MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Sħubija fl-UE tgħollilna l-prezzijiet
Waħda
mill-agħar konsegwenzi ħżiena tal-ftehim tas-sħubija ta’
Malta fl-Unjoni Ewropea hija ż-żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja
li s-sħubija sejra ġġib magħha.
Bil-miżuri li diġà ttieħdu biex niġu skond ir-regoli u l-politika
ta’ l-Unjoni,
* il-ħajja għoliet u l-ispejjeż żdiedu,
* tant li ħafna familji diġà ma jistgħux ilaħħqu magħhom.
Bil-miżuri
ġodda li se jkollna nibilgħu wara li pajjiżna jissieħeb
formalment fl-Unjoni fl-1 ta’ Mejju li ġej, il-piż taż-żieda
fl-għoli tal-ħajja minħabba r-regoli u l-politika ta’ l-Unjoni
se jitqal ħafna aktar u t-tbatijiet għal ħafna familji se joktru
bil-bosta.
L-aħbar li hawn f’Malta eluf ta’ familji li nqatgħalhom is-servizz
ta’ l-elettriku għax ma setgħux iħallsu l-kontijiet tad-dawl, għandu
jixxukkjana u jiftħilna għajnejna għall-gwaj soċjali li qegħdin
niffaċċjaw.
Eżempju ċar ta’ kif is-sħubija fl-Unjoni Ewropea se tikkaġuna
direttament żieda kbira fl-għoli tal-ħajja għall-familji
Maltin huwa dak li se jiġri wara l-1 ta’ Mejju fil-prezz tal-laħam
impurtat taċ-ċanga.
Illum, fuq laħam taċ-ċanga li jiġi minn barra, hemm levy ta’
10 ċenteżmi l-kilo.
Jekk
iċ-ċanga tinġieb minn pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea,
iċ-ċanga tinbiegħ lil Malta bil-prezz ta’ 2.5 Euro l-kilo.
Wara li nissieħbu fl-Unjoni fl-1 ta’ Mejju, iċ-ċanga li nixtru minn pajjiżi membri ta’ l-Unjoni se tinbiegħ lilna bil-prezz ta’ 4.5 Euro l-kilo, minflok dak tal-lum ta’ 2.5 Euro.
Il-mara
tad-dar li tixtri ċanga ta’ barra li ġejja mill-Unjoni Ewropea s
jkollha żieda ta’ 9 Euro kull kilo ċanga li tixtri.
Fil-każ tal-laħam taċ-ċanga
* li nixtru minn pajjiżi li m’humiex fl-Unjon Ewropea,
* bħall-Arġentina
* u New Zealand,
* il-mara tad-dar
* se jkollha tħallas ħafna aktar
* wara s-sħubija ta’ Malta
fl-Unjoni fl-1 ta’ Mejju li ġej.
Għax skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea,
* fuq kull kilo ta’ ċanga impurtat minn barra l-Unjoni,
* hemm tariffa ta’ 2.21 Euro l-kilo
* u dazju ta’
12.8 fil-mija tal-prezz li jitħallas għaċ-ċanga.
B’dan il-mod,
* jekk per eżempju
* l-prezz taċ-ċanga mixtrija minn barra l-Unjoni Ewropea
* hija 2.5 Euro l-kilo
* u l-levy hija 10 ċenteżmi l-kilo,
* wara l-1 ta’ Mejju
* l-prezz ta' kilo ċanga
* jiżdied bit-tariffa ta’ 2.21 Euro
* u bid-dazju ta’ 0.32 Euro
* u l-prezz minn 2.60 Euro l-kilo
* se jsir 5.03 Euro l-kilo.
Iż-żieda fil-prezz tal-laħam taċ-ċanga tolqot ħażin
ħafna lill-familji tagħna.
Iżda
tolqot ħażin ħafna wkoll lill-industrija tat-turizmu li llum diġà
qiegħda batuta.
Għax
il-lukandi u r-ristoranti jkollhom jgħollu l-prezzijiet tagħhom u
nkomplu niġu inqas kompetittivi speċjalment fil-konfront ta’
destinazzjonijiet turistiċi oħra li m’humiex milquta biż-żieda
tal-prezz tal-laħam taċ-ċanga li jimpurtaw, għax m’humiex
fl-Unjoni Ewropea.
Dak li se jiġri fir-rigward tal-laħam li nimpurtaw,
* se jiġri wkoll fir-rigward ta’ ħwejjeġ oħra ta’ l-ikel,
* bħal m’huma d-dqiq
* u z-zokkor.
Dawn
il-ħwejjeġ nixtruhom minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea bi
prezzijiet orħos minn dawk ta’ l-Unjoni.
Biex tiskuraġġina li nagħmlu dan u minflok nixtru mill-pajjiżi
membri, l-Unjoni Ewropea ġġagħalna nħallsu tariffa u dazju
li tiffissa hija.
Aktar minn hekk.
Fil-waqt
li llum li għadna barra, dawn il-ħwejjeġ li hija tbegħelna
tagħtihom bi prezzijiet orħos għax issussidjati, meta nissieħbu
wara l-1 ta’ Mejju l-Unjoni tibda tbiegħhomna bi prezzijiet ogħla
kif jinbiegħu fis-suq intern wieħed ta’ l-Unjoni kollha.
Issa
qegħdin nifhmu aħjar!
Issa
qegħdin nifhmu aħjar għaliex wieħed mill-preżentaturi
ta’ programm regolari fuq Super One Radio dejjem jara kif jaqta’ qalb u t-tama
tas-semmiegha meta xi ħadd iċempel waqt il-programm u jgħid li l-Partit
għandu jaħdem, meta jerġa’ jkun fil-Gvern, biex Malta toħroġ
mill-Unjoni Ewropea.
Lil dan il-preżentaturi xi ftit xhur ilu konna smajnih jirrispondi
lis-semmiegħa li jisħqu li ’l quddiem Malta ghandha toħroġ
mill-Unjoni ħalli tikseb lura l-ħelsien u s-sovranità tagħha,
billi qalilhom li jekk noħorgu mill-UE, “l-Unjoni tista’ titlobna lura
l-flus li tkun tatna”!
Dan l-aħħar lil dan l-istess preżentatur smajnih jerġa’
jirrispondi lil semmiegħ li ċempillu u għamillu diversi argumenti
validi ħafna għala Malta għandha toħroġ mill-Unjoni
Ewropea.
Il-preżentatur deher li ma jafx kif jaqbad jirrispondih, iżda biex s-semmiegħ
li ċempel ma jħallix impatt negattiv dwar l-UE fuq is-semmiegħa
tal-programm, il-preżentatur qallu hekk:
“Nistgħu
nibqgħu niddibattu dan is-suġġett lejl sħiħ. Iżda
kemm ikun għaqli jekk meta ħames snin oħra jkun hemm Gvern
Laburista u ngħidu li rridu noħorġu mill-UE, meta l-uġiegħ
tas-sħubija jkun għadda?”
Issa
kull min jaf anki xi ħaġa żgħira dwar dak
“il-pakkett
jinten” li l-Prim Ministru Malti
ffirma għalih f’Atene, jaf li l-uġiegħ il-kbir jibda ħames
snin oħra – għax ikunu spiċċaw dawk il-perjodiċi
transizzjonali li l-UE tatna ħalli l-qatgħa u l-uġiegħ
il-kbir ma jasalx qabel ir-referendum u l-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra.
Jidher ċar li r-raġuni vera għala dak il-preżentatur qiegħed
iġib dawk ir-raġunijiet banali biex jaqta’ qalb u t-tama tas-semmiegħa
Laburisti, hija li dak l-istess preżentatur se jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament
Ewropew f’Ġunju li ġej.
Kif qatt huwa jista’ jaqbel ma’ min iċempel lis-Super One u jgħid li Malta għandha terġa’ toħroġ mill-Unjoni Ewropea meta huwa jrid jidħol fil-Parlament tagħha!
Imma
kif jista’ jippretendi li jivvotawlu dawk l-eluf ta’ Laburisti li ma
jaqblux mas-sħubija ta’ Malta fl-UE?
Huwa fatt li Malta jkollha dritt toħroġ mill-UE u tinnegozja ftehim
ġdid allavolja tkun barra l-UE.
Nurukom dan il-ġimgħa d-dieħla.
Iżda
din hija xi ħaġa li ħadd ma jsemmiha lis-semmiegħa tas-Super
One.
Il-Kostituzzjoni
ta’ l-UE suprema
NRU 7 – L-Artiklu 1 – 5(1), biex jogħġob xi ftit lil dawk li jemmnu fis-sovranità ta' pajjiż, jgħid hekk: "L-Unjoni tirrispetta l-identità Nazzjonali ta' l-istati membri tagħha …"
Din hija biss retorika għax l-identità nazzjonali mhix kunċett li wieħed jista' jagħmel kawza dwaru jekk ma jkunx rispettat.
L-identità nazzjonali hija ferm differenti mid-demokrazija nazzjonali jew l-indipendenza li l-Kostituzzjoni qiegħda formalment tkisser.
Poplu
jista' jżomm l-identità tiegħu kemm fl-iskjavitù kif ukoll fil-ħelsien,
kif jixhdu ħafna pajjiżi madwar id-dinja li għandhom l-identità
iżda m'għandhomx indipendenza, bħall-Kurdi, il-Palestinjani u
ċ-Ċeċeni.
Aktar importanti minn dan, l-Artiklu 1 – 10(1) jgħid hekk:
"Il-Kostituzzjoni
u l-liġi addottata mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni waqt li jeżerċitaw
il-kompetenzi tagħhom, għandhom ikunu superjuri għal-ligi ta' l-istati
membri."
Innutaw li qiegħda ssir distinzjoni bejn il-Kostituzzjoni u l-liġijiet magħmula mill-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni.
It-tnejn għandhom supremazija fuq il-liġi ta' l-istati membri.
Aktar minn hekk.
Il-Kostituzzjoni
ta' l-UE għandha supremazija fuq il-kostituzzjonijiet ta' l-istati membri u
tal-liġi kostituzzjonali tagħhom.
Huwa ċarissimu li stati li jpoġġu lilhom infushom taħt Kostituzzjoni li tinkludi artiklu bħal dan, ma jistgħux jibqgħu jqisu lilhom infushom bħala indipendenti u sovrana bħal m'huma l-bqija ta' madwar 170 stat fid-dinja li m'humiex fl-Unjoni Ewropea.
L-istati membri ta' l-UE jsiru aktar qishom
* il-Bavarja, reġjun fil-Ġermanja,
* Virġinia, reġjun fl-Istati Uniti ta' l-Amerika,
* Quebec fil-Kanada
* u New South Wales, reġjun fl-Awstralja,
* u dawn kollha huma stati subordinati (li jiġu taħt) jew provinċji,
* fi Stat Federali Ewropew,
* li għandu
d-dritt jirrappreżentahom internazzjonalment.
Dan l-artiklu huwa konklussiv rigward il-karattru federali ta' l-UE.
Fi
Stati Federali, il-poter tal-gvern jiġi eżerċitat kemm fil-livell
federali, kif ukoll fil-livell ta' l-istat subordinat lokali jew provinċjali.
(ikompli l-ġimgha d-dieħla)
Tgħid
dan iseħħ f’Malta?
Fl-Isvezja qiegħed jiġi ffurmat Partit Euroxettiku ġdid (jiġifieri kontra kif hija magħmula l-Unjoni Ewropea) taħt it-tmexxija ta' Nils Lundgren, Soċjal Demokratiku u ekonomista.
Hemm
tamiet qawwija fl-Isvezja li dan il-partit politiku ġdid jirbaħ sa
erba' siġġijiet fil-Parlament Ewropew f'Ġunju li ġej.
Tgħid għad naraw jiġri l-istess f'Malta, jekk dawk l-eluf kollha
li ma jaqblux mas-sħubija ta' pajjiżna fl-UE u dawk kollha li għalkemm
ivvutaw favur is-sħubija, jduru kontriha minħabba l-effetti diżastrużi
tagħha, jħossu li ebda partit ma jkun qiegħed jirrappreżentahom?
Il-Ħamis, 11 ta’ Marzu, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ