MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Il-ħajja torħos barra mill-UE
Biex
Malta tkun fost l-aħjar pajjiżi tal-Ewropa, trid toħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE).
L-aħjar pajjiżi –
* l-Isvizzera u
* n-Norveġja –
* m’humiex fl-Unjoni.
Hekk ukoll Malta ma tridx tkun imxekkla bil-politika u r-regolamenti tal-UE biex tkun tista’ tilħaq il-livelli tagħhom.
Hemm numru ta’ pajjiżi żgħar fl-Ewropa li ma ssieħbux fl-UE u sejrin tajjeb, waqt li baqgħu jgawdu l-indipendenza u l-ħelsien tagħhom.
Fost dawn hemm
* Greenland,
* Lichtenstein,
* Andorra,
* Monaco,
* Ġibiltŕ
* u l-gżejjer awtonomi tar-Renju Unit,
* Channel Islands,
* Jersey u
* Gernsey.
Bħal dawn, Malta u Għawdex jistgħu jkunu barra l-Unjoni waqt li jagħmlu parti
mill-Ewropa.
Bħalhom
* pajjiżna jista’ jkun
* indipendenti u
* ħieles u
* mhux immexxi mill-Unjoni.
Huma m’humiex iżolati għax m’humiex fl-Unjoni Ewropea, u Malta, meta toħroġ, lanqas ma tkun iżolata.
Mhux minnu li ladarba Malta ssieħbet fl-UE, ma tistax toħroġ minnha.
Il-gżira ta’ Greenland kienet imsieħba u meta ħadet l-awtonomija tagħha mid-Danimarka, ma baqħetx fl-Unjoni.
Mal-UE,
* Greenland issa għandha ftehim mhux ta’ sħubija,
* iżda ta’ ħbiberija li
* jippermettilha timxi ’l quddiem bl-aħjar politika għaliha,
*
mhux dik tal-Unjoni.
Ftehim ieħor mal-Unjoni
Bħalma
għamlet Greenland,
* Malta wkoll tista’ ma tibqax fl-UE u
* tista’ tagħmel ftehim ta’ ħbiberija u
* koperazzjoni magħha
* li jkun iħares l-interessi tal-pajjiż,
* mhux bħalma huwa l-ftehim ta’ sħubija
* li Malta għamlet mal-Unjoni,
* li jħares l-ewwel l-interessi tal-Unjoni
* mhux dawk tal-Maltin.
Issa li t-Trattat ta’ Lisbona daħal fis-seħħ, żgur ħadd ma jista’ jgħid li Malta
ma tistax toħroġ mill-Unjoni.
Għax it-Trattat ta’ Lisbona jgħid iswed fuq l-abjad, fl-artiklu 49A, li:
“Kull stat membru jista’ jiddeċiedi… li joħroġ mill-Unjoni”.
Skont
l-istess artiklu,
* meta Malta tgħarraf lill-Unjoni bl-intenzjoni li toħroġ,
* din tal-aħħar għandha fi żmien sentejn
* tinnegozja u tikkonkludi ma’ Malta
* ftehim dwar il-ħruġ mis-sħubija sħiħa,
* li jfassal qafas tar-relazzjonijiet futuri ta’ Malta mal-Unjoni.
It-trattat jaħseb ukoll li jekk imbagħad Malta terġa’ tkun trid tidħol, tista’
titlob biex tissieħeb mill-ġdid.
Malta jaqblilha toħroġ
Għalhekk ladarba m’hemmx kwistjoni jekk Malta tistax toħroġ mill-Unjoni Ewropea, jibqa’ biss il-kwistjoni jekk Malta jaqblilhiex tagħmel dan.
Dawk li jsostnu li Malta tmur lura jekk ma tibqax fl-UE, dejjem isemmu l-miljuni
li din wegħdet li tagħti lil pajjiżna.
Iżda qatt ma jfakkru kemm miljuni qegħdin inħallsu bħala pajjiż lill-Unjoni,
* u dejjem jaħbu kemm miljuni aktar Malta tonfoq fi spejjeż
* biex tlaħħaq ma’ dak li l-Unjoni trid minna.
Dak
li l-propagandisti favur is-sħubija fl-Unjoni ma jfakkrux, jgħiduh l-estimi
uffiċjali tal-Gvern kull sena.
Skont l-estimi,
* fl-ewwel sena tas-sħubija (2004),
* l-UE “xorbot” lill-poplu Malti €32,871,104;
* fl-2005 ħaditilna €51,562,900;
* fis-sena ta’ wara €51,655,989;
* fis-sena 2007 “selħitilna” €53,164,031;
* is-sena l-oħra ħriġna għall-Kaxxa tal-UE €63,937,324;
* u fis-sena li ninsabu fiha l-estimi jbassru li l-Unjoni se toħdilna €56,000,000,
* iżda sal-lum għadu mhux magħruf kemm se tieħu aktar minn hekk.
Dan kollu jfisser li minn meta sseħibna se nkunu ħallasna total ta’ €376,291,348 lill-Unjoni Ewropea.
Inqas għoli tal-ħajja faċli
Dawn
il-miljuni kollha ta’ ewro jitħallsu mit-taxxi tal-Maltin u l-Għawdxin, u allura
meta ma nibqgħux imseħbin fiha niffrankaw li nkomplu nħallsuhomlha.
Meta Malta toħroġ mill-UE il-familji Maltin u Għawdxin ikunu wkoll jistgħu jaraw
tnaqqis kbir fl-għoli tal-ħajja jekk titneħħa t-taxxa li l-Unjoni imponiet li
tiddaħħal f’pajjiżna.
U l-prezzijiet tal-prodotti u
* s-servizzi,
* li titħallas il-VAT fuqhom,
* jitbaxxew bit-tneħħija ta’ 18% VAT.
Kieku dan iseħħ,
* bit-tneħħija ta’ din it-taxxa imposta mill-UE,
* fis-sena 2010
* il-familji lokali jiffrankaw l-ammont ta’ €494,720,000,
* li skont l-estimi uffiċjali
* hu stmat li se jinġabru
* minn fuq il-prodotti u
* s-servizzi
* li se jitħallsu s-sena d-dieħla.
B’hekk
meta Malta toħroġ mill-Unjoni,
* il-ħajja tista’ torħos ħafna u
* jonqsu t-tbatijiet ta’ ħafna familji
* li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja,
* kemm ilu li pajjiżna ssieħeb fl-UE.
Dawn huma ftit ħjiel ta’ kemm il-poplu Malti jaqbillu li ma jibqax imsieħeb fl-Unjoni.
Hemm ħafna vantaġġi oħrajn li jkollna okkażjoni nsemmu ’l quddiem.
Moviment għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Eluf ta’ Maltin u Għawdxin huma kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Minkejja dan il-fatt, il-mexxjja politiċi spiss jgħidu li issa kulħadd f’pajjiżna jaqbel mas-sħubija.
Saħansitra dan l-aħħar, tliet eks-Presidenti tar-Repubblika ftaħru b’dan.
Iżda kemm il-mexxejja politiċi,
* kemm l-eks-Presidenti,
* kif ukoll il-midja li ddoqq l-istess diska,
* qegħdin jgħixu f’gidba
* għax mhux kulħadd f’pajjiżna
*
jrid li nibqgħu
maħkumin mill-UE.
L-eluf li ma jaqblux mas-sħubija fl-unjoni għandhom dritt jistennew li ma jkunux injorati.
Jemmnu bis-sħiħ li s-sħubija fl-UE tellfet lill-poplu Malti l-Indipendenza u l-Ħelsien, u li l-poplu m’għadx għandu rajh f’idejh.

Jaraw li l-Parlament
Malti
* m’għadux iwettaq ir-rieda tal-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin,
* iżda x’tgħid u x’tiddeċiedi l-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE,
* anke meta dan ma jkunx jaqbel għall-interessi tal-poplu Malti,
* u għalhekk il-Parlament Malti m’għadux sovran.
Kontra l-politika tal-UE
L-eluf
ta’ Maltin u Għawdxin
* li huma kontra s-sħubija fl-UE
* jifhmu li l-politika ekonomika,
* dik soċjali,
* il-politika barranija, u
* dik tad-difiża Ewropea
* mhumiex l-aħjar għall-poplu Malti,
* u li l-poplu tilef,
* mhux rebaħ,
* meta f’dawn l-oqsma
* rema l-politika li kien iħaddan
* qabel ma kellu jibda jħaddem dik tal-Unjoni.
Billi Malta toqgħod iċċiċċi kwieta madwar il-mejda għolja tal-pajjiżi tal-Unjoni,
leħen Malta ma jinstemax aktar milli kien jistema’ minn meta Malta kienet tkanta
solista għal rasha f’fora internazzjonali u mhux f’kor ta’ 27 pajjiż, b’għadd
minnhom b’vuċijiet primi li jitfu l-ilħna tal-oħrajn.
Il-progress
li l-poplu tagħna għamel wara l-kisba tal-Indipendenza u l-Ħelsien, ma kisbux
bis-saħħa tal-UE.
Fil-ħames snin li
pajjiżna ilu msieħeb fl-Unjoni,
* il-kotra tal-poplu ma tejbitx il-livell tal-għixien,
* u għal ħafna familji,
* id-diffikultajiet żdiedu
* u l-faqar reġa’ kiber.
Is-servizzi soċjali kollha li l-poplu għandu, saru qabel ma dħalna fl-Unjoni, u bis-sħubija sħiħa qegħdin jiġu mheddin, mhux jissaħħu.
Ftit ftit, it-tmexxija tal-aqwa intrapriżi f’pajjiżna qegħdin jerġgħu jaqgħu f’idejn il-barranin.
Moviment politiku għall-Ħelsien
Dawn il-fatturi kollha
wasslu lill-membri tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI)
biex fil-laqgħa annwali li saret nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru, jaqblu dwar
proposta li għandha tittieħed azzjoni ħalli titwaqqaf il-ħsara kbira li l-poplu
qed iġarrab b’konsegwenza tas-sħubija ta’ Malta fl-UE.
Il-proposta li
għaddiet fil-laqgħa annwali
* hija maħsuba biex toħloq mezz
* ħalli l-leħen tal-eluf ta’ Maltin u Għawxin,
* ta’ kull kulur politiku,
* li huma kontra s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE,
* ma jibqax ikun injorat
* kemm lokalment,
* kif ukoll barra minn pajjiżna.
Filwaqt
li kulħadd jista’ jkompli jħaddan it-twemmin politiku li għandu,
nistgħu niftehmu dwar kwistjoni mill-aktar importanti għal kulħadd:
* li nerġgħu nkunu poplu indipendenti u ħieles,
* li jitmexxa demokratikament minn parlament sovran,
* fl-aħjar interessi tal-pajjiż,
* mhux kif jiddeċiedu l-maġġoranza tal-barranin tal-Unjoni Ewropea.
Dawn kienu r-raġunijiet li wasslu biex issir il-proposta li
“il-Kumitat li nħatar għas-sena d-dieħla għandu jistħarreġ il-ħtieġa ta’ twaqqif ta’ moviment politiku li jaħdem għall-ħelsien u l-indipendenza mill-ġdid tal-poplu Malti.”
Aġenzija tal-UE li se tappoġġja biss lir-refugjati
Il-ġimgħa
l-oħra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qablu li pajjiżna jkollu l-uffiċċju
tal-aġenzija ġdida li se titwaqqaf ħalli tagħti appoġġ lill-pajjiżi tal-Unjoni
fl-immaniġġjar tar-refuġjati (European Asylum Support Office).
Issa l-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea huma mistennijin li fil-laqgħa għolja tal-lum u t’għada japprovaw il-qbil milħuq li l-uffiċċju ta’ din l-aġenzija jkun f’Malta.
Il-kelliema
tal-Gvern Malti lill-poplu qegħdin jagħtuh x’jifhem li l-uffiċċju f’Malta ta’
din l-aġenzija huwa ta’ għajnuna fil-problema tal-immigranti illegali.
Dan huwa qerq,
* għax din l-aġenzija ġdida tal-Unjoni Ewropea
* għandha x’taqsam biss mar-refuġjati, u
* mhux mal-immigranti illegali
* li m’humiex intitolati li jitqiesu bħala refuġjati.
U l-kriżi li għandna f’pajjiżna mhux l-aktar minħabba l-mijiet ta’ refuġjati li hawn,
* iżda minħabba l-eluf ta’ immigranti illegali li hawn f’Malta,
* li m’humiex refuġjati.
Il-Patt
tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil,
jifred lill-immigranti illegali mir-refuġjati, u jgħid ċar u tond li l-pajjiżi
tal-Unjoni Ewropea għandhom jibagħtu lill-immigranti illegali lura lejn
pajjiżhom jew lejn il-pajjiżi minn fejn ikunu telqu l-aħħar għall-pajjiżi
tal-Unjoni Ewropea.
Il-Patt jgħid li l-immigranti illegali għandhom l-ewwel jiġu mħeġġa jmorru lura
volontarjament, iżda jekk dan ma jagħmluhx, għandhom jintbagħtu lura kontra r-rieda
tagħhom.
Iżda
l-Gvern Malti mexa bil-maqlub ta’ x’jgħid il-Patt tal-UE dwar l-Immigrazzjoni u
l-Ażil.
Mhux talli ma ħax il-passi kollha meħtieġa biex jibgħathom lura lill-immigranti illegali, iżda saħansitra għamel tibdil fil-liġi biex l-immigranti illegali ma jitqiesux “illegali”, iżda jitqiesu biss immigranti “irregolari”.

U l-eks-President
Eddie Fenech Adami,
* f’konferenza nazzjonali dwar l-immigrazzjoni,
* sa wasal biex iċanfar lill-kelliema
* li rreferew għall-immigranti illegali f’pajjiżna,
* minflok irreferew għalihom bħala immigranti irregolari.
Hija
ħaġa ta’ għajb li l-Parlament Malti
* jsib il-ħin biex jiddiskuti kollox,
* imma ma jħossux fid-dmir
* li jiddiskuti l-problema gravissima
* li eluf ta’ immigranti illegali
* qegħdin jinżammu f’pajjiżna u
* mhux jintbagħtu lura jew f’pajjiżhom,
* jew fil-pajjiżi fejn kienu l-aħħar qabel ġew Malta.
Il-Ħamis, 10 ta’ Diċembru, 2009

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ