MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici Kampanja ghall-Helsien Nazzjonali CNI
Mewġa popolari kontra l-UE
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu


Il-gimgha
l-oħra l-Unjoni Ewropea tat prova li ma tistmax id-demokrazija, għalkemm tħobb
tippriedkaha.
Għax meta l-Prim Ministru Grieg ippropona li jħalli l-poplu Grieg jiddeċiedi
f’referendum jekk jaċċettax il-pjan ta’ salvataġġ u l-miżuri ta’ awsterità
miftehmin bejnu u l-Unjoni
Ewropea,
il-mexxejja tal-Unjoni u partikolarment il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel
u n-Napuljun Sarkozy ta’ Franza, oġġezzjonaw li l-poplu Grieg jeżerċita d-dritt
demokratiku tiegħu dwar il-pjan ta’ salvataġġ u l-miżuri ta’ awsterità.
Il-mexxejja tal-Unjoni, Merkel u Sarkozy qalu
lill-Griegi li jekk ma jaċċettawx il-pjan ta’ salvataġġ u l-miżuri ta’ awsterità
miftehmin, ma tingħatax aktar għajnuna lill-Greċja.
Minħabba dan l-‘ultimatum’, id-deputati kollha tal-partit fil-Gvern fil-Parlament Grieg ivvotaw favur il-pjan ta’ salvataġġ u l-miżuri ta’ awsterità, minkejja li jafu li l-maġġoranza tal-poplu Grieg hu kontrihom.
Dan il-fatt juri li s-sistema tad-demokrazija parlamentari ma tirrispettax aktar
ir-rieda tal-maġġoranza popolari, u minflok demokrazija parlamentari għandna
dittatorjat parlamentari li jifga d-demokrazija popolari.
Unjoni anti-demokratika
L-oppożizzjoni
tal-Unjoni Ewropea għar-referendum fil-Greċja ma kinitx okkażjoni iżolata, għax
wara l-votazzjonijiet kuntrarji fir-referenda ta’ Franza u tal-Olanda dwar
it-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea, il-mexxejja tal-Unjoni ddeċidew li ma
jitħallewx isiru aktar referenda fil-pajjiżi membri minħabba l-periklu li l-voti
popolari jkunu kontra dak li tkun trid l-Unjoni.
Għalhekk meta l-Unjoni ħejjiet it-Trattat ta’ Lisbona flok it-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea, il-mexxejja tal-Unjoni insistew li jkunu l-parlamenti nazzjonali li jintalbu jirratifikaw it-Trattat, mingħajr ma jkun sottomess għall-approvazzjoni popolari.
B’dan
il-mod anti-demokratiku l-Unjoni Ewropea trid li dak li hi tiddeċiedi jseħħ
dejjem, anke meta l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-pajjiżi membri jkunu kontra.
Dan jiġri għax is-sistema ta’ rappreżentanza parlamentari tippermetti li r-rappreżentanti parlamentari jaġixxu kontra r-rieda tal-maġġoranza tal-votanti li jkunu ħatruhom fl-elezzjoni ġenerali.
B’hekk is-sistema parlamentari hi ċaħda tas-sistema tad-demokrazija popolari, u
l-Unjoni Ewropea qiegħda tinkoraġġixxi ċ-ċaħda tal-prinċipju bażiku
tad-demokrazija u ssostni dittatorjat billi timponi d-deċiżjonijiet tagħha fuq
iċ-ċittadini tal-pajjiżi membri.
Mewga kontra l-UE
Il-mexxejja
politiċi tal-pajjiżi tal-UE mhux qed jaċċettaw li jsiru referenda dwar l-Unjoni
Ewropea għax jafu li hawn mewġa popolari kontriha.
L-aħħar
eżempju ta’ dan tahulna l-Prim Ministru tar-Renju Unit, fejn minkejja li
l-istħarriġ pubbliku juri li l-maġġoranza tal-poplu tar-Renju Unit irid li jsir
referendum dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern
Ingliż oppona mozzjoni parlamentari favur li jsir referendum, għalkemm madwar
100 deputat tal-partit fil-Gvern ivvotaw favoriha, kontra r-rieda tal-Prim
Ministru Cameron.
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi membri jafu li l-maġġoranza
tal-popli tal-pajjiżi membri ma jinteressahomx mill-Unjoni Ewropea, tant li
inqas min-nofs il-votanti jindenjaw ruħhom imorru jivvotaw fl-elezzjonijiet
għall-membri tal-Parlament Ewropew.
Dan
għax il-maġġoranza tal-poplu jħoss li l-Unjoni hi tal-politiċi u mhux tal-poplu.
Daqskemm l-Unjoni Ewropea m’għandhiex fiduċja fil-popli tal-pajjiżi membri, daqstant ieħor il-popli m’għandhomx fiduċja fl-Unjoni Ewropea.
F’pajjiżna
wkoll din il-mewġa kontra l-Unjoni Ewropea qiegħda dejjem aktar tikber.

Opinjonisti li minn dejjem kienu favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, issa qegħdin jikkritikawha apertament fil-kitba tagħhom fil-ġurnali.
Ħafna li emmnu li l-munita ewro kienet se tkun ta’ ġid għal pajjiżna, issa
qegħdin jintebħu li l-ewro hi mażżra li qiegħda ttaqqal il-progress ta’ pajjiżna
u qiegħda ddaħħalna f’piżijiet kbar li ma nifilħux għalihom, bis-self u
l-garanziji lill-pajjiżi taż-Żona Ewro li huma f’diffikultajiet finanzjarji.
Jidher li kieku l-Gvern Malti kellu jsejjaħ referendum dwar jekk nibqgħux
imseħbin fl-UE, jew nagħmlux ftehim ta’ sħab magħha, il-maġġoranza tal-Maltin u
Għawdxin jagħżlu li jivvotaw li noħorġu mill-UE u nagħmlu ftehim ġdid ta’ sħab
magħha, mingħajr ma nitgħabbew bil-piżijiet kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ħamis, 10 ta’ Novembru, 2011

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ