MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Il-kwistjoni tas-Sea Malta: Aġir żbaljat u ħażin tal-Gvern
minn Karmenu Mifsud Bonnici, Chairman tas-CNI
Il-mod kif il-Gvern mexa mal-baħħara (Sea Borne Officers u Ratings) tas-Sea Malta huwa abbużiv, inġust u għal kollox ħażin.
Il-Gvern
qalilhom li jew jaċċettaw li ta’ Grimaldi u Sullivan jiksru l-ftehim
kollettivi u jagħtuhom kundizzjonijiet agħar milli l-baħħara
jkollhom jew il-Gvern ixolji s-Sea Malta u l-baħħara jkollhom jgħaddu
snin jiġġieldu fil-Qrati biex jieħdu t-terminal benefits li huma
għandhom dritt għalihom skond il-kuntratti ta’ l-impjieg tagħhom.
L-agir korrett u ġust min-naħa tal-Gvern kellu jkun differenti.
Huwa jmissu
qal lill-baħħara tas-Sea Malta, li la darba ta’ Grimaldi u ta’
Sullivan sostnew li ma setgħux jonoraw il-kundizzjonijiet tal-ftehim
kollettivi, il-baħħara kellhom għażla: jew jagħżlu
li jaċċettaw il-kundizzjonijiet ġodda ta’ Grimaldi u Sullivan
jew jagħżlu li jieħdu t-terminal benefits li għalihom huma
ntitolati skond il-liġi.
B’dan il-mod, dawk il-baħħara li kienu iqisu li fiċ-ċirkostanzi
ta’ l-età tagħhom u tal-ħajja familjari tagħhom, ma setgħux
jaċċettaw li jkomplu jbaħħru taħt il-kundizzjonijiet
mibdula ta’ Grimaldi u Sullivan huma kellhom jaċċettaw li jispiċaw
mill-impjieg.
Huwa fatt aċċertat li numru ta’ baħħara tas-Sea Malta kienu jagħmlu din l-għażla u b’hekk is-Sea Malta ta‘ Grimaldi u Sullivan kienet teħles li żżommhom fl-impjieg, bħalma kellha teħles li żżomm fl-impjieg lill-ħaddiema l-oħra (shore based).
Fl-istess
ħin in-numru ta’ baħħara (kemm Officers, kif ukoll Ratings) li
kienu lesti jaċċettaw il-kundizzjonijiet agħar offruti minn
Grimaldi u Sullivan, kienu jagħżlu li jkomplu fl-impjieg taħt
dawk il-kundizzjonijiet ġodda li jbiddlu l-ftehim kollettivi tagħhom.
Din imissha kienet l-għażla li l-Gvern imissu ta lill-ħaddiema baħħara
tas-Sea Malta.
Dan
huwa l-mod ġust, korrett u ċivilizzat kif il-Gvern kellu jimxi mal-ħaddiema
baħħara.
Lill-ħaddiema mhux baħħara (shore based) tas-Sea Malta l-Gvern
tagħhom għażla.
Jekk
il-Gvern ma jkollux ixolji s-Sea Malta, huwa ikollhom id-dritt li jagħżlu
li jmorru fl-impjieg fis-settur pubbliku u mhux li jsiru impjegati ta’
Grimaldi u Sullivan.
Dan kollu juri li bil-mod abbużiv li bih mexa, l-Gvern ħoloq kwistjoni
kbira meta assolutament ma kienx hemm lok għaliha.
Juri
wkoll kemm kien żbaljat u mħawwad ir-raġunament tal-Gvern.
Il-Gvern ftiehem ma’ Grimaldi u Sullivan li jekk ma jieħdux f’idejhom
lis-Sea Malta, xorta waħda jieħdu f’idejhom in-negozju tagħha
permezz ta’ kumpanija ġdida li jwaqqfu.
Skond liġi magħmula tliet snin ilu, il-kumpanija ġdida ta’ Grimaldi u Sullivan li tieħu n-negozju tas-Sea Malta, ikollha iżżomm fl-impjieg il-ħaddiema kollha mhux baħħara tas-Sea Malta, bl-istess kundizzjonijiet li għandhom mas-Sea Malta.
Dan il-fatt għamlet sewwa li żvelatu f’xandira pubblika l-General Workers’ Union nhar it-Tlieta filgħaxija.
Ħaġa
ta’ l-iskantament li l-opinjonisti mustaċċuni li ħadu sehem
fid-diskussjoni ta’ nhar it-Tlieta jew kienu sorpriżi b’dan it-tagħrif
jew ma kellhomx mezz kif jikkumbattuh.
Meta l-Gvern fassal li jxolji s-Sea Malta u li n-negozju tagħha jittieħed
minn kumpanija ġdida mwaqqfa minflokha, imissu kien jaf li l-kumpanija
ġdida ikollha żżomm fl-impjieg lil dawk il-ħaddiema tas-Sea
Malta li l-Gvern kien ftiehem li ma jibqgħux fl-impjieg tas-Sea Malta taħt
Grimaldi u Sullivan.
Minbarra mill-fatt li l-aġir tal-Gvern huwa nġust u mħawwad, huwa
ukoll mill-aktar kundannabbli, għax huwa ta’ eżempju ħażin
kif imprenditur jista’ jabbuża mill-ħaddiema tiegħu.
Meta l-imprenditur ikun irid inaqqas il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tiegħu jekk jimxi fuq l-eżempju ħażin tal-Gvern, jgħid li se jxolji l-kumpanija u jissensja l-ħaddiema.
Fl-istess
ħin huwa iwaqqaf kumpanija oħra u jieħu x-xogħol u n-negozju
tal-kumpanija li jkun xolja.
Fil-każ tal-ftehim li l-Gvern għamel ma’ Grimaldi u Sullivan biex iwaqqfu kumpanija ġdida, lanqas m’hemmx ebda gwadann ta’ investiment fil-pajjiż.
Għaliex
il-kapital li qalu li se jkun investit, se jintuża fix-xiri ta’
bastimenti oħra u dawn jibqgħu proprjetà tagħhom u mhux
tal-pajjiż.
Minn kul lat, l-aġir tal-Gvern huwa ta’ min jikkundannah u ma jagħmilx
gieħ la lill-Gvern u lanqas lill-opinjonisti u l-gazzetti li appoġġaw
l-abbuż tal-Gvern.
Din hija frotta qarsa oħra tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Is-Sibt, 10 ta’ Diċembru, 2005
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ