MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
L-UE, eżempju ħażin għall-membri tagħha
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

L-Unjoni
Ewropea hi ta’ eżempju ħażin għall-gvernijiet tal-pajjiżi membri.
Filwaqt li tħeġġiġhom inaqqsu s-salarji
* u l-pagi tal-ħaddiema fis-settur pubbliku
* u tgħidilhom inaqqsu l-infiq pubbliku,
* hi se żżid is-salarji tal-uffiċjali
* u l-impjegati tagħha
* u qiegħda żżid il-baġit u l-infieq tagħha.
Fl-24 ta’ Novembru, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qalet li s-salarji tal-uffiċjali u l-impjegati tal-UE għandhom jiżdiedu bi 3.7% bejn Lulju, 2009 u Ġunju, 2010.
Is-sentenza ngħatat f’kawża li l-Unjins tal-uffiċjali u l-impjegati tal-UE għamlu kontra l-Kummissjoni Ewropea għax din setgħet tagħti żieda ta’ 1.8% biss skond ma l-Kunsill tal-Ministri tal-pajjiżi membri kien iddeċieda.
Il-Ministri tal-pajjiżi membri tal-UE kienu raġunaw li fiż-żmien meta l-gvernijiet tal-pajjiżi maħkumin minn riċessjoni kbira qegħdin irażżnu s-salarji u l-pagi tal-impjegati tas-settur pubbliku u jimponu miżuri ta’ awsterità fuq il-poplu, ma kienx xieraq li s-salarji u l-pagi tal-uffiċjali u l-impjegati tal-UE jogħlew.
Iżda
l-Qorti tal-UE rraġunat li skond ir-regolamenti tal-impjieg tal-UE, din kienet
marbuta li żżid is-salarji u l-pagi skond mekkaniżmu awtomatiku li jqis
iż-żiediet fis-salarji tal-impjieg pubbliku fl-aħjar tmien pajjiżi tal-UE,
fosthom il-Ġermanja, Franza, l-Ingliterra u l-Italja.
Wara s-sentenza tal-Qorti tal-UE, Michael Mann, kelliem għall-Kummissjoni Ewropea qal li għandhom jitħallsu wkoll imgħaxijiet għax-xhur li fihom iż-żieda ma kinitx tħallset.
Bl-għoti taż-żieda lill-uffiċjali u l-impjegati tal-UE, il-gvernijiet tal-pajjiżi membri ġew f’sitwazzjoni imbarazzanti ħafna mal-poplu tagħhom.
Għax f’pajjiżhom mhux qegħdin iżidu s-salarji u l-pagi tal-impjegati u l-ħaddiema fis-settur pubbliku, u f’xi każi qegħdin inaqqsuhom, saħansitra l-paga minima.
Iżda
fl-istess żmien lill-impjegati u l-uffiċjali li jitħallsu mill-fondi li
l-gvernijiet nazzjonali jagħtu lill-UE, l-istess mexxejja fil-Kunsill
tal-Ministri tal-UE se jkollhom jawtorizzaw il-ħlas taż-żieda fis-salarji.
Barra ż-żieda ta’ 3.7% għas-sena Lulju, 2009 – Ġunju, 2010 il-Kummissjoni Ewropea fit-18 ta’ Novembru qablet li l-istess uffiċjali u impjegati tal-UE jingħataw żieda ta’ 0.4% oħra għas-sena Lulju, 2010 – Ġunju 2011, li b’kollox tiswa spiża oħra ta’ €9.7 miljun fis-sena.
Il-Ministri tal-gvernijiet membri tal-UE aktarx ikollhom jaċċettaw li titħallas din iż-żieda wkoll, li nħadmet fuq l-istess mekkaniżmu awtomatiku li s-sentenza tal-Qorti tal-UE ħadmet fil-każ taż-żieda ta’ 3.7%.
Anki dan
l-infieq u l-baġit tagħha, l-Unjoni Ewropea qiegħda timxi bil-maqlub ta’ kif hi
trid li l-gvernijiet tal-pajjiżi membri jimxu billi jnaqqsu l-infiq pubbliku.
Aktar kmieni din is-sena l-Kummissjoni Ewropea fasslet baġit għas-sena li ġejja li jżid l-infiq tal-UE b’6% fuq l-infiq tas-sena 2010.
Fit-12 ta’ Awwissu r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri fil-Kunsill tal-Ministri naqqsu €3.6 biljun mill-baġit propost mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-baġit paprovat mill-Kunsill tal-Ministri jfisser li l-infiq tal-UE fis-sena 2011 se jkun €126.6 biljun.
Il-Parlament Ewropew ma qabilx mal-baġit imnaqqas mill-Kunsill tal-Ministri, u siostna dak li l-Kummissjoni Ewropea kienet fasslet.
L-isforzi li saru mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u dak tal-Kunsill tal-ministri għadhom ma waslux fi ftehim ta’ kompromess.
Il-Kunsill tal-Ministri qiegħed isostni li t-tnaqqis fl-ammont li bih għandha żżid il-baġit tas-sena li ġejja, huwa skond il-politika tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri li qegħdin inaqqsu l-infiq fuq is-servizz pubbliku fil-pajjiżi tagħhom.
Huma konxju li kull żieda fl-infiq tal-UE ġejja mill-fondi li l-pajjiżi membri jħallsu kull sena lill-UE, u għalhekk żieda fl-infiq tal-UE, tfisser żieda fil-ħlasijiet li l-gvernijiet membri jkollhom jagħmlu.

Jekk
jittieħed l-eżempju ta’ Malta,
* jinstab li filwaqt li fis-sena 2010
* pajjiżna kellu jħallas lill-UE €66.4 miljun,
* is-sena d-dieħla,
* skond l-Estimi Uffiċjali tal-Gvern,
* Malta se tħallas lill-UE €68 miljun,
* biex fi tmien snin ta’ sħubija fl-UE,
* Malta tkun ħallset lill-UE
* ‘l fuq minn €444 miljun.
Hu skandaluż li filwaqt li l-popli tal-pajjiżi membri tal-UE
* qegħdin jintagħfsu b’miżuri ħorox ta’ awsterità
* u mgħaffġin b’piżijiet kbar ta’ taxxi u żiediet fit-tariffi,
* l-Unjoni Ewropea tkompli tonfoq aktar,
* tgħolli s-salarji u żżid il-benefiċċji għall-uffiċjal u l-impjegati tagħha,
* u tisparpalja miljuni kbar ta’ ewro fil-ħela u f’lussu żejjed.
Is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea sejra dejjem aktar għall-agħar
M’hemmx
tama li l-Unjoni Ewropea xi darba titjieb,
* għax minflok tbiddel il-politika tagħha
* li wasslitha f’xifer ta’ falliment,
* qiegħda tgħarraq il-qagħda mwiegħra soċjali
* tal-poplu tal-pajjiżi membri
* b’miżuri li jżidu l-faqar għall-kotra
* u jżidu l-qagħad tal-ħaddiema,
* waqt li jkattru l-ġid tal-ftit.
Minflok tħaddem politika li tgħolli li s-setturi t’isfel biex magħhom jogħlew is-setturi l-oħrajn ta’ fuqhom, l-UE qiegħda tgħaffeġ aktar lis-setturi t’isfel u taġevola aktar lil ftit ta’ fuq, u b’hekk qiegħda tkabbar id-differenzi soċjali u ekonomiċi bejn is-setturi tal-poplu.
L-UE hi kuntenta li tnaqqas il-paga minima ta’ ħaddiem minħabba l-awsterità, waqt li nies b’salarju ta’ mijiet ta’ eluf, tkompli żżidhom.


L-UE tbierek fil-fatt li, fi żmien ta’ riċessjoni ekonomika, Prim Ministru u Ministri jiżdiedu f’daqqa €500 u €600 fil-ġimgħa, u l-ħaddiema jiżdiedu biss €1.16 fil-ġimgħa.
L-istess persuni sfaċċatili jagħtu lilhom infushom din iż-żieda imorru Brussells biex jiftehmu ma’ sħabhom x’piżijiet għandhom jiżdiedu fuq il-ħaddiema, l-impjegati u l-pensjonanti tal-pajjiżi mseħbin fl-UE, biex permezz ta’ dawn isolvu l-krizijiet finanzjarji li qegħdin jaħkmu lill-pajjiż tal-UE.
Mhux
ta’ b’xejn li qegħdin jinferxu mal-ibliet tal-pajjiżi tal-UE l-protesti
fit-toroq u l-irvellijiet mill-ħaddiema, mill-impjegati, mill-pensjonanti u
mill-istudenti, kontra l-miżuri ta’ awsterità li l-Unjoni Ewropea qiegħda tisħaq
li jittieħdu mill-gvernijiet tal-pajjiżi membri.
Il-popli qegħdin ftit ftit jifhmu
* li l-politika tal-Unjoni Ewropea
* mhix il-kura tal-gwaj li hawn illum,
* iżda l-kaġun tiegħu,
* u biex ikun hemm fejqan,
* trid tinbidel il-politika falluta tal-UE,
* u jekk dan ma jistax iseħħ,
* l-Unjoni Ewropea għandha xxolji
* u kull pajjiż membru jħaddem l-aħjar politika għalih
* skond iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu,
* kif kien jagħmel qabel ma ssieħeb fl-Unjoni.
Meta xi snin ilu l-Arġentina ddikjarat li kienet falluta, ma ħaditx il-mistura tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u ma sselfitx il-biljuni biex tħallas lill-kredituri tagħha.
Lil dawn qaltilhom biex jaċċettaw li jistennew is-sin biex jitħallsu lura s-self li kienu silfuha (“rescheduling” tad-dejn).
U biż-żmien reġa’ ġie fuq saqajh finanzjarjament.
Il-pajjiżi tal-ewro ma jistgħux jaddottaw il-kura tal-Arġentina
* għax l-Unjoni Ewropea ma tħallihomx ma jħallsux lill-kredituri tagħhom,
*
għax il-kredituri tagħhom huma l-banek
*
u l-istituzzjonijiet finanzjarji kbar
*
tal-Ġermanja,
* Franza
* u l-Ingliterra.
Għalhekk
l-UE qiegħda timponi fuq il-pajjiżi membri li ma jistgħux iħallsu d-djun
tagħhom jissellfu l-biljuni tal-ewro li l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-ewro huma
marbutin mill-UE li jsellfu lil dawk li ma jistgħux iħallsu d-dejn, bħal
ma ġara fil-każ tal-Greċja u fil-każ tal-Irlada.
Fl-istess ħin l-UE qalet lil-gvernijiet tal-pajjiżi tal-ewro jsellfu l-miljuni jew il-biljuni lill-pajjiżi li ma jistgħux iħallsu d-djun tagħhom, hi tgħid li l-istess gvernijiet jiġbru lura l-miljuni jew biljuni li sellfu, mit-taxxi li l-gvernijiet ikollhom jimponu fuq il-poplu tagħhom, u mill-flus li l-gvernijiet qegħdin jagħmlu, se jġibuh minn fuq dahar il-poplu tagħhom.
Din il-politika li l-UE qiegħda timponi fuq fuq il-pajjiżi membri qiegħda trażżan u ċċekken l-ekonomiji tagħhom għax biha l-poplu jispiċċa b’inqas flus x’jonfoq, u dan kemm minħabba ż-żieda fit-taxxi u fit-tariffi tal-gvern, kif ukoll għax eluf kbar jispiċċaw qiegħda bla xogħol u bla paga.
Il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-ewro, minflok jonfqu l-miljuni biex ikattru x-xogħol, l-impjiegi u jkabbtru l-attività ekonomika tal-poplu tagħhom, qegħdin jisilfuhom lill-pajjiżi oħrajn biex dawn ikunu jistgħu jħallsu lura d-djun li għandhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji barranin.
Fil-każ
ta’ Malta,
* il-poplu Malti mhu se jibbenefika xejn
*
bis-self li qiegħed jagħmel lill-Greċja
* u bil-miljuni ta’ ewro f’garanziji
* li qiegħed jagħmel bħal fis-sehem tiegħu
* fil-Fond ta’ €740 biljun,
* l-Unjoni Ewropea,
* il-Fond Monetarju Internazzjonali
* u l-Bank Ċentrali tal-UE.


Dawn
qegħdin jitwaqqfu biex jgħinu lill-pajjiżi tal-ewro li jkunu se jfallu, bħal ma
seħħ fil-każ tal-Irlanda u kif qiegħed jintqal li se jiġri fil-każ tal-Portugall
u ta’ Spanja.
Mentri
l-poplu Malti seta’ jibbenefika ħafna li kieku dawn il-miljuni ta’ ewro li
sellef lill-Greċja u li ggarantixxa lil pajjiżi l-oħrajn, minflok investihom
f’pajjiżna u ħoloq aktar xogħol għall-poplu tagħna.
U waqt li qiegħda sseħħ din il-ħsara kollha lill-poplu tagħna,
* il-Parlament Malti qisu mhu jiġri xejn,
* u l-Prim Ministru u l-Ministri
* jiġu lura minn Brussels fejn dan kollu qiegħed jinħema,
* ferħanin daqs l-anġli tal-vara.
Il-muftieħ ta’ darna f’idejn l-UE
Tal-MAFJA,
* kuntrabandisti,
* traffikanti ta’ persuni u tad-droga,
* delinkwenti u kriminali
* ta’ 26 pajjiż tal-Unjoni Ewropea
* jistgħu jiġu Malta
* mingħajr lanqas ma neżaminaw il-passaport
* u mingħajr Visa,
* għax isseħibna fl-Unjoni Ewropea.
Għax isseħibna fl-UE iżda,
* familji Libjani tal-affari tagħhom
* ma nħalluhomx jiġu Malta
* jekk ma nissuġġettawhomx jittallbu Visa
* u wara ħafna ġranet ta’ taħbit biex jiksbuha
* kemm-il darba l-UE ma taċċettax li nagħtuhom Visa.
Tajjeb li jintqal li t-Taljani jistgħu jmorru l-Libja mingħajr il-ħtieġa li jagħmlu Visa.
Dan l-arranġament daħal fis-seħħ minn tliet xhur l-hawn.
Jekk
it-Taljani,
* li huma bħalna fl-UE
* u fiż-Żona Schengen,
* neħħew il-Visa għal-Libja,
* għaliex il-Maltin
* ma nistgħux inneħħu wkoll il-Visa għal-Libjani?
La l-Libjani jidħlu l-Italja mingħajr Visa, għaliex aħna l-Maltin ma nistgħux inħallu l-Libjani jiġu Malta mingħajr Visa?
It-tneħħija tal-Visa għall-Maltin li jmorru l-Libja
* hi ta’ vantaġġ kbir għax jagħmliha inqas diffiċli
* biex ħaddiema Maltin imorri jaħdmu hemm,
* biex negozjanti Maltin imorru jinnegozjaw il-prodotti tagħhom mal-Libjani,
* biex kuntratturi Maltin imorru jieħdu kuntratti ta’ xogħolijiet f’dak il-pajjiż
* fejn hemm opportunitajiet ta’ xogħol
* u kuntratti ta’ xogħolijiet kbar.
Illum ix-xogħol u l-kuntratti fil-Libja qegħdin jittieħdu mit-Taljani u mit-Torok, it-tnejn neħħew il-ħtieġa tal-Visa għal-Libjani li jmorru fl-Italja u t-Turkija.
Fil-każ
tagħna,
* L-Unjoni Ewropea saħqet fin-negozjati tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE,
* li l-Gvern Malti jimponi l-Visa għal-Libjani,
* u l-Gvern Malti la kellu rieda politika
* u lanqas kellu l-kuraġġ jieqaf lil-Unjoni Ewropea
* u juriha li kien fl-interess nazzjonali tagħna
* li jitkompla l-ftehim li kellna mal-Libja
* li l-Maltin imorru l-Libja bla Visa
* u huma jiġu hawn bla Visa.
Meta fuq pressjoni tal-Unjoni Ewropea ħassarna l-ftehim li kellna mal-Libja,
* dawn fehmu li l-Maltin ma konniex lesti nkomplu nistmawhom bħala ħbieb tagħna,
* li ma xtaqnihomx ikomplu jiġu Malta numerużi kif kienu jiġu fis-snin ta’ qabel.
Nistgħu
ngħidu li wara li sseħibna fl-UE,
* ma bqajniex aħna nikkmandaw min jidħol f’darna,
* iżda l-UE,
* li la huma maħturin minna
* u lanqas ma jirrapreżentawna.
Il-muftieħ ta’ darna qiegħed għandhom.
Tant, li meta ta’ Schengen ddeċidew li ma jħallux numru ta’ Libjani jmorru l-UE, aħna kellna wkoll ma nħalluhomx jiġu Malta.
Morna ħażin aħna għax b’riżultat ta’ hekk, il-Libjani ma ħallewniex immorru l-Libja.
Il-Ħamis, 9 ta’ Diċembru, 2010.

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ