MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

L-UE thedded lill-Air Malta

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Aktar swat ġej minn l-Unjoni Ewropea fuqna

 

Wara li b’kollużjoni mal-Gvern ta’ Malta,

* l-Unjoni Ewropea qerdet l-Università tas-snajja’,

* it-Tarzna,

* bil-ħaddiema fiha jkunu ta’ 1,700

* u l-kumpanija nazzjonali tat-trasport bil-baħar,

* is-SeaMalta,

* issa tidher li trid teqred il-kumpanija nazzjonali tal-ajru,

* l-Air Malta,

* u l-1,500 impjegati tagħha.

 

Bħalma kien għamel mal-ħaddiema tat-Tarzna,

* il-Prim Ministru qabel l-aħħar elezzjoni,          

* wiegħed lill-impjegati tal-Air Malta,              

* sigurtà fl-impjieg tagħhom.                             

 

Issa l-impjieg tagħhom hu mhedded

* għax l-Unjoni Ewropea ma tridx li tingħata l-għajnua

* li l-Air Malta għandha bżonn

* biex tegħleb id-diffikultajiet li għandha,

* minħabba t-telf li qiegħda tagħmel.

Fil-waqt li l-Unjoni Ewropea tħalli lill-Gvern Malti jagħti għajnuniet biex linji tal-ajru ‘low cost’ joperaw għal Malta, l-Unjoni Ewropea ma tridx li l-Gvern jagħti għajnuna lill-Air Malta.

 

L-Unjoni Ewropea wkoll ma topponix li l-Gvern jonfoq il-miljuni f’reklamar biex jiġu t-turisti f’pajjiżna.

 

Iżda hi toġġezzjona li l-Gvern jagħti għajnuna finanzjarja lill-Air Malta li ġġorr it-turisti lejn Malta.

 

Bħal qisu l-meżżi tat-trasport tat-turisti ma jagħmlux parti mill-industrija tat-turiżmu li l-Unjoni Ewropea tippermetti li tkun issussidjata mill-Gvern.

 

L-indhil tal-UE

 

Iżda barra mill-kwistjoni importanti jekk hux fl-interess nazzjonali li l-Istat jissusidja l-linja nazzjonali tal-ajru, hemm fin-nofs il-kwistjoni kbira dwar jekk l-Unjoni Ewropea għandhiex tindaħal lill-Gvern Malti billi ma tħallihx jimxi kif jaħseb hu li għandu jagħmel fl-interess nazzjonali.

 

M’hemmx dubju li l-Gvern jaf ħafna aktar mill-Unjoni Ewropea x’inhu l-aħjar għal pajjiżna.

 

Lanqas hemm dubju li hu l-Gvern li jirrappreżenta r-rieda tal-poplu Malti u mhux l-Unjoni Ewropea.

 

Jekk il-Gvern jidhirlu li għandu jagħti għajnuna finanzjarja

* lill-Air Malta skont ir-rieda tal-Maltin,                            

* b’liema dritt l-Unjoni Ewropea tiġi twaqqaf lill-Gvern     

* milli jimxi skont ir-rieda tal-poplu Malti?                         

L-UE ma tridx li l-Gvern jgħin lill-Air Malta

* mhux għax l-għajnuna tkun ta’ ħsara għall-pajjiż,

* iżda għax hi ssostni li għajnuna statali

* tagħti vantaġġ lill-kumpanija tal-ajru Maltija

* fuq il-kumpaniji tal-ajru barranin li jikkompetu magħha.

 

Għax għall-UE l-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa hu aqwa mill-interessi nazzjonali tal-pajjiż.mentri għall-poplu Malti l-interessi nazzjonali tiegħu jiġu qabel il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa mal-barranin.

 

Fuq dan il-punt il-poplu Malti ma jistax u m’għandu qatt jaqbel mal-UE.

 

U jekk l-Unjoni Ewropea tibqa’ twebbes rasha u ma tħallix lill-Gvern Malti jgħin lill-Air Mata, il-poplu Malti għandu jisfida lill-Unjoni Ewropea u jimxi kif jaħseb hu li hu l-aħjar għall-pajjiż.

 

Ghajb ghall-poplu Malti

 

Hu ta’ għajb għall-poplu Malti li biex jinvesti kapital ġdid fil-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, il-Gvern irid imur jitlob permess mill-Unjoni Ewropea.

 

Il-kapital ġdid li l-Gvern irid jinvesti fl-Air Malta mhux ġej mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġej mit-taxxi tal-poplu Malti u għalhekk il-Gvern għandu jagħti sodisfazzjon kif se jinvesti l-kapital lill-poplu Malti u mhux lill-Unjoni Ewropea.

Lill-Unjoni Ewropea,                                                                   

* il-poplu Malti għandu jgħidilha                                               

* li aħjar tfissirlu għaliex qiegħda tixroblu                                

* €66.5 miljun din is-sena                                                           

* u €68 miljun oħra s-sena li ġejja,                                             

* meta din is-sena l-pajjiż se jispiċċa b’telf ta’ €237.7 miljun   

* is-sena d-dieħla għandu jispiċċa b’telf ta’ €181.8 miljun oħra,

* skont l-estimi uffiċjali tal-Gvern.                                            

 

Hu tal-mistħija li r-rappreżentanti tal-poplu

* jaħbu lill-poplu dawn il-fatti

* dwar x’inhi toħdilna l-Unjoni Ewropea,

* u minflok joqogħdu jiftaħru

* bil-fond li ġejjin mill-Unjoni Ewropea,

* mingħajr ma juru li l-Unjoni Ewropea

* qiegħda tagħtina l-fondi mill-ammonti ta’ flus

* li pajjiżna stess jagħtiha kull sena

Il-ħtija li l-Unjoni Ewropea għandha li bil-politika tagħha li tiċħad l-għajnuna tal-Istat minħabba l-ideoloġija tal-kompetizzjoni ħielsa qiegħda thedded il-ħajja tal-Air Malta, ma tiskulpax lill-Gvern mit-tort kbir li għandu bit-tmexxija ħażina tiegħu u li ġabha fil-qagħda mwegħra li tinsab fiha.

It-tmexxija ħażina tal-Gvern u l-ħatriet politiċi li għamel ta’ persuni mingħajr ħila biex imexxu ażjendi, seħtu l-investimenti siewja tal-poplu, li fis-snin passati kienu jaħilbu.

 

Malta qiegħda tħallas lill-Unjoni Ewropea €186,000 kuljum.

 

Malta jaqblilha tkun barra l-Unjoni Ewropea

 

minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI

 

Minkejja li l-partiti politiċi f’pajjiżna huma favur l-Unjoni Ewropea, ħafna Maltin u Għawdxin ma jaqblux mal-Unjoni Ewropea u huma kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.


Hawn kontra l-Unjoni Ewropea eluf ta’ ħaddiema u impjegati li tilfu x-xogħol tagħhom wara li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea.

 

Dawn qegħdin isibuha diffiċli li ilaħħqu mal-ħajja minħabba ż-żieda qawwija fil-prezzijiet u fit-tariffi u fl-ispejjż għall-ħajja.

 

Qegħdin iduru kontra l-Unjoni Ewropea

* ħafna żgħażagħ li qegħdin iħejju biex jiżżewġu

* u qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż enormi

* biex jarmaw id-dar

* u kirjiet għoljin li ma jifilħux għalihom,

* kollox riżultat tal-liberazzjoni

* li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea ġabet.

Ħafna huma ddiżappuntati li bis-sħubija fl-UE

* l-esportazzjoni minn pajjiżna naqset mhux żdiedet,

* id-dejn nazzjonali kompla jikber kull sena mhux jiċkien,

* u l-livell tal-għajxien ta’ ħafna familji tbaxxa mhux għola,

* u l-valuri morali tal-poplu marru lura, mhux issaħħu.

Quddiem dan kollu, it-tama tagħna hi li l-maġġoranza tal-poplu tagħfas lill-mexxejja politiċi biex bħalna jħossu li pajjiżna jitmexxa aħjar jekk ma jkunx marbut bil-politika u r-regoli tal-UE, u jekk ikun ħieles li jħaddan mill-politika u-regoli tal-UE dak biss li jkun tajjeb għal pajjiżna.

Il-mexxejja politiċi m’għandhomx jibqgħu jgħixu l-gidba

* li pajjiżna jgawdi finanzjarjament mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea,

* u għandhom jistqarru s-sewwa lill-poplu

* li l-ħlasijiet lill-Unjoni Ewropea

* u l-ispejjeż li pajjiżna jkollu jagħmel minħabba s-sħubija,

* jiżbqu l-fondi li jirċievi mill-UE.

Lill-poplu l-mexxejja politiċi għandhom jgħidulu

* li pajjiżi li mhumiex imseħbin fl-UE,

* u għalhekk mhumiex imxekklin bil-politika

* u r-regolamenti tagħha,

* jingħataw għajnuna finanzjarja kbira

* minnha bla ma jagħmlu ebda ħlas lilha.

 

L-UE għamlet ftehim ma’ ħafna pajjiżi, fosthom il-Marokk, it-Tuneżija, u l-Eġittu, li tagħtihom miljuni kbar ta’ ewro kull sena għal numru ta’ snin, skont il-politika ta’ ħbiberija tal-UE mal-pajjiżi ġirien.

Jekk ma tibqax imsieħba fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun tista’ tingħata fondi mill-Unjoni Ewropea bħalma jingħataw il-pajjiżi li jmissu mal-UE.

 

Xejn mhu se jżomm lura lil Malta, jekk tkun barra l-UE, milli tħaddan dak li hu ta’ ġid għaliha mill-politika tal-UE u li tadotta dawk mir-regolamenti tal-UE li jitqiesu tajbin għal pajjiżna.

 

Taħwid dwar il-Baġit tal-Unjoni Ewropea

 

Kemm it-tmexxija tal-Unjoni Ewropea hi mħawwda jidher minn dak li qiegħed iseħħ fid-diskussjonijiet dwar il-Baġit tagħha għas-sena 2011.

 

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li l-Baġit jiżdied għal €130.2 biljun.

 

Il-Parlament Ewropew vvota favur żieda ta’ 6.2% fuq il-baġit ta’ din is-sena.

 

Issa l-Kunsill Ewropew tal-mexxejja tal-pajjiżi membri qata’ li ż-żieda fis-sena d-dieħla għand­ha tkun ta’ 2.9% fuq il-baġit tal-2010 u għalhekk il-baġit ikun ta’ €126.6 biljun.

 

Se jsiru diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsill Ewropew biex jinstab kompromess, li qiegħed jingħad li jkun ifisser iż-żieda tkun ta’ 4.5% fuq il-baġit ta’ din is-sena.


Fil-Kunsill Ewropew il-pajjiżi kbar li l-aktar qegħdin jikkontribwixxu lill-Unjoni Ewropea milli qegħdin jirċievu minn għandha, żammew iebes biex iż-żieda fil-baġit tkun żgħira, waqt li l-pajjiżi l-oħrajn riedu li tkun akbar, barra Malta li żammet mal-pajjiżi li jikkontribwixxu l-aktar.

 

Jekk wieħed jieħu l-każ tal-Ingilterra, biż-żieda ta’ 2.9%, il-kontribuzzjoni tagħha lill-UE tiżdied b’£430 miljun fis-sena.

 

Il-kontribuzzjoni ta’ Malta tiżdied b’madwar €2 miljun jekk iż-żieda tkun ta’ 2.9% u madwar €4 miljun jekk iż-żieda tkun ta’ 6.2%.


Issa hu magħruf li dawk il-pajjiżi membri li jirċievu fondi mill-Unjoni Ewropea aktar milli jagħtuha kontribuzzjoni, jaqblilhom li l-baġit tal-UE jiżdied, għax b’hekk jiżdied l-ammont ta’ fondi li jirċievu mingħandha aktar milli tiżdied l-ammont tal-kontribuzzjoni li jħallsu lill-Unjoni Ewropea.


Għalhekk meta l-Prim Ministru Malti ffirma li għandha titrażżan iż-żieda fil-baġit tal-UE għal 2.9%, kixef li fil-fatt Malta aktar tħallas lill-UE milli tirċievi minn għandha.

 

Kieku mhux hekk, il-Prim Ministru kien jivvota li ż-żieda tkun akbar għax pajjiżna kien jirċievi aktar fondi milli jirċievi jekk iż-żieda tkun iżgħar.

 

Il-kontribuzzjoni ta’ Malta tiżdied b’madwar €2 miljun fis-sena jekk iż-żieda tkun ta’ 2.9% u madwar €4 miljun jekk iż-żieda tkun 6.2%.


Waħda mir-raġunijiet li minħabba fihom ħafna joġġezzjonaw għaż-żieda fil-baġit tal-Unjoni Ewropea hi li l-baġit hu kbir wisq u kumpless ħafna, u minħabba f’hekk hemm nuqqas ta’ organizzazzjoni kif ukoll ħafna ħela.

 

Infatti, l-awdituri tal-UE stess irrifjutaw għal 16-il sena wara xulxin li jiffirmaw l-‘accounts’ tal-infiq li l-Unjoni Ewropea għamlet, għax sabu li l-akbar żewġ oqsma tal-infiq tal-Unjoni Ewropea, li huma l-fondi tal-biedja u l-fondi għar-reġjuni, huma vvizzjati bi żbalji kbar (b’‘material error’).


Minkejja dan, Sidona Jedrzejewska, il-Membru Polakka tal-Parlament Ewropew li kienet inkarigata li tħejji r-rapport fuq il-baġit qiegħda ssostni li l-Unjoni Ewropea jeħtieġ żżid il-baġit jekk trid twettaq l-għanijiet u l-inizjattivi ġodda tagħha, bħalma hu t-twaqqif tal-European External Action Service għat-twettiq tal-politka barranija komuni tal-UE, li hi mmexxija minn Lady Asthon.


Jekk ifallu n-negozjati dwar iż-żieda fil-baġit bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsill Ewropew li għandhom isiru matul dan ix-xahar, il-baġit għas-sena d-dieħla jibqa’ fl-istess ammont tal-baġit ta’ din is-sena.

Ta’ min ifakkar li l-kontribuzzjoni ta’ Malta lill-UE żdiedet kull sena fis-seba’ snin ta’ sħubija fl-UE.

 

Skont l-Estimi Uffiċjali tal-Gvern,

* fis-sena 2009 pajjiżna ħallas lill-UE

* €5.3 miljun aktar milli kien ħallas fl-2008,

* u din is-sena pajjiżna se jħallas €9.9 miljun aktar

* milli kien ħallas fl-2009.

 

Fis-sena d-dieħla pajjiżna għandu jħallas €68 miljun,

jiġifieri €1.5 miljun aktar milli jħallas din is-sena.    

 

B’hekk, fi tmien snin ta’ sħubija fl-UE, Malta tkun ħallset lill-UE total ta’ €444 miljun.

Barra l-€444 miljun imħallsin lill-UE,

* Malta se tħallas ukoll €74 miljun

* bħala sehma mill-‘bail-out’ għall-Greċja,

* u se tiggarantixxi bejn €350 miljun u €400 miljun

*  lil fond imwaqqaf ta’ €740 biljun

* biex minnu jiġu mgħejjunin pajjiżi oħrajn tal-UE

* li jkun f’diffikultajiet finanzjarji.

Ħafna nnotaw li fil-kwistjoni tal-baġit tal-UE Malta tkellemt b’żewġ vuċijiet.

 

Waqt li l-Prim Ministru Malti fil-Kunsill Ewropew wera li jrid li ż-żieda ma tkunx aktar minn 2.9%, ir-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew ivvotaw biex il-baġit jiżdied b’6.2%.


Hawn ta’ min jistaqsi min jippreżenta r-rieda tal-poplu Malti, il-Prim Ministru jew l-ħames membri fil-Parlament Ewropew?

 

Il-Ħamis 11 ta’ Novembru 2010

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ