MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Ittradejtuna

 

minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI

 

Ittradejtuna qegħdin jgħidu l-bdiewa lill-Gvern Nazzjonalista li minħabba l-ftehim tas-sħubija li għamel ma’ l-Unjoni Ewropea, qiegħed iċaħħadhom mill-qligħ li kienu jagħmlu f’dawn iż-żminijiet bil-wiċċ u l-frott bikri fis-suq.

Ittradejtuna qegħdin jgħidu lil Fenech Adami u lil Ninu Zammit ir-raħħala li qegħdin jaraw li bil-ftehim ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea l-bejgħ tal-ħalib frisk naqas sew u l-prezz tal-bħejjem tagħhom waqa’ sew, fil-waqt li dak tal-ġwież għola sew.

Ittradejtuna qegħdin jgħajjtu l-ħaddiema ssensjati minħabba l-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, hekk kif il-mexxejja trejdunjonisti tagħhom li kienu jgħidulhom li se jmorru aħjar, issa m’għandhom saħħa xejn biex iħarsulhom ix-xogħol u l-impjiegi.

L-istess għajta qiegħda toħroġ minn fomm l-anzjani li minħabba l-ftehim tas-sħubija fl-
Unjoni Ewropea qegħdin ikollhom iħallsu aktar għall-mediċini li m’għadhomx isibuhom b’xejn mill-isptar.

Mal-kor tal-Maltin u l-Għawdxin li lkoll jixlu lin-
Nazzjonalisti u lil ta’ l-Iva għax ittraduhom, ingħaqdu l-imprendituri Maltin li marru lura u x’uħud minnhom fallew, għax minħabba l-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, waqgħalhom il-bejgħ tal-prodotti maħduma minnhom u s-suq infaqa’ bil-prodotti ta’ barra.

Il-ftehim tas-sħubija fl-
Unjoni Ewropea jiżgura dak li jaqbel ghall-Unjoni, mhux dak li jaqbel għal pajjiżna.

Għalhekk diġà rajna kemm żdiedet l-importazzjoni tal-prodotti mill-Unjoni għas-spejjeż ta’ dawk li jinħadmu Malta.

Minħabba f’hekk, naqsu u jkomplu jonqsu n-numru tal-ħaddiema Maltin, u jiżdiedu n-numru tal-ħaddiema li fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea jipproduċu dak li jinbiegħ f’Malta.

Il-ftehim tas-sħubija fl-
Unjoni Ewropea ma jimportaħx li l-ħaddiema Maltin jitilfu x-xogħol.

Jimportah li l-prodotti ta’ l-Unjoni Ewropea jinbiegħu f’Malta.

Is-suq jiġi l-ewwel skond il-ftehim tas-sħubija, mhux il-ħaddiema.

Bl-iskuża tas-suq ħieles, l-impriżi tal-poplu jingħataw lill-privat.

Hekk jimponi fuqna l-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Minħabba dan, il-Posta ingħatat parti minnha lill-barranin.

L-ikbar bank, il-Mid-Med, ingħata lill-barranin.

Il-Lottu ingħata lill-barranin.

’Il quddiem se naraw li l-pensjonijiet jgħaddu f’idejn il-privat barrani li minn fuqhom jaghmel il-qligħ.

Naraw li l-Air Malta, wara li ffriżaw il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u naqqsu x’uħud mill-benefiċċji li l-ħaddiema kellhom, tgħaddi f’idejn il-privat, għax il-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea jġiegħel lil Malta timxi bil-politika ta’ privatizzazzjoni ta’ l-Unjoni.

Minħabba l-ftehim tas-sħubija fl-
Unjoni Ewropea, il-Gvern kellu jgħolli n-nolijiet tal-Gozo Channel.

Wara li għamel dan, issa jieħu l-passi ħalli jgħaddiha f’idejn il-privat li joħodha biex jagħmel il-qligħ.

  Inkunu kompliċi

Il-lista tal-każi ta’ tradimenti b’konsegwenza tal-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija twila u se tkompli titwal. 

U jekk naċċettaw il-ftehim li sar, se nkunu kompliċi fit-tradiment tal-poplu Malti.

Hija skuża li jingħad li issa la l-maġġoranza ddeċidiet, ma nistgħu nagħmlu xejn.

La sar żball, id-dmir tagħna huwa li naħdmu ħalli nsewwu l-iżball u mhux noqogħdu fl-iżball.

Jekk il-poplu jħossu li ġie ttradut, jistenna li jsib minn jeħilsu mit-tradiment, u mhux min japprofitta ruħu mit-tradiment ħalli nibqgħu mseħbin fl-Unjoni Ewropea.

Mhux kompliċi fit-tradiment il-poplu jrid, iżda feddejja tiegħu u min jiġġieled ħalli l-poplu ma jibqax ibati l-ħsara tat-tradiment.

Inkella l-poplu se jdur fuq min mexxieh biex jifhem li l-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea kien se jkun żvantaġġjuż u ta’ ħsara għalih u issa qegħdin jgħidlu li l-ftehim ma jistax jitħassar u s-sħubija hija deċiża għal dejjem.

Dan ukoll huwa tradiment tal-poplu.

Iż-żieda fl-età tal-pensjoni hija tort ta’ l-UE

Aħna tas-CNI ilna ngħidu li l-Unjoni Ewropea tindaħal f’kollox, anki f’dawk l-oqsma li sal-lum uffiżjalment suppost ma tindaħalx, bħalma hija l-età tal-pensjoni.

Min jaf kemm-il darba smajna lir-rappreżentanti tal-MIC (Centru ta’ l-Informazzjoni Malta - EU) jiċħdu dan, u jgħidu li l-età ta’ l-irtirar mix-xogħol taqa’ taħt il-kompetenza tal-gvernijiet nazzjonali u mhux ta’ l-UE.

Issa xxandru l-għaxar miri li l-
Unjoni Ewropea trid tilħaq sas-sena 2010. 

Fost dawn il-miri, hemm li l-UE trid li l-età tal-pensjoni għandha tiżdied b’5 snin.

Fil-fatt, waqt laqgħa li kienet saret f’Barċellona fl-2001, kien intlaħaq ftehim bejn il-kapijiet ta’ l-istati membri ta’ l-UE li l-età ta’ l-irtirar mix-xogħol tiżdied b’ħames snin.

Dan kien eżatt kif l-Unjoni riedet li jsir.

Għaldaqstant nitħawdu meta nisimgħu lill-mexxejja politiċi tagħna jwaħħlu f’xulxin dwar din il-kwistjoni tal-pensjonijiet u ż-żieda fl-età ta’ l-irtirar mix-xogħol u ħadd minnhom ma jgħid il-verità kollha.

Din iż-żieda trid issir bilfors għax id-deċiżjoni digà ttiehdet skond kif riedet l-istess Unjoni Ewropea.

Dan ifisser li jkun min ikun fil-Gvern, sakemm il-Gvern ikun irid li Malta tibqa’ kolonja ta’ l-
UE, ikollu jbaxxi rasu u jaċċetta ż-żieda fl-età li wieħed jibda jirċievi l-pensjoni.

Biex ma jaċċettax dan, ikollu jgħid lill-
UE li Malta trid terġa’ tikseb il-ħelsien u l-indipendenza tagħha, ħalli tiddeċiedi hi skond kif jaqbel u x’jixtieq il-poplu Malti u Għawdxi.

Dan irridu aħna tas-
CNI .  

Il-Ħamis, 10 ta’ Ġunju, 2004.

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

  

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ