MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman
Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CN
I
Sħubija
fl-Unjoni tfisser aktar sensji
Min tassew irid li f’pajjiżna ma jkunx hawn ħaddiema
bla xogħol, m’għandux jaċċetta l-ftehim tas-sħubija
ta’ Malta fl-UE li diġà ġabilna ħerba ta’ ħafna
impjiegi u telf ta’ xogħol.
Din il-ġimgħa kellna s-sensji ta’ 30 ħaddiem ta’ impriża
Maltija tal-proċessar tat-tiġieġ, li kienet kostretta tagħlaq
minħabba l-politika ta’ l-UE dwar l-importazzjoni bla rażan tat-tiġieġ
minn barra l-pajjiż.
Dan kien qasam ieħor ta’ l-industrija Maltija li s-sħubija fl-Unjoni
qiegħda tħarbat b’rovina għall-imprendituri Maltin u għall-ħaddiema
tagħhom Maltin u b’dannu għall-ekonomija Maltija.
Għax l-imprenditur Malti tilef eluf kbar
fl-investiment li kien għamel fit-twaqqif ta’ l-impriża, fil-waqt li
s-sensji ta’ 30 ħaddiema tfisser telf ta’ 30 paga fil-ġimgħa
għall-ekonomija Maltija.
L-importazzjoni tat-tiġieġ flok il-bejgħ tat-tiġieġ mkabbrin f’Malta, tfisser miljuni ta’ liri mħallsin barra mill-pajjiż, li qabel kienu jibqgħu fil-pajjiż u fl-ekonomija lokali.
Ta’ dan it-telf kbir il-ħtija kollha hija tas-sħubija
fl-UE u l-politika kummerċjali li l-Unjoni timponi fuq pajjiżna.
Din l-emoraġija ta’ l-impjiegi u xogħol mhux se nwaqqfuha jekk ma
nqattgħux il-ftehim tas-sħubija fl-UE u jekk ma nirrifjutawx
il-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni.
Is-sħubija fl-Unjoni tellfitna mijiet ta’ impjiegi fit-tarzni, tellfitna għadd ta’ impjiegi meta l-Mid Med Bank kellu jiġi pprivatizzat, qerditilna 144 impjieg meta s-Sea Malta kellha tiġi xolta għax il-Gvern kien intrabat li ma jkollux kumpanija marittima tal-poplu.
Issa qegħdin jonqsu l-impjegati ta’ l-Air Malta u qegħdin jitħejjew pjani ħalli jonqsu l-impjegati ta’ l-Enemalta.
Il-ħaddiema ta’ l-Interprint tkeċċew u kull kumpanija tal-poplu jkollha jew iżżarma jew tittieħed mill-privat b’inqas ħaddiema u dan b’effett tas-sħubija ta’ Malta fl-UE.
Ħafna impriżi għalqu u oħrajn naqqsu l-bejgħ u l-ħaddiema, minħabba l-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni.
Il-gwaj ikompli sakemm nibqgħu jkollna nobdu dak li
l-Unjoni tiddeċiedi u mhux nagħmlu dak li jaqbel għalina u għaċ-ċirkostanzi
ta’ l-ekonomija tagħna.
Il-propogandisti ta’ l-UE qarrqu bil-poplu meta qalulu li għax ikunu parti mis-suq kbir ta’ l-Unjoni Ewropea, inkabbru l-esportazzjoni tal-prodotti maħdumin u s-servizzi mogħtijin minna.
Wara li sseħibna fl-Unjoni, l-esportazzjoni naqset u qiegħda tkompli tonqos, fil-waqt li kibret l-importazzjoni mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni.
Qabel lilhom u mhux lilna.
It-tnaqqis fl-esportazzjoni jfisser li qegħdin indaħħlu inqas flus minn qabel u qegħdin inħaddmu inqas ħaddiema minn qabel is-sħubija fl-Unjoni.
Iż-żieda fl-importazzjoni tfisser li qegħdin noħorġu minn pajjiżna aktar flus milli konna noħorġu qabel isseħibna fl-Unjoni.
Biż-żmien, l-effett tas-sħubija se jkun li pajjiżna jiftaqar, waqt li ftit jistgħanew minn fuq l-Unjoni.
Dan nevitawh jekk noħorġu.
Is-Sibt, 11 ta’ Frar, 2006.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar