MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 misruqa minn ħalq uliedek

 

Miżuri drastiċi fl-immigrazzjoni illegali

 

Il-Gvern Malti mhux kapaċi jilqa’ għall-invażjoni ta’ pajjiżna minn eluf ta’ immigranti illegali.

 

Il-Forzi Armati ta’ Malta, minflok ma jħallux lill-immigranti jidħlu f’pajjiżna, għandhom l-ordni li jgħinuhom biex jinżlu fi gżiritna.

 

Il-Pulizija, li dmirhom hu li jieħdu passi kontra min ikun illegalment’pajjiżna, huma mqabbdin jieħdu ħsiebhom, minflok jieħdu passi kontrihom.

 

Sadanittant parti dejjem tiżdied tal-poplu hija rrabjata tara tikber kull ġimgħa l-kriżi ta’ l-immigranti illegali, mingħajr ma hemm ħjiel li se jittieħdu passi effettivi ħalli l-kriżi tintgħeleb.

*  L-Unjoni Ewropea taħti ħafna għal din il-kriżi ta’ l-immigranti illegali f’pajjiżna.

 

L-Unjoni ssib ħafna skużi biex l-immigranti ma jintbagħtux lura f’pajjiżhom, u biex xi wħud minnhom jinżammu f’pajjiżna bħala refuġjati u oħrajn jitħallew jaħdmu f’pajjiżna bħala każi umanitarji.

 

Sadattant l-Unjoni ma tħalliniex inħalluhom imorru fejn iridu jmorru fil-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni.

 

Għalkemm pajjiżna jagħmel parti mill-Unjoni, l-immigranti li hawn f’pajjiżna ma jistgħux imorru f’partijiet oħrajn tal-Unjoni, bħal ma nistgħu nagħmlu aħna l-Maltin.

 

L-Unjoni ma jimportahiex li l-immigranti ma ridux jiġu Malta u li kienu fi triqthom lejn pajjiżi oħrajn tal-Unjoni.

 

Minħabba din il-politika tal-Unjoni, pajjiżna spiċċa jrid jitma’ u jieħu ħsieb eluf kbar ta’ immigranti, u jipprovdilhom is-servizzi essenzjali u għajnuniet soċjali.

 

Dan kollu jfisser piż finanzjarju ta’ miljuni kbar ta’ ewro kull sena, barra l-inkwiet soċjali li eluf ta’ immigranti joħolqu f’pajjiżna.

 

Il-Gvern Malti jew ma jafx, jew jibża’ jieħu passi li huma meħtieġa ħalli jegħleb il-kriżi ta’ l-immigranti illegali.

 

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex ir-rieda lanqas li taddotta politika serja dwar din il-kriżi.

 

Minflok, l-Unjoni qiegħda tonfoq il-miljuni fuq l-aġenzija Frontex, immexxija minn Simon Busuttil, biex tagħmel ir-rondi fil-Mediterran, li minflok tnaffar lill-immigranti milli jbaħħru, qiegħda tagħmlilhom aktar kuraġġ għax tnaqqsilhom il-periklu ta’ għarqa bl-għajnuna li tagħtihom biex twassalhom fl-eqreb art, ħafna drabi tkun Malta.

* Anki jekk l-Unjoni Ewropea ma tkunx taqbel, Malta għandha tiddikjara li kull immigrant illegali li jitniżżel f’pajjiżna, jintbagħat lura, ikunu x’ikunu ċ-ċirkostanzi tiegħu.

 

Meta din il-politika tkun magħrufa mill-immigranti, huma jagħmlu minn kollox biex ma jersqux, jew ma jitniżżlux f’pajjiżna.

 

* Malta għandha wkoll tiddikjara li l-immigranti illegali li jagħmluha diffiċli biex imorru lura lejn pajjiżhom, jinqaflu fil-ħabs sakemm jikkoperaw biex jintbagħtu lura f'pajjiżhom.

Din hija miżura drastika iżda meħtieġa biex negħlbu l-kriżi li ninsabu fiha.

 

Għandna niftakru, li l-immigrazzjoni illegali hija xogħol tat-traffikanti kriminali li qegħdin jagħmlu negozju kbir mid-diffikultajiet li ħafna nies tal-pajjiżi tal-Afrika jinsabu fihom.

 

Jekk ma nwaqqfux l-immigrazzjoni illegali, inkunu qegħdin ngħinu lit-traffikanti organizzati fin-negozju kriminali tagħhom.

 

Min-naħa l-oħra, jekk pajjiżna jrid jgħin lill-popli li huma fil-bżonn, aħjar il-miljuni li pajjiżna qiegħed jonfoq fuq l-immigranti illegali, jagħtihom f’għajnuna diretta lill-pajjiżi minn fejn ġejjin l-immigranti.

* Li ma naċċettawx għal ebda raġuni immigranti illegali, hija miżura drastika, li ssib l-oppożizzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.

 

* Iżda hija miżura meħtieġa għal pajjiżna u żgur issib l-appoġġ tal-maġġoranza kbira tal-poplu tagħna.

 

Biex din il-miżura titwettaq, jeħtiġilna negħlbu mhux biss l-oppożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, iżda anki n-nuqqas ta’ ħila u ħeġġa tal-Gvern Malti.

 

* Biex iseħħ dan, jeħtieġ il-poplu jqum u jipprotesta.

 

Jekk il-poplu mhux se jqum u jipprotesta kontra l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigranti illegali, li l-Gvern Malti qiegħed isegwi, il-kriżi se tkompli tiggrava.

 

Jista’ ma jkunx ’il bogħod iż-żmien meta se jkollna nħabbtu wiċċna ma’ nkwiet soċjali serju bħal dak li qegħdin naraw fl-aħbarijiet f’partijiet ta’ Londra.

 

Dan barra l-ispiża finanzjarja li pajjiżna qiegħed jerfa’ ta' madwar 30 ewro kuljum għal kull wieħed mill-eluf ta’ immigranti illegali li għandna f’pajjiżna, barra l-ħela tar-riżorsi umani ta’ mijiet ta’ suldati u pulizija li l-ħin kollu huma moħlijin biex jikkontrollaw u jaqdu lill-immigranti.

Jekk il-poplu mhux se jċaqlaq lill-Gvern, il-Gvern minn jeddu mhux se jiċċaqlaq dwar din il-kriżi li laqtet lil pajjiżna.

 

It-Tarzna għandha tibqa’ azjenda Maltija

 

In-Nazzjonijiet kollha li jiksbu l-indipendenza ma jħallu qatt il-faċilitajiet strateġiċi importanti tal-pajjiż f’idejn il-barranin, u għalhekk jinnazzjonalizzawhom anki jekk iħallsu flejjes kbar biex jifduhom mill-barranin.

 

Il-Gvern Malti ħieles ħa f’idejh minn taħt idejn il-barrani,

* l-ajruport, il-portijiet,

* it-telekomunikazzjoni,

* ix-xandir u qabel,

* it-Tarzna.

 

Iżda meta l-poplu Malti għażel mexxejja li ma kellhom ebda sens ta’ x’jagħmel ħieles nazzjon, il-poplu beda jitlef waħda wara l-oħra l-faċilitajiet strateġiċi importanti tal-pajjiż lill-barranin.

 

* L-ajruport għadda f’idejn il-barranin.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

* Il-ħatt u t-tagħbija fil-Port il-Kbir waqgħu taħt kontroll barrani.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

* Il-Freeport ingħata f’idejn il-barranin.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

* It-Telemalta, li kienet saret Maltacom, spiċċat għand il-barranin.

 

* U issa l-Gvern irid li t-Tarzna tkun f’idejn il-barranin, biex żgur il-faċilitajiet strateġiċi importanti kollha ta’ pajjiżna ma jibqgħux f’idejn il-poplu Malti.

* Meta l-faċilitajiet strateġiċi importanti kollha ta’ Malta huma taħt il-kontroll tal-barranin, il-poplu Malti tilef is-setgħa tat-tmexxija ta’ ħwejġu.

 

* Mat-telf tat-tmexxija ta’ ħwejġu, il-poplu Malti qiegħed jitlef meded kbar minn artu u li qed titħalla tinxtara mill-barranin.

 

* Sehem kbir min-negozju bl-imnut f’pajjiżna, diġŕ ttieħed mis-‘supermarkets’ barranin.

 

* Kuntratti kbar tal-kostruzzjoni jintrebħu mill-barranin, minflok jingħataw lill-Maltin li kapaċi jaħdmuhom.

 

* Ħarbatna l-industrija lokali tal-manifattura għas-suq Malti, għax ma komplejniex inħarsuha mill-importazzjoni bla rażan.

 

* Din l-istraġi kollha hija konsegwenza tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.

 

* L-Unjoni hija qisha uragan li qiegħed jordom kull ma hu Malti f’pajjiżna.

* Lanqas it-tmexxija tal-pajjiż ma għadha f’idejn min il-poplu jaħtar fl-elezzjonijiet ġenerali.

* Il-mexxejja magħżulin ma jmexxux huma, iżda jitmexxew mill-barranin ta’ l-Unjoni Ewropea.

 

* Ir-rieda tal-poplu Malti ma għadhiex sovrana,

* għax il-poplu jkollu jagħmel dak li tgħidlu l-Unjoni, u

* r-rieda tal-maġġoranza tal-poplu Malti tindifen mir-rieda tal-maġġoranza ta’ l-Unjoni Ewropea.

* Bis-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern ma jistax iħares l-interessi nazzjonali tal-poplu jekk ma jkunux jaqblu mal-interessi tal-maġġoranza tal-Unjoni Ewropea.

 

* Għax il-Gvern Malti ma għadux ħieles li jiddeċiedi hu skond l-interessi nazzjonali, iżda huwa marbut li jimxi kif tiddeċiedi l-maġġoranza ta’ l-Unjoni.

* Il-vittma li jmiss tal-politika anti-nazzjonali tal-Unjoni Ewropea hija t-Tarzna, li l-privatizzazzjoni tagħha tfisser, skond l-Unjoni, li tgħaddi f’idejn il-barranin.

 

It-Tarzna hija assi strateġika importanti ħafna li ma għandhiex ma tibqax f’idejn Maltin.

 

* Għandha tiġi privatizzata billi tgħaddi f’idejn il-ħaddiema stess tat-Tarzna, li kapaċi jmexxuha mil-lat tekniku,

* u jeħtieġilhom biss għajnuna ta’ sieħeb barrani li jista’ jagħtihom tmexxija professjonali effiċjenti u moderna,

* kif ukoll ‘marketing’ aggressiv ħalli t-Tarzna tagħmel użu mill-potenzjal enormi li għandha,

* kemm f’riżorsi umani,

* kif ukoll fil-faċilitajiet stupendi tal-baċiri

* fl-aktar post strateġiku f’nofs il-Mediterran

* li fih ibaħħru numru kbir ta’ vapuri,

* ta’ ‘tankers’ u

* ta’ ‘super yachts’.

 

Malta ħielsa m’għandhiex ikollha f’nofsha bażi marittima barranija li fuqha l-Maltin ma jkollhom ebda kontroll la għal min tintuża, u lanqas għal fejn tintuża.

 

Tgħid x’tgħid l-Unjoni Ewropea, it-Tarzna għandha tibqa’ Maltija u ma ssirx azjenda barranija.

 

 Privatizzazzjoni kontra l-interessi tal-poplu Malti

 

* L-Unjoni Ewropea ġagħlet lill-Gvern

* jipprivatizza l-importazzjoni,

* ibbottiljar u

* d-distribuzzjoni tal-gass f’pajjiżna, li llum isiru mill-Enemalta.

 

* L-Enemalta tissusidja l-prezz tal-gass lill-konsumaturi,

* fil-waqt li l-Unjoni timponi taxxa fuqu,

* bħal ma tagħmel fuq kull prodott taż-żejt.

 

L-Unjoni ma tridx tħalli li l-pubbliku jgawdi mis-sussidju fuq il-gass,

u għalhekk il-pubbliku se jkollu jħallas prezz ogħla għalih lill-konsorzju privat li ngħata l-monopolju għal 30 sena tal-importazzjoni, ibbottiljar u d-distribuzzjoni tal-gass.

Il-privat se jieħu f’idejh mingħand l-Enemalta n-negozju tal-gass biex jagħmel qligħ fuq il-prezz tal-gass li l-pubbliku se jkollu jħallas.

 

Din issarraf id-duttrina tal-privatizzazzjoni li l-Unjoni Ewropea tippriedka u tordna lill-gvern ta’ kull stat membru jipprattika f’pajjiżu, kif qiegħed jiġri f’Malta.

 

Għax għall-Unjoni l-profitti tal-privat huma aqwa mill-interessi tal-pubbliku.

 

U minkejja li gvern għandu d-dmir li jħares l-ewwel l-interessi tal-pubbliku ġenerali,

huwa jkollu jbaxxi rasu għal li l-Unjoni tordnalu jagħmel, avolja dan ikun kontra l-interessi tal-poplu tiegħu.

 

Għal dan twassal is-sħubija ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea – li l-gvern ikollu jissagrifika l-interessi tal-poplu għat-twettiq tal-politika tal-Unjoni favur l-interessi tal-privat.

 

Sfortunatament dan l-għajb qiegħed iseħħ ukoll f’Malta,

fejn il-partiti politiċi waqgħu fl-idolatrija ta’ l-alla falz tal-Unjoni Ewropea u warrbu l-interessi nazzjonali tal-poplu Malti.

 

Għax huwa tradiment tal-interessi tal-poplu li tgħid li gvern ma għandux jinvesti f’intrapriżi li jirrendu qligħ, għax ma hiex funzjoni ta’ gvern li jagħmel fejn jista’ negozju għall-qligħ.

 

Il-qligħ li gvern jagħmel, huwa qligħ tal-poplu kollu, u għalhekk huwa fl-interess tal-poplu li gvern jagħmel qligħ minn attivitajiet kummerċjali.

 

Iżda la l-Unjoni Ewropea ma tridx dan, il-gvernijiet tal-pajjiżi membri, inkluż il-Gvern Malti, ikollhom jirrinunzjaw għall-investimenti kummerċjali tagħhom.

F’pajjiżna assistejna għal diversi każi ta’ tradiment ta’ l-interessi tal-poplu Malti.

 

 

* Kellna l-każ notorju tal-Mid-Med Bank li l-Gvern ipprivatizzah u tellef lill-poplu l-miljuni kbar ta’ qligħ li l-bank jagħmel kull sena.

 

* Kellna l-każ tas-servizz tat-telefon li jħalli qligħ għall-poplu mir-rati li l-istess pubbliku jħallas, issa dak il-qligħ sejjer għand il-privat.

 

* Kellna l-każ tal-Posta li tagħmel qligħ mill-bejgħ tal-bolli lill-pubbliku, u issa dak il-qligħ qiegħed jieħdu l-privat.

 

* Kellna l-każ tal-Lottu li jħalli miljuni ta’ qligħ mill-flus li l-poplu jilgħab, u li qabel il-qligħ kien igawdih il-poplu stess permezz tal-Gvern, u issa l-qligħ qed imur fil-bwiet tal-privat.

 

U bħal dawn il-każi, ikun hemm oħrajn fejn il-privatizzazzjoni għandha skop wieħed – li ċċaħħad lill-poplu mill-qligħ tal-intrapriżi, biex tirregalah lill-privat.

 

U l-oxxenitŕ ta’ dan hija akbar meta minflok, jingħad li l-privatizzazzjoni qiegħda ssir fl-interess tal-poplu.

 

Anki f’pajjiżna qiegħda sseħħ din l-oxxenitŕ bis-saħħa tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, għax il-partiti politiċi ma jridux joħduha kontra l-Unjoni biex iħarsu l-interessi tal-poplu Malti.

 

Il-Ħamis, 11 ta’ Settembru, 2008

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ