubija
ta’ Malta fl-Unjoni.
Għalxejn
il-Knisja ċċappset favur l-Unjoni Ewropea, l-UE qiegħda
tirrifjuta li tagħraf fil-Kostituzzjoni ġdida tagħha s-sehem
tal-Kristjaneżmu fil-bini ta’ l-Ewropa.
Is-CNI kellha raġun tgħid li l-Unjoni Ewropea għandha nuqqas ta’ valuri Nsara.
Iċ-ċaħda
ta’ l-għarfien ta’ Alla fil-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni, u
n-nuqqas ta’ l-għarfien tat-twemmin Nisrani fil-bini ta’ l-Ewropa, għandhom
ikunu kaġun ta’ għajb u mistħija għal dawk l-Insara Maltin
li għażlu l-Unjoni Ewropea minkejja li l-Unjoni Ewropea m’għarfitx
la ’l Alla u lanqas il-Kristjaneżmu.
Dwar din il-kwistjoni, ħafna mill-Maltin li vvotaw favur is-sħubija ta’
Malta fl-Unjoni Ewropea llum iħossuhom ingannati li ma ntqalilhomx li l-Unjoni
Ewropea ma tħaddanx il-valuri Nsara, iżda tħaddan valuri li
jixirqu aktar lill-pagani.
L-ingann
ta’ l-għaqda tal-poplu
Issa wara l-elezzjoni ġenerali qegħdin jipprovaw jingannaw lill-poplu billi jgħidulu li ma għadx hawn kwistjoni dwar is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jgħidu
dan biex forsi jtaffu l-għadab li ħafna għandhom għax iħossu
li ġew ittraduti u oħrajn li jħossu li ġew ingannati meta
qegħdin jaraw li ħafna milli ntqal qabel ir-referendum mhux minnu u
meta qegħdin iħossu l-konsegwenzi ħżiena tal-ftehim tas-sħubija.
Wara
* s-sensji li ngħataw u oħrajn li huma mhedda,
* wara t-taxxi li saru u oħrajn li huma mħabbra,
* wara l-avviżi li ngħataw tat-tibdil fil-pensjonijiet,
* tat-tnaqqis fl-għoti tas-servizzi soċjali,
* tal-ħlas li se jsir fis-servizzi tas-saħħa, u
* tal-piżijiet l-oħra li l-poplu se jitgħabba bihom
* inkella s-sħubija fl-Unjoni ma tkunx sostenibbli,
* mhux talli mhux kulħadd huwa magħqud dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea,
* iżda l-għadd ta’ dawk li llum huma kontra s-sħubija
* huwa aktar
minn dak li kien qabel ir-referendum.
Min ma jagħrafx dan il-fatt, ikun imqarraq jew irid iqarraq.
Ittradewna
Ir-rappreżentanti ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa u tal-Kunsill ta’ l-Ewropa għamlu stqarrija dwar l-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd fir-Russja u li huma kienu marru biex jissorveljaw.
![]()

Huma kkundannaw il-mod kif il-Gvern tal-President Putin mexxa l-elezzjonijiet, għax kellu vantaġġ kbir ta’ riżorsi ta’ l-istat favurih li stunaw ir-riżultat.
Il-proċess elettorali kien pass lura fil-mixja lejn id-demokrazija tal-pajjiż.
L-avversarji
politiċi ta’ Putin ukoll qalu li l-elezzjonijiet kienu farsa.
Iżda ħdejn l-iżbilanċ enormi u sfaċċat li kellna
fir-referendum f’Malta dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, dak li seħħ
fir-Russja kien żgħir.
L-iżbilanċ fir-referendum f’Malta ma kienx biss fil-flejjes kbar mill-fondi pubbliċi li l-Gvern Malti abbużivament nefaq fil-kampanja favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Agħar
minn hekk kellna l-indħil barrani bi ksur tal-liġi minn ruxmata ta’
mexxejja u uffiċjali kemm ta’ l-Unjoni Ewropea stess, kif ukoll ta’
pajjiżi membri ta’ l-Unjoni.
Qatt daqs dik id-darba l-poplu Malti ma kien suġġett għall-bumbardament
hekk massiċ ta’ propaganda fina u maħsuba biex tinfluwenzah tant li
ma ħallitux aktar kapaċi juża l-ġudizzju tiegħu ħalli
jagħmel għażla ħielsa.
B’danakollu
lanqas nofs il-Maltin u l-Għawdxin li kellhom dritt jivvotaw, ma vvotaw
favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Skond il-kriterji li l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa u tal-Kunsill ta’ l-Ewropa applikaw fil-każ ta’ l-elezzjonijiet fir-Russja, il-votazzjoni fir-referendum f’Malta kienet għal kollox mhux demokratika u kundannabbli.
B’danakollu,
għax fin-nofs kien hemm is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea,
ħadd, la l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, la l-Kunsill
ta’ l-Ewropa u ebda organizzazzjoni internazzjonali ohra minn dawk li jħarsu
kif jitmexxew il-votazzjonijiet biex jaraw jekk jitmexxewx skond il-prinċipji
demokratiċi, ma kkundannaw u lanqas ma lmentaw mill-mod ta’ l-għajb
u oxxen kif tmexxiet il-kampanja tar-referendum f’pajjiżna.
Tradimenti
L-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti ttradewna dwar is-sħubija fl-Unjoni għax qalu mod u issa sibna mod ieħor.
Kemm l-Unjoni kif ukoll il-Gvern qalu li Malta se tingħata miljuni kbar fis-sena.


Demarco
u Fenech Adami u Josef Bonnici wegħduna mitt miljun, disgħin miljun u
tmenin miljun.
Spiċċajna biex Dalli fil-Budget qalilna li fl-2004 l-Unjoni Ewropea
mistennija tagħtina 33 miljun u aħna se nagħtuha 29 miljun.
Jibqgħalna erba’ miljuni, li lanqas huma kwart ta’ l-ispejjeż li
rridu nagħmlu biex inkunu nistgħu nimxu skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni.

B’hekk
se nirruftaw minn ġewwa u mhux se mmorru minn fuq finanzjarjament.
L-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti ttradewna meta assigurawna li bis-Suq Komuni
kbir ta’ l-Unjoni x-xogħol u l-impiegi f’pajjiżna se jiżdiedu
ħalli nlaħħqu maż-żieda fil-bejgħ tal-prodotti tagħna.
Minflok
seħħ dan, ingħataw u qegħdin jingħataw sensji lill-ħaddiema
tagħna u x-xogħol qiegħed jonqos u mhux jiżdied.
L-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti ttradewna meta qalulna li bis-sħubija ta’
Malta fl-Unjoni Ewropea jiżdied l-investiment produttiv f’pajjiżna.
Issa wara li sseħibna sibna li mhux biss investiment produttiv ma ġiex,
iżda intrapriżi mwaqqfa f’pajjiżna għalqu u marru
f’pajjiżi barra l-Unjoni u oħrajn qegħdin jhedduna li jagħmlu
l-istess għax ma bqajniex kompetittivi.
1. L-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti ttradewna meta qalulna li jekk ma nisseħbux fl-UE nitilfu t-turisti li l-akbar numru minnhom jiġu mill-pajjiżi ta’ l-UE.
Issa
wara li sseħibna qegħdin naraw in-numru tat-turisti jonqos mill-pajjiżi
ta’ l-UE u l-ispejjeż ta’ l-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna
jiżdiedu bid-dħul tar-regolamenti ta’ l-Unjoni u bit-taxxi li żdiedu
minħabba s-sħubija fl-Unjoni.
2. L-UE u l-Gvern Malti ttradewna meta ftaħru li bis-sħubija fl-Unjoni
l-livell ta’ l-għixien f’pajjiżna se jogħla.
Wara
l-miżuri mħabbra fil-Budget, il-piżijiet tat-taxxi żdiedu u
l-ispejjeż tas-servizzi żdiedu wkoll l-aktar ta’ dawk li mhux se
jibqgħu jingħataw bla ħlas.
B’hekk il-livell ta’ l-għixien jitbaxxa u mhux jogħla għal
hafna familji li jsibu li bil-paga jistgħu jixtru inqas għalkemm
jonfqu aktar fi prezzijiet ogħla.
3. L-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti ttradewna meta qalulna li l-Unjoni ma tidħolx
fil-pensjonijiet u fis-servizzi soċjali tagħna għax dawn jibqgħu
taħt il-Gvern tagħna.
Issa
sibna li l-Unjoni Ewropea tordna lill-Gvern Malti x’għandu jbiddel
fil-pensjonijiet u x’għandu jnaqqas mis-servizzi soċjali u liema għandu
jagħmel bi ħlas u mhux aktar b’xejn u nisimgħuhom jgħidulna
li xejn m’hu b’xejn.
B’inqas
pensjonijiet u bi ħlas aktar għas-servizzi, il-livell ta’ l-għixien
tal-pensjonanti u ta’ min jgħaddi bil-paga jitbaxxa mhux jogħla.
Il-pensjonanti fid-djar ta’ l-anzjani llum jilmentaw li ġew ittraduti.
Il-ħaddiema tat-tarzni li tneħħew mix-xogħol tat-tarznar bir-raġun huma mgħaddba għax iħossuhom ittraduti mill-Gvern.
Fiz-żewġ każi taħti wkoll l-UE.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ