MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Malta fl-Ewropa iżda barra l-UE
Issa
li l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew għaddiet, nistgħu nitkellmu aktar ċar,
mingħajr ma nfixklu l-votazzjoni.
M’aħniex kontra l-Ewropa, iżda kontra l-Unjoni Ewropea.
L-Ewropa mhix l-Unjoni Ewropea.
Hawn madwar 20 pajjiż ieħor fl-Ewropa li mhumiex imsieħba fl-Unjoni.
Sabiex inkunu l-aqwa pajjiż fl-Ewropa, ma għandniex bżonn inkunu mseħbin fl-Unjoni.
L-aqwa żewġ pajjiżi Ewropej – l-Isvizzera u n-Norveġja – huma barra l-Unjoni.
It-tnejn żammew il-munita tagħhom u ma daħħlux l-ewro.
La marru lura u lanqas huma iżolati.
Huma b’saħħithom aktar mill-aqwa pajjiżi fl-UE.
Pajjiżna huwa fl-Ewropa mhux għax issieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Kien fl-Ewropa qabel ma daħal fl-Unjoni.
Jibqa’ fl-Ewropa meta jerġa’ jkun barra mill-Unjoni għax Malta tagħmel ġeografikament parti mill-Ewropa.
Biex ma nkunux poplu iżolat fl-Ewropa, ma jeħtiġilniex nagħmlu parti mill-Unjoni
Ewropea.
Aħna
ilna s-snin nagħmlu parti mill-Kunsill tal-Ewropa li għandu s-sede tiegħu fi
Strasbourg, bieb ma’ bieb mal-Parlament Ewropew.
Fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ewropa jieħdu sehem regolarment il-Ministri Maltin u l-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra.
Il-Kunsill tal-Ewropa għandu l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fi Strasbourg, li taqta’ kawżi dwar ksur tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem.
Wieħed mill-Imħallfin tal-Qorti tal-Kunsill tal-Ewropa huwa Malti.
L-għanijiet tal-Kunsill tal-Ewropa huma li jħares is-sistema demokratika u d-drittijiet
u l-libertajiet fondamentali tal-bniedem.
F’Malta ngawdu l-benefiċċji tas-sistema demokratika, tal-ħarsien tal-liġi u tar-rispett
tad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali tal-bniedem, mhux għaliex imseħbin
fl-Unjoni Ewropea.
Il-poplu tagħna kiseb dawn il-benefiċċji ċivili qabel ma l-Unjoni Ewropea firxet il-ħakma tagħha fuq Malta, u ma hemmx bżonn l-Unjoni biex il-poplu Malti jiddefendi dawn il-kisbiet ħalli jibqa’ jgawdihom.
Għax aħna kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, ma jfissirx li aħna kontra l-Ewropa
jew kontra l-ħbiberija u l-koperazzjoni bejn il-popli tal-Ewropa.
Aħna kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni għaliex din ġabitilna aktar piżijiet milli tatna benefiċċji, u għaliex ma bqajniex indipendenti u ħielsa.
Aħna kontra s-sħubija fl-Unjoni kemm minħabba l-mod kif l-Unjoni titmexxa,
* kif ukoll għaliex l-Unjoni tħaddan politika ekonomika u soċjali ħażina
* li tgħakkes lis-setturi żgħar tal-poplu
* u tkabbar id-diżugwaljanzi bejn min igawdi mill-ġid tal-Unjoni
* u min ikun imċaħħad minnu,
* kif qiegħed iseħħ f’pajjiżna.
Dawn
ir-raġunijiet ma jħalluniex nirrassenjaw ruħna li Malta tibqa’ politikament
kolonja tal-Unjoni Ewropea,
* imneżża’ mis-sovranitŕ ta’ nazzjon ħieles u indipendenti,
* fejn ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu Malti ma tiswa xejn
* quddiem il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
* li jiddeċiedu huma kif jitmexxa pajjiżna,
* anke kontra l-interessi tal-poplu tagħna.
Għalhekk aħna
m’aħniex kuntenti b’Malta fl-Ewropa sakemm Malta ma tkunx barra l-Unjoni Ewropea.
Il-barranin jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjoni
BARRANIN mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jgħixu f’Malta, fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropea jivvutaw hawn bhal ma l-Maltin li joqogħdu fil-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni jivvutaw f’dawk il-pajjiżi.
Iżda n-numru tal-Maltin fil-pajjiżi l-oħrajn huwa insinifikanti hdejn id-daqs tal-popolazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi tal-Unjoni, u għalhekk ma jistgħax jinfluwenza r-riżultat tal-votazzjoni.
Mentri fil-każ ta’ Malta,
* ftit mijiet ta’ votanti barranin jistgħu jfissru liema kandidati jiġu eletti
* u ta’ liema partit politiku jkunu.
Għalhekk ir-riżultat tal-votazzjoni f’pajjiżna jkun jiddependi mill-votanti barranin.
Dan huwa ħażin għal pajjiżna, u qiegħed iseħħ għaliex l-UE tridu.
L-Unjoni
Ewropea għandha l-għan li fiż-żmien li ġej,
* barranin mill-Unjoni li joqogħdu f’pajjiżna
* jkollhom id-dritt jivvutaw ukoll fl-elezzjoni għall-Parlament Malti,
* u li l-immigranti illegali li jingħataw l-istatus ta’ refuġjati
* u dawk li jingħataw protezzjoni umanitarja
* jkollhom ukoll id-dritt tal-vot.
Ma hemmx dubju li dawk il-passi jħarbtu għal kollox il-qagħda politika f’pajjiżna
* għaliex min jitla’ fil-Gvern biex imexxi l-poplu tagħna
* jkun jiddependi mhux mill-Maltin u l-Għawdxin,
* iżda mill-voti tal-immigranti illegali meqjusin bħala refuġjati
* u min dawk mogħtijin protezzjoni umanitarja.
Imbagħad ikun jista’ jingħad żgur li trajna ma għadux f’idejna ħtija tal-UE.
Skart tossiku u velenu mill-Unjoni Ewropea

L-UNJONI
Ewropea trid li f’pajjiżna jsir inċineratur li jaħraq l-iskart, u l-Gvern Malti
aċċetta li jagħmel wieħed fin-naħa t’isfel ta’ Malta, aktarx lejn Marsaxlokk.
Biex ikun effiċjenti u ġustifikat ekonomikament, l-inċineratur irid jitħaddem il-ħin kollu.
Iżda pajjiżna ma joħloqx ammont ta’ skart li jista’ jħaddem l-inċineratur il-ħin kollu.
Għalhekk
qiegħed jingħad li se jkollna nġibu skart minn pajjiżi oħra biex jinħaraq fl-inċineratur
li l-UE tridna nagħmlu bl-għajnuna tal-fondi tagħha.
Pajjiżi ewlenin tal-UE sabu li jaqblilhom jesportaw l-iskart tagħhom lejn pajjiżi oħrajn milli joqogħdu jeqirduh għandhom.
Huma jħeġġu u jgħinu lil pajjiżi oħrajn biex iwaqqfu impjanti ta’ inċineraturi li jiġġeneraw l-enerġija, u jingħatalhom l-iskart biex jiġġeneraw l-enerġija bih.
Iżda mhux l-ewwel darba li ntbagħat skart mill-aktar velenuż li jikkawża problemi kbar għas-saħħa tal-bniedem.
Għalhekk saret il-Konvenzjoni ta’ Basle (fl-Isvizzera) dwar il-Moviment bejn il-Fruntieri ta’ Skart Velenuż.
Irridu noqogħdu attenti li bl-iskuża tal-għoti tal-fondi, l-UE ma ġġibniex f’qagħda li nimpurtaw l-iskart velenuż ta’ pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea biex l-inċineratur jiġġeneralna l-enerġija.
L-Immigrazzjoni Illegali
L-ELEZZJONIJIET li saru għal-Parlament Ewropew mhux se jsolvulna l-problemi li għandu pajjiżna, fosthom l-immigrazzjoni illegali.
Fl-aħħar
ġimgħa tal-kampanja elettorali tħabba li l-UE qatgħet li jsir proġett pilota ta’
‘burden sharing’ għal Malta, u li l-missjonijiet tal-Frontex jissaħħu billi l-Frontex
tgħin fir-rimpatrijar tal-immigranti.
Intqal ukoll li se jiflu l-proposta li ssir l-investigazzjoni tal-immigranti qabe jitilqu mil-Linja, biex jinstab min minnhom ħaqqu jitqies bħala refuġjat jew jingħata protezzjoni umanitarja.
Hemm ħafna x’jingħad dwar kull waħda mit-tliet proposti imsemmijin.
Dwar il-proġett pilota tal-‘burden sharing’ hemm l-oġġezzjoni fundamentali li din il-miżura tinkoraġġixxi aktar immigranti illegali jiġi Malta bit-tama li jintbagħtu lejn il-pajjiżi kbar tal-Ewropa.
Dwar
il-proposta tal-Frontex li tgħin biex jittieħdu lura l-immigranti illegali,
għandu jingħad li l-Frontex għandha
* l-ewwel ma tħallix id-dgħajjes bl-immigranti jkomplu sejrin lejn l-Ewropa,
* mhux tagħtihom l-għajnuna biex jaslu qawwijin u sħaħ f’pajjiżna
* u f’pajjiżi oħrajn tal-Ewropa kif qiegħda tagħmel.
Imbagħad, it-tielet miżura li trid li ssir l-investigazzjoni tal-immigranti illegali qabel jitilqu mil-Libja, ma tweġibx il-mistoqsija:
min se jieħu ħsieb l-immigranti li jirriżulta li għandhom jitqiesu bħala refuġjati jew li jistħoqqilhom protezzjoni umanitarja?
Liema pajjiżi tal-Unjoni lesti joħduhom?
Kieku
din il-proposta kellha titħaddem,
* miljuni ta’ immigranti mill-pajjiżi tal-Afrika jmorru l-Libja
* bit-tama li jitqiesu bħala refuġjati
* jew jingħataw protezzjoni umanitarja.
Mill-mod kif l-UE trattat il-problema tal-immigrazzjoni illegali s’issa, jidher li din ma tridx li l-immigrazzjoni titrażżan, għaliex l-Unjoni għandha bżonn l-immigranti.
Min-naħa
tagħna,
* Malta għandha bżonn trażżan l-immigrazzjoni illegali,
* u għalhekk jeħtieġ li nimxu b’mod differenti mill-Unjoni.
Għandna nieħdu passi li jiskoraġġixxu għal kollox l-immigranti illegali milli jiġu Malta.
L-aqwa miżura hija li ma nżommuhomx hawn, taħt ebda skuża u għall-ebda raġuni.
Għandna nibgħatuhom lura minn fejn ikunu ġew, jew inħalluhom sejrin fejn iridu jmorru fl-Ewropa.
Nagħmlu dak li huwa sewwa għal pajjiżna u mhux dak li trid l-UE.
Kundanna għall-politika tal-UE
IT-TNAQQIS fil-persentaġġ tal-votanti fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew jixhdu tnaqqis fl-appoġġ popolari għall-Unjoni Ewropea, minkejja l-miljuni li ntefqu fi propaganda favur l-Unjoni.
Ir-riżultat
tal-votazzjoni jfisser kundanna għall-politika tal-Unjoni mwettqa mill-Gvern
Malti
* fl-oqsma tax-xogħol,
* tal-għoli tal-ħajja,
* tal-privatizzazzjoni
* u dwar l-immigrazzjoni illegali.
Il-maġġoranza
tal-Maltin u l-Għawdxin ma jaqblux mal-UE li ġiegħlet lill-Gvern iħarbat l-impjieg
ta’ 1,700 ħaddiem tas-sengħa tat-Tarzna.
Ma kienx hemm bżonn li jisr dan id-diżastru nazzjonali tal-universita’ tas-snajja f’pajjiżna biex ma jibqax jingħata sussidju lit-Tarzna.
Kellha
tingħata tmexxija effiċjenti.
Il-maġġoranza lanqas taqbel mal-UE li qiegħda ġġiegħel lill-Gvern
* li jieħu x-xogħol tat-trasport pubbliku mingħand il-mijiet tas-sidien tax-xarabanks
* biex jagħtih bl-offerta lil kuntrattur wieħed li aktarx ikun barrani.
Il-poplu ma jistax jaqbel li biex nimxu mar-regola tal-UE,
* nagħtu permess lil xi 4,000 ħaddiem mill-pajjiżi tal-Unjoni biex jaħdmu f’pajjiżna
* u jieħdu l-ħobż ta’ numru daqstant ieħor ta’ ħaddiema Maltin.
IL-maġġoranza
tal-poplu ma taqbilx li biex jissodisfa lill-UE,
* il-Gvern ma baqgħax iħallas sehem mill-ispiża tas-servizzi essenzjali tal-ilma u d-dawl mit-taxxi li jiġbor,
* u minflok għolla ħafna r-rati tagħhom.
Il-poplu ma japprovax il-politika ta’ privatizzazzjoni li l-UE qiegħda timponi fuq il-Gvern.
Il-poplu kollu tista’ tgħid jikkundanna l-politika tal-UE dwar l-imigrazzjoni illegali li l-Gvern kellu jsegwi,
* li ssarrfet fl-eluf ta’ uimmigranti illegali li għandna fostna,
* li huma ta’ piż ekonomiku kbir għalina.
Għalhekk il-vot tas-6 ta’ Ġunju kien kundanna tal-politika tal-UE li l-Gvern qiegħed isegwi f’pajjiżna.
Il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju, 2009.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ