MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista: X’iddeċidew id-delegati
minn
Karmenu Mifsud Bonnici, Dele
Il-Konferenza
Ġenerali Laburista ħeġġet lill-Partit ħalli jaħdem
bla heda biex ixejjen l-aspetti negattivi kollha li jista' jkollu l-“pakkett”
li l-Gvern Nazzjonalista ftiehem dwaru ma' l-Unjoni Ewropea u biex jara li l-ftehim
ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea ma jkunx żvantaġġjuż u ta'
ħsara għall-poplu Malti u speċjalment għall-haddiema.
Din id-deċiżjoni tad-delegati Laburisti tgħabbi lit-tmexxija kollha tal-Partit u lir-rappreżentanti Laburisti kollha fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea bid-dmir preċiż li ma jitilfux okkażjoni waħda li jissaraw ma' l-Unjoni Ewropea ħalli jeliminaw mill-ftehim Nazzjonalista kull m'hemm ħażin u ta' ħsara għalina.
Għalhekk
il-“pakkett” Nazzjonalista se jibqa' fuq nett fl-aġenda tal-ħidma
tal-Partit Laburista anki waqt li l-Partit qiegħed fl-oppożizzjoni.
Jeħtieġu
żewġ ħwejjeġ
Biex il-mozzjoni kif emendata li d-delegati Laburisti approvaw titwettaq skond ir-rieda tal-Konferenza, jeħtieġ li jsiru żewġ ħwejjeġ.
Jeħtieġ l-ewwel nagħrfu liema huma l-aspetti negattivi li l-“pakkett” Nazzjonalista jista' għandu.
Nagħmluha ċara.
Id-delegati rreferew għall-“aspetti” negattivi, mhux għall-“effetti”.
Qabel ma jseħħu l-effetti negattivi, il-Partit għandu d-dmir li jattakka l-aspetti negattivi tal-“pakkett” li se jikkaġunaw l-effetti negattivi.
Dan
il-punt ħareġ ċar fid-diskussjoni mat-tmexxija tal-Partit dwar l-emenda
għall-mozzjoni ta' l-Eżekuttiv Nazzjonali u l-Grupp Parlamentari.
Wara li nagħrfu x'aspetti negattivi jista' jkun hemm fil-“pakkett” ta'
l-Unjoni Ewropea, il-Partit irid ifassal pjan ta' ħidma bla heda biex dawk
l-aspetti jixxejnu.
Hekk iddeċidew id-delegati Laburisti li l-Partit għandu jagħmel.
Irridu naħdmu b'rieda soda u bil-għaqal biex neliminaw l-aspetti negattivi kollha tal-“pakkett” u b'hekk jirnexxielna nevitaw l-effetti negattivi tiegħu.
L-effetti
negattivi huma l-effetti ħżiena u li jagħmlulna ħsara.
Fi ftit kliem, issa għandna din it-triq x'nimxu flimkien.
Irridu
niddiskutu u naqblu liema huma l-aspetti negattivi tal-“pakkett” ta' l-Unjoni
Ewropea u rridu niddiskutu u naqblu x'ħidma bla heda għandna nagħmlu
biex inxejnu dawn il-ħwejjeġ ta' ħsara għalina li hemm
fil-“pakkett”.
Kwistjoni
ħajja
Dan
kollu jfisser li l-Partit ma jistax iqiegħed il-kwistjoni ta' l-Unjoni
Ewropea fuq il-“back burner”, iżda għandu jinxeħet b'ruħu
u b'ġismu mingħajr telf ta' żmien u bl-aktar nies ta' ħila
li għandu, ħalli jagħmlu l-isforzi tagħhom kollha biex
igerrmu din l-għadma iebsa ta' negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.
Ma tantx għandna għalfejn niddiskutu ħafna biex nagħrfu xi wħud
mill-aktar aspetti negattivi tal-“pakkett” miftiehem, għax diġà
qegħdin inġarrbu l-effetti ħżiena tagħhom.
Nagħtu
eżempju ċar ta' aspett negattiv tal-“pakkett”.
Il-“pakkett” jorbotna li ma nagħtux aktar għajnuna lill-kumpaniji
li ħafna minnhom twaqqfu f'pajjiżna bis-saħħa ta' l-għajnuniet
li konna nagħtu lill-industrija.
Minħabba li kellna nwaqqfu l-għoti ta' l-għajnuniet, il-kumpaniji ma jaqblilhomx jibqgħu f'pajjiżna u oħrajn ġodda ma jitħajrux jiġu f'pajjiżna.
Dan iġib telf ta' mpjiegi għall-ħaddiema Maltin.
Ifisser aktar sensji u aktar qgħad.
Din
hija l-aktar problema urġenti li għandna niddiskutu ma' l-Unjoni
Ewropea ħalli neliminaw mill-“pakkett” dak li ma jħalliniex
inkomplu nagħtu għajnuna lill-industrija tagħna ħalli nħarsu
x-xogħol u l-impjiegi għall-ħaddiema u ż-żgħażagħ
tagħna.
Ħtieġa
ta' ħidma bla heda
Nagħtu eżempju ieħor.
Skond ma ġie miftiehem fil-“pakkett”, fuq il-materja prima li l-fabbriki f'pajjiżna jġibu minn barra l-Unjoni Ewropea, irid jitħallas dazju li jmur għand l-Unjoni Ewropea.
Hekk
ikollha tagħmel l-ST Microelectronics ta' Ħal Kirkop.
Dan id-dazju jgħolli l-ispiża tal-produzzjoni.
Minħabba ż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni, tonqos il-kompetittività u jonqos il-bejgħ.
Dan
iġiegħel lill-fabbriki jieħdu xogħol li kien jinħadem
f'Malta għal pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea fejn ma jitħallasx
id-dazju fuq il-materja prima.
Dan kollu jwassal għat-tnaqqis fl-impjiegi u għas-sensji għall-ħaddiema
Maltin u għan-nuqqas ta' opportunitajiet ta' mpjiegi għaż-żgħażagħ
Maltin.
Għalhekk
din hija wkoll problema oħra mill-aktar urġenti li għandna
niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea ħalli neliminaw mill-“pakkett” dak li
ma jħalliniex indaħħlu materja prima għall-industrija tagħna
mingħajr ma jitħallas dazju fuqha.
Il-kliem tal-mozzjoni kif emendata li jgħid li l-Partit għandu jaħdem
bla heda ħalli jxejjen l-aspetti negattivi tal-“pakkett” ifisser dan
kollu li ntqal hawn fuq u ħafna u ħafna aktar.
Lil ħutna s-Soċjalisti Ewropej, jekk tassew iridulna l-ġid, għandhom jagħtuna l-għajnuna tagħhom billi jfehmu lill-Unjoni Ewropea li jekk ma tridx inkwiet soċjali serju f'Malta, għandha mill-aktar fis telimina dawn l-aspetti negattivi mill-“pakkett” li tatna.
Ir-relazzjonijiet
tal-Partit Laburista ma' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux ikunu tajbin jekk ma
jiġux fix-xejn l-aspetti negattivi kollha tal-ftehim bejn Malta u l-Unjoni
Ewropea.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tlieta, 11 ta’ Novembru, 2003.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ