MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
L-UE
u l-immigranti illegali
Il-problema tal-klandestini u immigranti illegali f'pajjiżna qiegħda tikber u taggrava ruħha, minħabba l-politika ta' l-Unjoni Ewropea.
Għax il-Gvern Malti, sakemm nibqgħu marbutin bil-politika ta' l-Unjoni, ikollu bilfors jimxi kif tghid l-Unjoni fil-mod kif jittratta l-klandestini u l-immigranti illegali.
Ma nistgħux nagħmlu dak li
huwa meħtieġ fl-interess tal-poplu tagħna, għax idejna huma
marbutin bir-regoli u d-direttivi ta' l-Unjoni.
L-interess tal-poplu Malti jitlob li niskoraġġixxu li jiġu
f'pajjiżna klandestini u immigranti illegali.
L-Unjoni Ewropea tridna li nniżżlu
f'pajjiżna l-klandestini u l-immigranti illegali ħielsa li jiġġerrew
f'pajjiżna u jaħdmu f'pajjiżna.
Mhux fl-interess tal-poplu Malti li nagħmlu dak li trid l-Unjoni Ewropea, għax
ma għandniex il-mezzi u lanqas l-ispazju biex inżommu mijiet, jew aħjar
eluf, ta' klandestini u immigranti illegali fit-tul.
Wasalna fil-qagħda redikola li la għandna biżżejjed pulizija u lanqas suldati biex nikkontrollaw il-klandestini u l-immigranti illegali kull meta dawn ifettlilhom jagħmlu xi protesta jew aħjar, rewwixta.
Qegħdin nistennew li minn mument
għall-ieħor tinqala' ġlieda bejnhom u l-Maltin, bil-konsegwenzi
koroħ li nkwiet bħal dan jista' jkollu.
Mhux dekor għall-Armata Maltija li tkun ittrattata ħażin ħafna
minn barranin li qegħdin jingħataw kenn u ikel bil-ħidma
tas-suldati li jservuhom u jnaddfulhom fejn joqogħdu u s-suldati jkollhom
joqogħdu għal kull insult mingħajr ma jirreaġixxu.
Hija ħaġa assurda li tisma' uffiċjal ta' l-Armata jgħid li ħafna mill-ilmenti tal-klandestini u l-immigranti illegali jkunu dwar l-ikel li ma jkunx jogħġob lil kulħadd għax hemm madwar 36 nazzjon rappreżentati fil-kampijiet tal-klandestini u l-immigranti illegali u huwa diffiċli biex issajjar b'mod li tikkuntenta lil 36 gosti differenti.
Lanqas fl-aqwa lukanda fl-aktar pajjiż
sinjur tad-dinja ma ssib varjetà daqstant kbira ta' l-ikel u b'xejn.
Tgħid x'tgħid l-Unjoni Ewropea dwar il-klandestini u l-immigranti
illegali, Malta għandha tiddikjara ċar li mhix lesta żżommhom
milli jkomplu sejrin fejn kienu sejrin, qabel ma nġabru biex jitniżżlu
f'pajjiżna.
Għanda niddikjaraw li l-akbar għajnuna
li nistgħu nagħtuhom hija li nagħtuhom il-mezzi, l-ikel u l-ħwejjeġ
li jkollhom bzonn, biex jaslu qawwijin u sħaħ fid-destinazzjonijiet
tagħhom.
Ngħidu lill-Unjoni Ewropea li xbajna nisimgħu li se jagħmlu laqgħat
ħalli jiddiskutu din il-problema u ma jagħmlu xejn konkret u
sadattant, in-numru tal-klandestini u l-immigranti jkompli jikber u
l-konsegwenzi jkomplu jiżdiedu.
Sħubija
li qiegħda titfagħna lura
Qabel ir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-UE, kienu jiżgurawna
li meta nissieħbu fl-Unjoni, nidħlu f'suq kbir ta' mijiet ta' miljuni
u b'hekk inkabbru l-bejgħ u l-esportazzjoni tal-prodotti li naħdmu
f'pajjiżna.
Iżda skond ma ammetta dan l-aħħar
il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tagħna, il-bejgħ u l-esportazzjoni
minn Malta is-sena l-oħra (jigifieri, fil-2005) naqsu u mhux żdiedu.
Fis-sena 2005, l-esportazzjoni minn Malta naqset bi 11 fil-mija, u fil-każ
tal-bejgħ lill-pajjiżi ta' l-UE, naqset ukoll b'5 fil-mija, minkejja
li dħalna fis-suq kbir ta' l-Unjoni.
La naqset l-esportazzjoni minn Malta, naqsu l-flus barranin li ndaħħlu
minnha.
Naqsu wkoll in-numru ta' ħaddiema fil-fabbriki tagħna, u t-total
tal-pagi mħallsin.
Waqt li l-esportazzjoni naqset, żdiedet l-importazzjoni, u għalhekk
żdiedu l-flus li kellna noħorġu minn pajjiżna biex inħallsu
għall-importazzjoni.
Daħħalna inqas flus barranin għax begħna inqas, u ħriġna aktar flus minn pajjiżna għax xtrajna aktar minn barra.
Dan kollu seħħ minħabba
li sseħibna fl-Unjoni u kellna naċċettaw il-politika kummerċjali
tagħha li minflok issaħħaħna, qiegħda tifnina ftit
ftit.
L-ispejjeż biex topera f'Malta kibru għax ikollna nħarsu r-regoli
u d-direttivi ta' l-Unjoni.
Spejjez ogħla jfissru li pajjiżna jnaqqas mill-kompetittività u mill-bejgħ.
Dan iċ-ċirku vizzjuż ikompli dejjem jagħqad u pajjiżna jmur lura minflok ’il quddiem.
Dawn huma l-konsegwenzi tas-sħubija
fl-UE u tat-twettiq tal-politika u r-regoli ta' l-Unjoni li għal pajjiżna,
huma ta' ħsara u mhux ta' ġid.
Wara li sseħibna fl-Unjoni, naqas ix-xogħol u naqsu l-impjiegi f'pajjiżna.
Ġara bil-maqlub ta' dak li rajna jiġri wara li pajjiżna kiseb l-indipendenza u l-ħelsien, meta rajna l-industriji jitwieldu u jikbru f'pajjiżna.
Wara s-sħubija fl-Unjoni, qegħdin
naraw l-industriji jew jgħosfru minn pajjiżna jew jiċkienu u l-ħaddiema
jonqsu.
Waqt li qed jonqos ix-xogħol f'pajjiżna, il-Gvern qiegħed jobdi
lill-UE u jħalli lill-barranin ta' l-Unjoni jingħataw ix-xogħol
tal-Maltin.
Diġà hawn mijiet minnhom li
ħadu post ħaddiema Maltin, meta għandna eluf ta' Maltin li huma
bla xogħol.
Saħansitra kuntratti tal-kostruzzjoni ikollna nagħtuhom lill-barranin ta' l-Unjoni, minkejja li jistgħu joħduhom u jesegwuhom kuntratturi Maltin.
L-agħar eżempju huwa dak ta' l-isptar il-ġdid, li se jibqa' monument tal-korruzzjoni u ta' l-ineffiċjenza u ta' serq flus il-Maltin.
Minn fuqu, il-kuntrattur barrani se jdaħħal aktar minn Lm15-il miljun, li ttieħdu minn ħalq il-Maltin.
Hekk trid l-UE u hekk ikollna noqogħdu
sakemm il-maġġoranza tal-poplu ma tgħidx li ma tridx tibqa' maħkuma
mill-UE.
Tradiment
ta’ l-interessi nazzjonali
Pajjiżi kbar membri ta' l-Unjoni Ewropea jagħmlu minn kollox biex ma jħallux
l-impriżi kbar tagħhom jaqgħu taħt il-kontroll tal-barranin.
Aħna l-Maltin qegħdin nagħmlu minn kollox halli l-ftit impriżi tagħna nagħtuhom lill-barranin.
Issa se ngħaddulhom anki
l-Maltacom, ħalli l-qligħ li qiegħda tagħmel ma jitgawdiex
aktar mill-poplu tagħna u ma jibqax f'pajjiżna.
Mhux hekk qed jagħmel il-Gvern Franċiż li bħalissa qiegħed
jifaċċa kritika mill-Unjoni Ewropea talli qiegħed iħeġġeġ
lill-impriża tal-gas, Gaz de France, tissieħeb ma' l-impriża l-oħra
Franċiża, Suez, biex joħolqu flimkien impriża nazzjonali
kbira ta' l-enerġija u b'hekk ma jħallux lill-impriża Taljana
Enel taħtaf il-kontroll ta' l-impriża Suez.
Minkejja l-fatt li l-Unjoni Ewropea qiegħda tinsisti li l-pajjiżi
membri għandhom iħallu l-impriżi tagħhom jinxtraw minn oħrajn
tal-pajjiżi membri oħrajn, il-Gvern Franċiż iddeċieda
li ma jħallix dan iseħħ fil-każ ta' impriżi li huma
f'oqsma meqjusa strateġiċi għall-pajjiż.
Dan ifisser li l-prinċipju ta'
l-Unjoni Ewropea, tal-moviment ħieles tal-kapital mingħajr distinzjoni
bejn il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, ma jkunx jgħodd għall-oqsma
importanti ta' l-industrija u l-ekonomija, bħalma huwa l-qasam ta' l-enerġija.
Hemm pajjiżi oħrajn membri ta' l-Unjoni li qegħdin joġġezzjonaw
li l-impriżi nazzjonali tagħhom jinxtraw minn imprizi ta' pajjiżi
oħrajn ta' l-Unjoni.
Fost dawn hemm il-Polonja u l-Italja, li qegħdin jostakolaw li l-banek tagħhom jinxtraw minn banek barranin.
L-istess qiegħda tagħmel
Spanja billi tħeġġeġ impriżi Spanjoli jissieħbu
flimkien ħalli ma jittiħdux mill-barranin, minkejja l-oppozizzjoni ta'
l-Unjoni Ewropea għal din l-għamla ta' protezzjoni ta' l-interessi
nazzjonali.
L-Unjoni Ewropea ma tħarisx lejn l-interessi nazzjonali tal-pajjiżi
membri tagħha, iżda lejn l-interessi ta' l-impriżi kbar li
jkomplu jikbru billi jaħtfu impriżi iżgħar.
Lanqas tagħti kas li f'dan il-proċess jintilfu ħafna impjiegi u jikber il-qgħad.
Skond il-politika ta' l-Unjoni
Ewropea, il-qgħad irażżan it-talbiet tal-ħaddiema għal
żidiet fil-pagi, u aktar ma jidħlu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni
ħaddiema minn pajjiżi li għandhom livell ta' l-għixien baxx,
aktar jinżammu ma jogħlewx il-pagi tal-ħaddiema tal-pajjiżi
membri ta' l-Unjoni.
Għalkemm uffiċjalment l-Unjoni Ewropea titkellem kontra l-immigranti
illegali u l-klandestini, tridhom għax bihom jitrażżnu t-talbiet
għat-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta'
l-Unjoni.
Anki f'Malta, qiegħda titwettaq
din il-politika ta' l-Unjoni Ewropea.
Imwaqqgħin
għaż-żufjett
Ta' l-UE f’hiex ġabuna
Qisna 'Flintstones' f'film tan-nuna.
Id-dinja kollha tiddieħek bina,
Kulhadd bix-xemgħa jrid jimlina.
Pulizija jiġru wara l-klandestini
Wara li dawn ħarbu jiġru
mill-konfini.
Il-mitjar minnhom ġie mblukkat,
Kull min siefer, mar ixxukkjat!
Dawk li xogħol is-Sea Malta
serqu
qalu li taħriġ għall-kadetti
jwettqu,
imma mpjiegi ma semmew xejn,
xogħol għall-Maltin m'hemmx għalfejn.
X'imkien ieħor kien jieħdu taħriġ
bla ħtieġa ta' stharriġ,
impjieg għall-kadetti fejn?
Meta serqu s-Sea Malta ta' xejn?
Is-Sibt, 11 ta’ Marzu, 2006.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ