MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
It-Trattat ta’ Riforma jiġi kkritikat bl-aħrax
L-istorja
tat-Trattat ġdid ta’ Riforma ta’ l-Unjoni Ewropea hija waħda ta’
għajb kbir għall-istess blokk Ewropew.
Għax
bih l-Unjoni qiegħda tinganna lill-popli tal-pajjiżi membri billi
turihom li qiegħda tagħmel trattat differenti minn dak li l-Franċiżi
u l-Olandiżi vvotaw kontrih, mentri fil-fatt dan għandu l-istess
ħwejjeġ bħal ta’ qablu, minbarra li ma jissejjaħx
Kostituzzjoni.
B’dan l-eżerċizzju ta’ ingann l-UE trid tevita li l-popli ma jaċċettawx
it-Trattat il-ġdid, billi ma jsirux referenda popolari dwaru u minflok,
jirratifikawh il-politiċi fil-Parlamenti.
L-UE qiegħda b’hekk turi li mhix żgura mill-appoġġ tal-popli f’dak li qiegħda tagħmel, iżda xorta waħda trid tbella’ lill-popli dak li ma jogħġobhomx.
Ma
setgħetx l-UE tagħti lilha nfisha ċertifikat akbar tan-nuqqas
ta’ demokrazija fi ħdanha.
B’din il-kritika ħarxa ċ-Ċermen tas-CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, fetaħ il-konferenza stampa li ngħatat minna
nhar it-Tnejn, 6 ta’ Awissu, dwar it-Trattat il-ġdid ta’ Riforma ta’
l-UE, li l-Gvernijiet tal-pajjiżi membri qegħdin issa jiddiskutu,
skond ma l-mexxejja tal-pajjiżi kienu ftehmu fil-laqgħa għolja li
saret f’Berlin f’Ġunju li għadda.
Il-pjan ta’ l-Unjoni hu li aktar tard din is-sena l-mexxejja tal-pajjiżi
msieħbin jiffirmaw it-Trattat il-ġdid li għandu jimla l-vojt li nħoloq
bil-“LE” li l-Franċiżi u l-Olandiżi qalu sentejn ilu għat-Trattat
tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-mexxejja
tas-27 pajjiż ta’ l-UE kienu ffirmaw dak it-trattat tal-Kostituzzjoni
f’ċerimonja solenni b’ħafna daqq ta’ trombi f’Ruma, fid-29
ta’ Ottubru 2004.
Dak l-iffirmar sar għalxejn, kif l-istess għalxejn il-Parlament Malti
f’Lulju ta’ l-2005, wara li l-Franċiżi u l-Olandiżi qalu
“LE” għat-Trattat tal-Kostituzzjoni, b’kapriċċ vvota
unanimament favur ir-ratifika tat-Trattat.
Il-popli
injorati
Fil-konferenza stampa tas-CNI intqal li l-UE, wara d-daqqa ta’ ħarta li qalgħet mill-Franċiżi u l-Olandiżi, nediet perjodu ta’ riflessjoni u diskussjonijiet ħalli ssir taf kif il-popli tal-pajjiżi membri jaħsbuha dwarha.
L-għadd
kbir ta’ laqgħat ta’ diskussjoni li saru, ukoll saru għalxejn, għax
fit-Trattat il-ġdid li l-Unjoni ħejjiet, ma fih xejn minn dak li ntqal
fil-laqgħat ta’ diskussjonijiet.
Minflok tat kas x’qalu l-popli tal-pajjiżi membri, l-UE għamlet
trattat ġdid li bih qiegħda temenda t-Trattat tagħha ta’ Ruma u
t-Trattat l-ieħor ta’ Maastricht billi tinfilsa fihom, kelma b’kelma,
dak kollu ta’ sustanza li kien fit-Trattat tal-Kostituzzjoni. Mingħajr ma
tissemma mkien il-kelma Kostituzzjoni, xorta waħda t-Trattat il-ġdid,
li qed jissejjaħ Trattat ta’ Riforma, fih dak kollu li popli ta’ Franza
u ta’ l-Olanda oġġezzjonaw għalih.
Oġġezzjonijiet
Għalhekk
l-oġġezzjonijiet ġustifikati u f’waqthom li saru kontra
t-Trattat tal-Kostituzzjoni ta’ l-2004, huma l-istess b’saħħithom
u flokhom kontra t-Trattat il-ġdid ta’ Riforma.
Anzi,
f’xi bnadi, it-Trattat ta’ Riforma hu agħar mit-Trattat
tal-Kostituzzjoni.
Intqal fil-konferenza stampa li s-CNI
għandha oġġezzjoni fundamentali għat-Trattat ta’ Riforma
li jkompli jżid l-oqsma li fihom l-Unjoni Ewropea tieħu deċiżjonijiet
bis-sistema tal-maġġoranza u mhux bil-kunsens tal-pajjiżi membri
kollha.
Għax
deċiżjoni meħuda b’maġġoranza tfisser li l-pajjiż
li vvota kontra għax iqis li d-deċiżjoni mhix fl-interess
nazzjonali, xorta waħda jkollu jwettaqha kontra l-interess nazzjonali u
kontra r-rieda tal-maġġoranza tal-poplu tal-pajjiż li l-Gvern
tal-pajjiż jirrappreżenta.
Jekk il-Gvern Malti jopponi direttiva li l-Unjoni tagħti bis-saħħa
tas-sistema tal-maġġoranza, xorta waħda l-Gvern ikollu jressaqha
fil-Parlament Malti u jġiegħel il-maġġoranza tal-membri
jivvotaw favoriha, minkejja li huma ma jkunux jaqblu magħha.
B’dan
il-mod l-Unjoni Ewropea tfarrak id-demokrazija parlamentari ta’ pajjiżna.
Kompetizzjoni
bi xkiel
Punt
importanti li tqanqal fil-konferenza stampa tas-CNI
kien dwar it-tibdil li Franza saħqet li jsir dwar il-politika tas-suq
intern ta’ l-Unjoni.
Fejn l-Unjoni kienet tistqarr fost l-għanijiet tagħha li hi għandha toffri suq intern fejn il-kompetizzjoni hija libera u mhux imxekkla, fit-Trattat il-ġdid ta’ Riforma nqatgħu barra l-kliem “fejn il-kompetizzjoni hija libera u mhux imxekkla”.
Għas-CNI
din il-bidla dwar kif l-Unjoni tħares lejn is-suq intern fejn mhux bilfors
il-kompetizzjoni għandha tkun libera u ma tkunx imxekkla, tippreżenta
opportunità għall-pajjiżna fir-rigward tat-Tarzna.
Bl-iskuża li t-Tarzna ta’ Malta ma tagħmilx kompetizzjoni mhux
xierqa lit-tarzni l-oħrajn tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni, din ta’ l-aħħar
rabtet lill-Gvern Malti li
* ma jagħtix aktar għajnuna lit-Tarzna wara l-31 ta’ Diċembru 2008 u
* naqqset l-għadd ta’ ħaddiema fit-Tarzna u
* għamlet limitu fuq il-volum tax-xogħol li t-Tarzna tista’ tagħmel.
Dawk
ir-restrizzjonijiet bażwru lit-Tarzna u se jeqirduha.
La skond it-Trattat ta’ Riforma l-għanijiet ta’ l-UE jippermettu li
l-kompetizzjoni ma tkunx libera u tkun imxekkla, pajjiżna
* għandu jinsisti li jinbidel il-ftehim inġust dwar it-Tarzna, u
* din tingħata kull għajnuna li hemm bżonn,
* titħalla tħaddem nies kemm jaqblilha, u
*
titħalla tagħmel xogħol kemm tista’.
Jekk
l-Unjoni ma tkunx trid taċċetta li jinbidel il-ftehim tat-Tarzna għax
din hija kumpanija kummerċjali, allura l-Gvern għandu jeħles
mill-irbit tal-ftehim dwar it-Tarzna, billi ma jħallix aktar it-Tarzna taħt
kumpanija kummerċjali u ssir dipartiment ieħor tal-Gvern.
Id-dipartimenti tal-Gvern ma jitmexxewx skond is-sistema tal-kompetizzjoni
libera u mhux imxekkla fl-ebda pajjiż ta’ l-UE.
U
b’hekk tista’ titmexxa t-Tarzna ta’ Malta li tkun direttament f’idejn
il-Gvern.
Is-CNI
temmen li l-interess nazzjonali jesiġi li t-Tarzna, li hija l-Università
tas-Snajja’ f’pajjiżna, tissaħħaħ mhux tinqered.
Nafu
li l-ġurnali bl-Ingiż ta’ pajjiżna dejjem jilgħaqu
lill-Unjoni Ewropea, iżda laqatna Editorjal ta’ wieħed mill-ġurnali
bl-Ingliż ta’ nhar il-Ħadd li għadda, għax tgħidx
kemm ħareġ ilsienu ‘l barra biex jilgħaq lill-UE.
Dan l-Editorjali isserva bl-iskuża li l-mexxejja Laburisti għandhom jagħmlu apoloġija lill-votanti għal kemm opponew is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni.
Skond
l-Editorjal, illum kulħadd – ħlief dawk il-Laburisti ffissati –
jaqbel li l-Partit Laburista (u allura anki s-CNI),
kienu żbaljati meta opponew is-sħubija fl-Unjoni.
Mid-dehra
l-Editorjal ta’ dan il-ġurnal bl-Ingliż tal-Ħadd li għadda
ma jafx bir-riżultat ta’ l-istħarriġ li sar mill-UE stess
f’April li għadda fejn jirriżulta li 51 fil-mija biss jaqblu mas-sħubija
ta’ Malta fl-Unjoni.
Possibbli
li d-49 fil-mija l-oħrajn huma kollha ‘grassroots’ tal-Partit
Laburista?
Ma konniex sorpriżi li 66 fil-mija qalu li jaħsbu li Malta bbenifikat bis-sħubija, meta dawn kuljum fuq il-midja kollha jaqraw u jisimgħu bumbardament sħiħ ta’ propaganda ta’ l-UE rigward is-suppost miljuni ta’ Ewros ġejjin lejn pajjiżna, bla ħadd ħliefna s-CNI, mhux qed jagħti
* stampa ċara ta’ kemm qegħdin inħallsu,
* nitilfu u
*
tiswielna
miljuni s-sħubija fl-UE.
Jistgħu
jispjegawlna kif mela, minkejja li 66 fil-mija jaħsbu li Malta bbenifikat
bis-sħubija, huma biss 51 fil-mija li jaqblu magħha?
L-Editorjal li semmejna ftaħar bid-dħul ta’ l-Ewro bħala “l-ewwel riżultat kbir tas-sħubija”.
Aħna ngħidulu li fid-dħul ta’ l-Ewro, la l-poplu Malti u lanqas il-Gvern Malti ma kellu l-ebda għażla.
Konna mġiegħlin indaħħlu l-Ewro, irridu jew ma rridux.
Imma
b’kumbinazzjoni, fl-istess ħarġa tal-ġurnal bl-Ingliż tal-Ħadd
li għadda, kien hemm artiklu stupend ta’ Dr Philip M. Beattie, lecturer
fl-Universita`, dwar l-Ewro.
Dr Beattie wera kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi li l-Ewro jista’ jkollha fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.
U
l-iżvantaġġi jidhru li huma akbar mill-vantaġġi!
Minbarra li bl-Ewro l-popu Malti jitlef kull kontroll fuq l-immaniġġjar ta’ l-ekonomija Maltija, aktar minn hekk se nitilfu parti mportanti ħafna mill-identita` tagħna bħala poplu sovran u indipendenti.
Din
is-sovranita` u l-identita` li tagħtik il-munita tiegħek, anki waħedha,
hi ħaġa imprezzabbli li ma titkejjilx bil-flus.

L-Editorjal waqa’ fl-istess livell ta’ xi David Casa meta qal li ma ġejniex “invaduti mill-Isqallin” u “lanqas ġew nies jieħdu x-xogħol tal-ħaddiema Maltin”.
Jaf
jew ma jafx kemm il-elf barrani, ċittadini ta’ l-UE, ġew Malta minn
mindu pajjiżna sar kolonja ta’ l-Unjoni?
Jaf jew ma jafx kemm mijiet ta’ ħaddiema mill-pajjiżi ta’ l-UE qegħdin jaħdmu fit-Tarzna flok il-ħaddiema Maltin li ntbagħtu barra bil-pensjoni?
Possibbli
mhux qed jara ħaddiema barranin mill-UE jaħdmu f’lukandi,
restoranti, fil-kostruzzjoni, bajjada, jpoġġu l-madum, eċċ,
eċċ?
Aħna nistaqsu lill-ġurnal bl-Ingliż tal-Ħadd li għadda, jekk jaħsibhiex bħalna li bid-dħul fl-UE, Malta saret ukoll kalamita għall-immigranti illegali li jitilqu mill-kosta Afrikana, għax Malta hija l-eqreb art ta’ l-UE?
Ma
jemminx, bħal ma nemmnu aħna, li f’din il-problema l-UE u l-maġġoranza
l-kbira tal-pajjiżi membri, qegħdin jgħadduna biż-żmien?
Ħelsien
u indipendenti
Mhux
bħalna jemmen li minħabba s-sħubija fl-Unjoni,
* eluf ta’ żgħażagħ tagħna jew qatgħu qalbhom li jiżżewġu u jrabbu familja,
* jew issallbu għal għomorhom minħabba ż-żieda astronomika fil-prezz tal-bini,
* minħabba d-dħul tagħna fl-UE
li
b’hekk ma stajniex inkomplu nikkontrollaw min seta` jiġi mill-UE jixtri
proprjeta` u joqgħod u jaħdem b’mod permanenti f’pajjiżna?
Nagħmlu l-aħħar kumment, għax m’għandniex spazju aktar.
Il-ġurnal
li semmejna tal-Ħadd li għadda ma tgħallimx, wara li fl-ewwel paġna
tiegħu ħabbar kif Malta “Tilfet ammont kbar ta’ fondi ta’
l-UE” minħabba dewmien min-naħa tal-Gvern Malti, li l-fondi li
jissemmew, m’hemmx garanzija li se jaslu kollha, għax dawn huma marbutin
b’ħafna kundizzjonijiet?

Waqt li l-miljuni
* li qegħdin inħallsu lill-UE,
* li qegħdin nitilfu u
* li qegħda tiswielna s-sħubija fl-Unjoni,
żgur mija fil-mija li
* rridu nħallsu,
* nitilfu u
* jiswewlna,
sakemm
Malta tibqa’ kolonja ta’ l-UE.
Bħal
ma spiċċa l-artiklu Dr Beattie, aħna wkoll nistqarru li nemmnu
f’Ewropa ta’ pajjiżi sovrani u li lesti li nibqgħu nitħabtu
biex Malta terġa’ ssir pajjiż ħieles u indipendenti.
IRRIDU
LURA L-LIBERTA`
Il-Ħamis, 9 ta' Awissu, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ