MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
It-Trattat ta’ Lisbona Jagħmel l-UE alleanza militari – KMB
Iċ-Ċermen
tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI)
Karmenu Mifsud Bonnici huwa tal-fehma li t-Trattat ta’ Lisbona jagħmel
lill-UE alleanza militari u dan imur kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta għax
din tgħid ċar u tond li Malta ma tistax tipparteċipa f’alleanza
militari.
Huwa u jindirizza lill-mezzi tax-xandir dwar in-newtralità fil-Kostituzzjoni
Maltija, l-eks-Prim Ministru ta’ Malta qal li fit-Trattat ta’ Lisbona jingħad
li jekk pajjiż membru jiġi attakkat il-pajjiżi membri l-oħrajn
jridu jgħinuh b’kull mezz possibbli.
Dan
ifisser li kull pajjiż imsieħeb fl-UE għandu l-obbligu li
militarment jiddefendi lil kull membru ieħor.
U la l-artiklu jirrendi lill-UE f’alleanza militari dan mhux kompatibbli mal-Kostituzzjoni
ta’ Malta għax din tgħid li pajjiżna huwa
“stat
newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is-sigurtà u l-progress
soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jħaddan politika ta’ non-alineament
u jirrofta li jipparteċipa f’kull alleanza militari”.
L-Avukat Mifsud Bonnici fakkar li dan l-artiklu fil-Kostituzzjoni ta’ Malta
jmur lura għal Frar 1987 meta fil-Parlament Malti 64 mill-65 membru
parlamentari vvotaw favurih.
Illum
hawn min qed isemmi li ċ-ċirkostanzi nbidlu anke jekk m’hawn ħadd
li qed jgħid li Malta m’għandhiex tibqa’ newtrali bħalma
m’hawn ħadd li għandu l-kuraġġ jgħid li rridu nbiddlu
l-Kostituzzjoni ta’ Malta biex tkun kompatibbli ma’ l-Unjoni Ewropea.
L-Avukat Mifsud Bonnici sostna li qabel ir-referendum dwar is-sħubija ta’
Malta fl-UE l-Gvern kien wiegħed li m’hemm xejn fl-UE li jmur kontra l-Kostituzzjoni
ta’ Malta imma issa qed naraw kemm in-newtralità ta’ Malta hija
inkompatibbli mas-sħubija fl-UE.
Waqt li qal li sakemm tibqa’ superpotenza waħda, l-Istati Uniti, ma nistgħu nallinejaw lilna nfusna ma’ ħadd u sostna li n-non-alinejament sar iktar f’loku, l-eks-Mexxej Laburista irrimarka li r-Russja, li tikkontrolla nofs l-enerġija ta’ l-Ewropa, qed terġa’ tarma bl-armamenti u hija superpotenza.
Hemm
ukoll iċ-Ċina li jekk tibqa’ miexja kif inhi se ssir l-aqwa
superpotenza fid-dinja.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li n-NATO u l-UE qed isiru iktar militari kontra xi
ħadd, li mhux id-dubbien jew il-friefet, u sostna li minn sitwazzjoni ta’
Gwerra Bierda llum għandna sitwazzjoni fejn hemm diversi zoni f’kunflitt
bħal-Iraq, l-Afghanistan u l-Lvant Nofsani kif ukoll it-theddida tat-terroriżmu.
Huwa kompla jgħid li jekk inneħħu r-referenza għan-non-alinejament
mill-Kostituzzjoni ta’ Malta ma jkun hemm l-ebda ostaklu biex Malta tidħol
fin-NATO.
F’dan
il-każ diġà għamilna l-ewwel pass bid-dħul fil-Partnership
for Peace.
Waqt li qal li m’hemm l-ebda raġuni għala l-klawsola tan-newtralità
għandha tinbidel u saħaq li jekk jiġri hekk dan għandu jkun
biex il-klawsola ssir iktar restrittiva, l-Avukat Mifsud Bonnici sostna li Malta
għandha taħdem favur id-diżarm internazzjonali ta’ l-armi.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ġimgħa, 11 ta’ April, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ