MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Ix-xoljiment
tas-Sea Malta:
Delitt tal-Gvern u ta’ l-Unjoni Ewropea
Bis-saħħa tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Lawrence Gonzi u Austin Gatt sejrin kapriċċjożament jissensjaw 144 ħaddiema tas-Sea Malta jekk iwettqu l-pjan djaboliku tagħhom li jxolju l-kumpanija tas-Sea Malta.
Il-Prim
Ministru u l-Ministru ta’ l-Investimenti qegħdin vilment jagħtu
t-tort tas-sensji lill-General Workers’ Union, mentri l-ħtija hija mija
fil-mija tal-Gvern Malti u ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Unjoni Ewropea trid li l-Gvern
* jipprivatizza l-kumpaniji tal-poplu Malti.
Il-Gvern,
min-naħa tiegħu, ma għandu ebda ġustifikazzjoni biex jgħaġġel
ixolji l-kumpanija tas-Sea Malta u jtellef l-impieg tal-ħaddiema tagħha.
In-negozju u x-xogħol li tagħmel is-Sea Malta għandu valur u
jiswa ħafna.
Tant
għandu valur u jiswa, li imprenditur barrani qal li lest li jonfoq mat-30
miljun Euro biex jarma u jkun jista’ jieħu n-negozju u jagħmel
ix-xogħol li llum għandha s-Sea Malta.
Għal numru ta’ xhur il-Gvern kien qiegħed jiftiehem ma’ nies tal-qalba u ħbieb tiegħu sabiex dawn jixtru l-isħma li l-Gvern għandu fis-Sea Malta.
Il-Gvern
sa wasal biex jintrabat li jieħu fl-impjieg fis-settur pubbliku madwar 60
mill-ħaddiema tas-Sea Malta, ħalli jiżgura li l-ħbieb tiegħu
u tal-qalba jmorru tajjeb u jagħmlu qligħ kbir meta jieħdu
f’idejhom il-kumpanija tas-Sea Malta.
Iżda l-ħbieb tal-Gvern u tal-qalba riedu wkoll li jbiddlu
l-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettivi tal-ħaddiema baħħara
tas-Sea Malta.
Bħal ma qiegħed jiġri f’kull pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea, bdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema jkun dejjem għall-agħar, u hekk kellu jsir fil-kas tal-baħħara tas-Sea Malta.
Dawn
ma aċċettawx xi ftiehem il-Gvern minn fuq daharhom mal-ħbieb u
tal-qalba tiegħu.
Il-Gvern ma riedx li jtellef il-qligħ kbir li l-ħbieb tiegħu u
tal-qalba jistgħu jagħmlu min-negozju u x-xogħol li qiegħda
tagħmel is-Sea Malta.
Għalhekk
il-Gvern huwa lest li jissagrifika l-impjiegi tal-ħaddiema tas-Sea Malta
jekk dawn ma jbaxxux rashom u jaċċettaw it-tibdil fil-kundizzjonijiet
tax-xogħol tagħhom u fil-ftehim kollettivi tagħhom.
Id-deċizjoni tal-Gvern li jxolji s-Sea Malta hija delitt kontra l-interessi
tal-poplu Malti u kontra l-interessi tal-ħaddiema tas-Sea Malta.
L-Unjoni
Ewropea, li qiegħda tbierek din il-ħnizrija, hija kompliċi
f’dan id-delitt li ma jintesiex u ma jinħafirx.
Il-poplu
jqum u jipprotesta
Is-sħubija ta’ pajjizna fl-Unjoni Ewropea ma ġabitilniex serħan tal-moħħ.
Ġabitilna
nkwiet kbir kbir lil ħafna setturi tas-soċjetà Maltija.
Din il-ġimgħa rajna l-bdiewa pubblikament jixlu lill-Gvern li
ttradihom meta żgurhom li se jmorru aħjar bis-sħubija
fl-Unjoni.
Il-bdiewa għandhom raġun għax il-propagandisti favur l-Unjoni Ewropea qarrqu bihom.
Il-politika ta’ l-Unjoni se teqred il-biedja f’pajjiżna ftit ftit.
In-negozjaturi Maltin kienu jafu b’dan u ħbewh lill-bdiewa.
Anzi
Fenech Adami kien kiteb lill-bdiewa u qalilhom li kellhom imorru tajjeb jekk
jivvotaw favur is-sħubija fl-Unjoni.
Fix-xhur li pajjiżna ilu msieħeb fl-Unjoni Ewropea, ħafna ħaddiema
sabu ruħhom imċaħħdin mill-impjieg li kellhom.
Il-gvern, biex iwettaq dak li ftiehem ma’ l-Unjoni,
* neħħa mill-impjieg tagħhom mijiet ta’ ħaddiema tat-tarznari,
* ħaddiema tal-Public Broadcasting Services,
* ħaddiema ta’ l-Interprint u issa,
*
il-ħaddiema
tas-Sea Malta.
Biex
jimxi skond il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea,
il-Gvern ma ta ebda għajnuna biex
* impriżi tal-manifattura ma jagħlqux,
* bħad-Denim u
* Lloyds u
* l-Wet, u
* oħrajn,
li kollha swew
*
mijiet ta’ sensji għall-ħaddiema tagħhom.
Għax
hekk imġiegħel mill-Unjoni Ewropea,
il-Gvern għamel it-taxxa tal-VAT
* fuq kollox,
* anki fuq servizzi li qabel ħadd ma kien joħlom jintaxxahom,
* bħall-għoti tal-lezzjonijiet tal-privat, u
* fuq il-kotba,
* l-ikel u
*
l-mediċini.
Il-propagandisti ta’ l-Unjoni Ewropea kienu jgħidu li bil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-kompetizzjoni ħielsa, il-ħajja se torħos.
Minflok, bis-sħubija fl-Unjoni,
* il-ħajja għoliet mas-smewwiet,
*
kif ġara
f’kull pajjiż ieħor li ssieħeb fl-Unjoni.
Minkejja li għola l-prezz taż-żejt, l-Unjoni Ewropea qiegħda
ġġiegħel lill-Gvern
* jimponi t-taxxa tas-sisa u soprataxxi fuq il-prodotti taż-żejt u
* fuq l-elettriku u
* l-gass,
u b’hekk
* il-prezzijiet ta’ dawn telgħin aktar u aktar u
*
jagħfsu fuq
il-familji Maltin.
Fix-xhur li ġejjin, l-Unjoni Ewropea tisforza lill-Gvern biex jieħu
passi ħalli
* jbiddel għall-agħar il-kundizzjonijiet tal-pensjonijiet u
*
jdaħħal il-ħlas għal numru ta’ servizzi
soċjali.
Dan kollu, u aktar, qiegħed ixebba’ lill-poplu.
Mhux lil dawk li qegħdin
jaħtfu u jgawdu mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, iżda lill-kotra
kbira tal-poplu.
Il-kotra għandha raġun tqum tipprotesta.
Hekk għamlet il-kotra fi Franza u fl-Olanda.
Hekk
se tagħmel f’Malta.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min KISER il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Is-Sibt, 10 ta’ Diċembru, 2005.
<< Lura http://www.cnimalta.org/2005.html
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81, Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ