MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Konferenza MLP il-lejla: X’jistennew id-delegati
minn
Karmenu Mifsud Bonnici, Dele
Il-Konferenza
Ġenerali tal-Partit Laburista l-lejla se tiddeċiedi jekk il-partit għandux
jagħmel sejħa oħra għal kandidati oħra biex jingħaqdu
ma’ l-erba’ kandidati li diġà ntagħżlu ħalli
jikkontestaw l-elezzjoni tat-12 ta’ Ġunju li ġej għall-Parlament
Ewropew.
Din se tkun l-ewwel okkażjoni li d-delegati Laburisti jerġgħu
jiltaqgħu f’Konferenza Ġenerali wara dik li ntemmet fid-19 ta’
Novembru li għadda, meta d-delegati kkunsidraw u ddeċidew x’għandha
tkun il-politika tal-Partit Laburista dwar il-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista għamel
ma’ l-Unjoni Ewropea.
Id-delegati Laburisti jiftakru li fid-9 ta‘ Novembru, 2003, b’maġġoranza
assoluta vvotaw favur mozzjoni emendata li tgħid hekk:
“Din
il-Konferenza Ġenerali Annwali tħeġġeġ lill-Partit
Laburista, sew fl-Oppożizzjoni, sew fil-Gvern, biex jaħdem b’kull
mod u sa fejn ikun possibbli jagħmel ħiltu kollha biex ixejjen l-aspetti
kollha negattivi li jista’ jkollu l-pakkett li l-Gvern Nazzjonalista ftiehem
dwaru ma’ l-Unjoni Ewropea, u jara li ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea ma jkunx
żvantaġġjuż u ta’ ħsara għall-poplu Malti u Għawdxi
u speċjalment għall-ħaddiema, u fid-dawl ta’ dan, din
il-Konferenza tapprova d-dokument imsejjaħ “il-Partit Laburista u l-Unjoni
Ewropea: Għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin”, li qed jiġi
ppreżentat lill-Konferenza Ġenerali Annwali mill-Ezekuttiv Nazzjonali
u l-Grupp Parlamentari.”
X’għamel
il-partit?
Huwa xieraq li 13-il ġimgħa wara li d-delegati Laburisti għaddew dik il-mozzjoni emendata, huma jingħataw ħjiel ta’ x’azzjoni ttieħdet sabiex tiġi mwettqa r-rieda tad-delegati.
Id-delegati għandhom dritt jistennew li r-rappreżentanti tal-partit f’kull livell u f’kull opportunità li kellhom, għamlu dmirhom skond ma tgħid il-mozzjoni emendata.
Jekk
ma għamlux dan, naqsu serjament lid-delegati, u naqsu aktar lill-eluf ta’
Laburisti li d-delegati jirrappreżentaw.
Dawk il-Laburisti li se jikkontestaw ħalli jinħatru membri
tal-Parlament Ewropew huma fid-dmir li jirrispettaw u jwettqu d-deċiżjoni
meħuda mill-Konferenza Ġenerali tad-9 ta’ Novembru, 2003.
Huma
għaldaqstant għandhom jistqarru bħala l-għan ewlieni tagħhom,
li jaħdmu b’kull mod u jagħmlu ħilithom kollha ħalli
jxejnu l-aspetti kollha negattivi tal-ftehim Nazzjonalista.
Jekk m’humiex lesti jagħmlu dan, ma jkunux qegħdin iwettqu l-mandat
tal-Konferenza Ġenerali Laburista.
U
jekk mhux lesti jwettqu l-mandat tal-Partit Laburista, m’għandhomx
jistennew l-appoġġ tad-delegati Laburisti fil-Konferenza Ġenerali
u tal-votanti Laburisti fl-elezzjoni tat-12 ta’ Ġunju li ġej għall-Parlament
Ewropew.
X’jistennew
il-Laburisti
Jekk
il-partit ħareġ sħiħ, b’saħħtu u magħqud
mill-Konferenza Ġenerali ta’ Novembru li għadda, għamel dan għax
intlaħaq ftehim fuq il-mozzjoni emendata dwar l-UE.
Jekk il-partit irid li l-Laburisti, speċjalment il-ħaddiema, li l-aktar
tgħaksu u se jitgħaksu bil-ftehim Nazzjonalista ma’ l-Unjoni Ewropea,
jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-partit irid bis-serjetà
u bil-fatti li l-membri Laburisti Maltin fil-Parlament Ewropew se jaħdmu għall-ġid
tal-ħaddiema u tal-poplu Malti, billi jxejnu l-aspetti kollha negattivi
tal-ftehim ta’ shubija ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea.
L-iprem
aspett negattiv huwa li jikkaguna sensji u jzid il-qgħad.
Jekk il-membri Laburisti Maltin fil-Parlament Ewropew mhux se jaqdu dan l-ewwel
dmir tagħhom, il-ħaddiema u l-poplu Laburista m’għandhomx għalfejn
joħorġu jivvotawlhom.
Min ma jirrispettax is-sentimenti tal-poplu Laburista, m’għandux jistenna
l-appoġġ u l-voti tal-Laburisti.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
L-Erbgħa, 11 ta’ Frar, 2004
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ